+Artikolu 24 Mekkaniżmu ċentralizzat tal-ġenerazzjoni tad-data
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3
---+Artikolu 24 4
---+Artikolu 24 5
---+Artikolu 24 6
---+Artikolu 24 7
---+Artikolu 24 8
---+Artikolu 24 9
|
Artikolu 24 Mekkaniżmu ċentralizzat tal-ġenerazzjoni tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1
|
1. Bl-użu tal-aqwa riżorsi indipendenti disponibbli, l-ECHA tista’ tikkummissjona studji xjentifiċi biex:
|
(a)
|
tappoġġja l-implimentazzjoni tal-atti legali tal-Unjoni dwar sustanzi kimiċi jew gruppi ta’ sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness I, il-Parti 1, fi ħdan il-mandat tagħha;
|
|
(b)
|
tikkontribwixxi għall-appoġġ, l-evalwazzjoni u l-iżvilupp ta’ politika tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi;
|
|
(c)
|
tinvestiga riskji emerġenti ulterjuri tas-sustanzi kimiċi identifikati fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 22(4).
|
|
|
Artikolu 24 2
|
2. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi fuq id-detenturi tad-dover skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti 1, il-Kummissjoni, f’ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ kontroversja serja jew ta’ riżultati kunfliġġenti, tista’ titlob lill-ECHA tikkummissjona studji xjentifiċi bl-objettiv li tivverifika l-evidenza użata fil-proċess tagħha ta’ valutazzjoni tas-sustanzi kimiċi. Dawk l-istudji jista’ jkollhom ambitu usa’ mill-evidenza soġġetta għal verifika.
|
|
Artikolu 24 3
|
3. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-ECHA għandha tikkummissjona studji xjentifiċi kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 24 4
|
4. L-ECHA għandha tikkummissjona biss studji xjentifiċi fejn ir-riżultati ma jkunux jistgħu jinkisbu permezz ta’ dispożizzjonijiet jew proċessi legali eżistenti skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti 1. Hija għandha tagħti prijorità lill-użu ta’ metodi vvalidati li ma jużawx l-annimali, filwaqt li l-ittestjar fuq annimali vertebrati għandu jintuża biss bħala l-aħħar alternattiva. Hija ma għandhiex tikkummissjona studji b’objettiv predominanti ta’ riċerka.
|
|
Artikolu 24 5
|
5. L-ECHA għandha tfittex li tevita d-duplikazzjoni mal-programmi ta’ riċerka jew ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri jew tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 24 6
|
6. L-ECHA għandha tikkummissjona studji xjentifiċi skont dan l-Artikolu b’mod miftuħ u trasparenti, u biss wara li tkun ikkonsultat mal-Istati Membri.
|
|
Artikolu 24 7
|
7. L-ECHA u l-EFSA għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin dwar l-ippjanar u l-ikkummissjonar ta’ studji xjentifiċi mwettqa mill-ECHA f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-istudji mwettqa mill-EFSA f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
|
|
Artikolu 24 8
|
8. L-ECHA tista’ titlob kampjun ta’ sustanza jew ta’ taħlita meħtieġa għat-twettiq tal-istudji xjentifiċi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 minn operatur tan-negozju li jimmanifattura, jimporta, jifformula jew iqiegħed tali sustanza jew taħlita fis-suq. Sabiex titlob kampjun, l-ECHA għandha tibgħat abbozz ta’ talba lill-operatur tan-negozju, fejn tispjega t-talba u tispeċifika l-kwantità u l-forma tal-kampjun kif ukoll id-data sa meta għandu jiġi pprovdut il-kampjun. L-ECHA tista’ titlob ukoll lill-operatur tan-negozju jipprovdi karatterizzazzjoni tas-sustanza jew tat-taħlita. L-ECHA għandha tinforma lill-operatur tan-negozju bid-dritt tiegħu li jikkummenta fi żmien 30 jum minn meta jirċievi t-talba. Kwalunkwe kumment bħal dan riċevut għandu jitqies mill-ECHA, li għandha tikkonferma jew temenda t-talba.
Meta l-ECHA tikkonferma jew temenda t-talba, l-operatur tan-negozju għandu jipprovdi l-kampjun mitlub mingħajr ħlas lill-ECHA jew lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika kkummissjonata mill-ECHA biex twettaq l-istudju xjentifiku sal-iskadenza stabbilita mill-ECHA. L-operatur tan-negozju jista’ jitlob lill-ECHA biex ma tiddivulgax ċerta informazzjoni ta’ karatterizzazzjoni relatata mal-kampjun ipprovdut jekk l-operatur tan-negozju juri li id-divulgazzjoni ddgħajjef il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tiegħu.
Jekk l-ECHA tqis li t-talba hija ġustifikata, l-informazzjoni kkonċernata għandha titqies kunfidenzjali u ma għandhiex titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
|
|
Artikolu 24 9
|
9. L-ECHA għandha tagħmel ir-riżultati tal-istudji xjentifiċi mwettqa skont dan l-Artikolu disponibbli permezz tal-pjattaforma komuni tad-data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|