+Artikolu 24 8

Artikolu 24 8

8.   L-ECHA tista’ titlob kampjun ta’ sustanza jew ta’ taħlita meħtieġa għat-twettiq tal-istudji xjentifiċi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 minn operatur tan-negozju li jimmanifattura, jimporta, jifformula jew iqiegħed tali sustanza jew taħlita fis-suq. Sabiex titlob kampjun, l-ECHA għandha tibgħat abbozz ta’ talba lill-operatur tan-negozju, fejn tispjega t-talba u tispeċifika l-kwantità u l-forma tal-kampjun kif ukoll id-data sa meta għandu jiġi pprovdut il-kampjun. L-ECHA tista’ titlob ukoll lill-operatur tan-negozju jipprovdi karatterizzazzjoni tas-sustanza jew tat-taħlita. L-ECHA għandha tinforma lill-operatur tan-negozju bid-dritt tiegħu li jikkummenta fi żmien 30 jum minn meta jirċievi t-talba. Kwalunkwe kumment bħal dan riċevut għandu jitqies mill-ECHA, li għandha tikkonferma jew temenda t-talba.

Meta l-ECHA tikkonferma jew temenda t-talba, l-operatur tan-negozju għandu jipprovdi l-kampjun mitlub mingħajr ħlas lill-ECHA jew lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika kkummissjonata mill-ECHA biex twettaq l-istudju xjentifiku sal-iskadenza stabbilita mill-ECHA. L-operatur tan-negozju jista’ jitlob lill-ECHA biex ma tiddivulgax ċerta informazzjoni ta’ karatterizzazzjoni relatata mal-kampjun ipprovdut jekk l-operatur tan-negozju juri li id-divulgazzjoni ddgħajjef il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Jekk l-ECHA tqis li t-talba hija ġustifikata, l-informazzjoni kkonċernata għandha titqies kunfidenzjali u ma għandhiex titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.