|
+ANNESS VII LISTA TA’ EŻEMPJI TA’ MIŻURI TA’ RESTAWR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 14(16) |
ANNESS VII LISTA TA’ EŻEMPJI TA’ MIŻURI TA’ RESTAWR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 14(16)
ANNESS VII LISTA TA’ EŻEMPJI TA’ MIŻURI TA’ RESTAWR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 14(16) (1) Ir-restawr tal-artijiet mistagħdra, bit-tixrib mill-ġdid tat-torbieri skulati, it-tneħħija ta’ strutturi ta’ skular tat-torbieri jew it-tneħħija tal-poldering u t-twaqqif tal-iskavar tal-pit. (2) It-titjib tal-kundizzjonijiet idroloġiċi billi jiżdiedu l-kwantità, il-kwalità u d-dinamika tal-ilmijiet tas-superfiċe u l-livelli tal-ilma ta’ taħt l-art għall-ekosistemi naturali u seminaturali. (3) It-tneħħija tal-penetrazzjoni mhux mixtieqa tas-scrub jew tal-pjantaġġuni mhux nattivi fuq mergħat, artijiet mistagħdra, foresti u art b’veġetazzjoni sparsa. (4) L-applikazzjoni tal-kultivazzjoni tal-għadajjar. (5) L-istabbiliment mill-ġdid tas-serpeġġament tax-xmajjar u l-konnessjoni mill-ġdid ta’ serpeġġamenti maqtugħin b’mod artifiċjali jew ta’ lagi b’liwja forma ta’ nagħla. (6) It-tneħħija tal-ostakli lonġitudinali u laterali, bħal imbankmenti u digi; l-għoti ta’ aktar spazju għad-dinamika tax-xmajjar u r-restawr ta’ meded ta’ xmajjar ġierja. (7) In-naturalizzazzjoni mill-ġdid tal-qigħan tax-xmajjar u tal-lagi u tal-korsiji tal-ilma b’altitudni baxxa, pereżempju, it-tneħħija tal-iffissar artifiċjali tal-qiegħ, l-ottimizzazzjoni tal-kompożizzjoni tas-substrat, it-titjib jew l-iżvilupp tal-kopertura tal-ħabitat. (8) Ir-restawr tal-proċessi ta’ sedimentazzjoni naturali. (9) L-istabbiliment ta’ buffers riparji, bħal foresti riparji, strixxi ta’ lqugħ, bwar jew artijiet tal-mergħa. (10) Iż-żieda ta’ karatteristiċi ekoloġiċi fil-foresti, bħal siġar kbar, antiki u li qed imutu (siġar tal-ħabitat) u l-ammonti ta’ injam mejjet mal-art u wieqaf. (11) Il-ħidma lejn struttura diversifikata tal-foresti f’termini ta’, pereżempju, kompożizzjoni u maturazzjoni ta’ speċi, isiru possibbli r-riġenerazzjoni naturali u s-suċċessjoni tal-ispeċi tas-siġar. (12) L-assistenza tal-migrazzjoni tal-provenjenzi u tal-ispeċi fejn tista’ tkun meħtieġa minħabba t-tibdil fil-klima. (13) It-tisħiħ tad-diversità tal-foresti permezz tar-restawr ta’ mużajki ta’ ħabitats mhux tal-foresti bħall-irqajja’ miftuħa ta’ mergħat jew ta’ heaths, vaski jew żoni tal-blat. (14) Isir użu minn approċċi tal-forestrija “qrib in-natura” jew “kopertura kontinwa”; l-introduzzjoni ta’ speċi nattivi tas-siġar. (15) It-tisħiħ tal-iżvilupp ta’ foresti nattivi li jikbru fl-età u ta’ stands maturi, pereżempju, permezz tal-abbandun tal-ħsad jew permezz ta’ ġestjoni attiva li tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ funzjonijiet awtoregolatorji u reżiljenza xierqa. (16) L-introduzzjoni ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ b’diversità għolja f’raba’ li jinħadem u f’mergħat użati b’mod intensiv, bħal strixxi ta’ lqugħ, marġnijiet tal-għelieqi bi fjuri nattivi, ringieli ta’ sġajriet, siġar, foresti żgħar, ħitan imtarrġa, vaski, kurituri tal-ħabitats u skaluni, eċċ. (17) Iż-żieda taż-żona agrikola soġġetta għal approċċi ta’ ġestjoni agroekoloġika bħall-agrikoltura organika jew l-agroforestrija, il-ħolqien ta’ ħafna għelejjel u n-newba tal-għelejjel, il-ġestjoni integrata tal-pesti u tan-nutrijenti. (18) It-tnaqqis tal-intensità tar-ragħa jew tar-reġimi tal-ħsad fuq mergħat fejn rilevanti u l-istabbiliment mill-ġdid ta’ ragħa estensiv b’bhejjem domestiċi u reġimi estensivi ta’ ħsad fejn dawn ikunu ġew abbandunati. (19) Jitwaqqaf jew jitnaqqas l-użu ta’ pestiċidi kimiċi kif ukoll ta’ fertilizzanti kimiċi u fertilizzanti tad-demel tal-annimali. (20) It-twaqqif tal-ħrit tal-mergħat u l-introduzzjoni ta’ żrieragħ ta’ ħaxix produttiv. (21) It-tneħħija ta’ pjantaġġuni fuq sistemi tal-għaram dinamiċi preċedenti biex tiġi permessa mill-ġdid id-dinamika naturali tar-riħ favur ħabitats miftuħa. (22) It-titjib tal-konnettività fost il-ħabitats biex tippermetti l-iżvilupp tal-popolazzjonijiet tal-ispeċi, u tippermetti skambju individwali jew ġenetiku suffiċjenti kif ukoll għall-migrazzjoni u l-adattament tal-ispeċi għat-tibdil fil-klima. (23) L-ekosistemi jitħallew jiżviluppaw id-dinamika naturali tagħhom stess, pereżempju billi jiġi eliminat il-ħsad u jiġu promossi n-naturalità u n-natura selvaġġa. (24) It-tneħħija u l-kontroll tal-ispeċi aljeni invażivi, u l-prevenzjoni jew l-imminimizzar ta’ introduzzjonijiet ġodda. (25) L-imminimizzar tal-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, pereżempju bl-użu ta’ rkaptu b’inqas impatt fuq qiegħ il-baħar. (26) It-restawr ta’ żoni importanti ta’ riproduzzjoni u tkabbir tal-ħut. (27) Il-forniment ta’ strutturi jew substrati biex jinkoraġġixxu r-ritorn tal-ħajja tal-baħar, b’appoġġ għar-restawr tal-qroll, il-gajdra jew blat kbir tal-iskoll. (28) Ir-restawr tal-bwar tal-ħaxix tal-baħar u tal-foresti tal-kelp billi jiġi stabbilizzat b’mod attiv il-qiegħ tal-baħar, jitnaqqsu u, fejn possibbli, jiġu eliminati l-pressjonijiet jew permezz ta’ propagazzjoni u tħawwil attivi. (29) Ir-restawr jew it-titjib tal-istat tal-popolazzjoni ta’ speċi indiġeni karatteristiċi li huma vitali għall-ekoloġija tal-ħabitats tal-baħar billi jitwettqu miżuri ta’ restawr passiv jew attiv, pereżempju, l-introduzzjoni ta’ ħut żgħir. (30) It-tnaqqis ta’ diversi forom ta’ tniġġis tal-baħar, bħat-tagħbija tan-nutrijenti, it-tniġġis akustiku u l-iskart mill-plastik. (31) Iż-żieda ta’ spazji ħodor urbani b’karatteristiċi ekoloġiċi, bħal parks, siġar u żoni ta’ foresti, bjut ħodor, mergħat tal-fjuri selvaġġi, ġonna, ortikultura tal-bliet, toroq bis-siġar, bwar urbani u sisien tal-isġajriet, vaski u korsiji tal-ilma, billi jitqiesu, fost l-oħrajn, id-diversità tal-ispeċi, speċi indiġeni, kundizzjonijiet lokali u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima. (32) It-twaqqif, it-tnaqqis jew ir-rimedju tat-tniġġis mill-farmaċewtiċi, mis-sustanzi kimiċi perikolużi, mill-ilma mormi urban u industrijali, u minn skart ieħor inklużi mifrex u plastik kif ukoll id-dawl fl-ekosistemi kollha. (33) Il-konverżjoni ta’ siti abbandunati, ta’ żoni industrijali li ma għandhomx jintużaw u ta’ barrieri f’siti naturali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|