+ANNESS VI Rekwiżiti speċifiċi għas-sistemi għall-użu mill-ġdid u l-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid
---+1. Rekwiżiti ġenerali għas-sistemi għall-użu mill-ġdid
---+2. Rekwiżiti għas-sistemi b'ċirkwit magħluq
---+3. Rekwiżiti għas-sistemi b'ċirkwit miftuħ
---+1. Il-proċess ta' rikondizzjonar ma għandux joħloq riskji għas-saħħa u s-sikurezza ta' dawk …
---+2. Ir-rikondizzjonar għandu jkopri l-operazzjonijiet li ġejjin adattati għall-format tal-imballaġġ …
---+3. Meta jkun meħtieġ, il-proċessi tat-tindif u tal-ħasil għandhom isiru fi stadji differenti …
---+4. Il-prodott rikondizzjonat għandu jissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza applikabbli …

ANNESS VI Rekwiżiti speċifiċi għas-sistemi għall-użu mill-ġdid u l-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid

ANNESS VI

Rekwiżiti speċifiċi għas-sistemi għall-użu mill-ġdid u l-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Rekwiżiti ġenerali għas-sistemi għall-użu mill-ġdid

1.   Rekwiżiti ġenerali għas-sistemi għall-użu mill-ġdid

Is-sistemi kollha għall-użu mill-ġdid::

(a)

għandu jkollhom struttura ta' governanza definita b'mod ċar kif deskritt fil-linji gwida għall-governanza;

(b)

għandu jkollhom struttura ta' governanza li:

(i)

tiżgura li l-objettivi tas-sistema fil-linji gwida għall-governanza u, jekk applikabbli, il-miri tal-użu mill-ġdid u kwalunkwe objettiv ieħor tas-sistema jistgħu jintlaħqu;

(ii)

tippermetti aċċess ugwali u kundizzjonijiet ġusti tal-operaturi ekonomiċi kollha li jixtiequ jsiru parti mis-sistema;

(iii)

tippermetti aċċess ugwali u kundizzjonijiet ġusti għall-utenti finali kollha;

(c)

għandhom ikunu ddisinjati biex jiżguraw li l-imballaġġ riutilizzabbli li jkun għaddej f'rotazzjoni minnhom jikkompleta tal-inqas l-għadd minimu maħsub ta' rotazzjonijiet, kif stabbilit fl-att delegat adottat imsemmi fl-Artikolu 11(2);

(d)

għandu jkollhom regoli li jiddefinixxu l-funzjonament tagħhom, inkluż rekwiżiti għall-użu tal-imballaġġ, li huma aċċettati mill-parteċipanti kollha tas-sistema, u li:

(i)

jispeċifikaw it-tipi u d-disinn tal-imballaġġ li jistgħu jiċċirkolaw fis-sistema;

(ii)

jiddeskrivu l-prodotti maħsuba biex jintużaw, jimtlew jew jiġu ttrasportati permezz tas-sistema;

(iii)

jispeċifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet għall-immaniġġar u l-użu xieraq tal-imballaġġ;

(iv)

jispeċifikaw ir-rekwiżiti dettaljati għar-rikondizzjonar tal-imballaġġ;

(v)

jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-ġbir tal-imballaġġ;

(vi)

jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-ħżin tal-imballaġġ;

(vii)

jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-mili jew għat-trasferiment tal-imballaġġ;

(viii)

jispeċifikaw regoli li jiżguraw il-ġbir effettiv u effiċjenti ta' imballaġġ riutilizzabbli, inkluż billi jipprevedu inċentivi għall-utenti finali biex jirritornaw l-imballaġġ lejn il-punti tal-ġbir jew is-sistema tal-ġbir kollettiv;

(ix)

jispeċifikaw regoli biex jiġi żgurat aċċess ugwali u ġust għas-sistema ta' użu mill-ġdid, inkluż għall-konsumaturi vulnerabbli;

(e)

għandu jkollhom operatur tas-sistema li jikkontrolla l-funzjonament xieraq tas-sistema u jivverifika jekk l-użu mill-ġdid huwiex attivat kif suppost;

(f)

għandu jkollhom regoli ta' rapportar li jippermettu l-aċċess għad-data dwar l-għadd ta' mili jew użi mill-ġdid (jiġifieri rotazzjonijiet għal kull kategorija) u ta' rifjuti, ir-rata ta' ġbir, (jiġifieri r-rati ta' ritorn), l-unitajiet ta' bejgħ jew l-unitajiet ekwivalenti, inkluż il-materjal u għal kull kategorija, jew stima medja jekk il-kalkolu ma jkunx fattibbli, l-għadd ta' unitajiet tal-imballaġġ riutilizzabbli jew li jista' jerġa' jimtela miżjuda fis-sistema, u l-għadd ta' unitajiet ta' imballaġġ li jkunu ġew immaniġġati mill-pjan għal tmiem il-ħajja;

(g)

għandhom jiżguraw li d-disinn tal-imballaġġ huwa stabbilit f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards miftiehma b'mod reċiproku;

(h)

għandhom jiżguraw distribuzzjoni ġusta tal-kostijiet u tal-benefiċċji għall-parteċipanti kollha tas-sistema;

(i)

għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għall-imballaġġ riutilizzabbli użat fis-sistema u li jkun sar skart.

Is-sistemi b'ċirkwit miftuħ li ma għandhomx operatur tas-sistema għandhom ikunu eżentati mill-punti (b)(i), (e), (f) u (h).

Sistemi ta' ċirkwit miftuħ stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti skont il-punti (a), (b)(i) u (ii), (e), (f) u (h).

2. Rekwiżiti għas-sistemi b'ċirkwit magħluq

2.   Rekwiżiti għas-sistemi b'ċirkwit magħluq

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali għas-sistemi għall-użu mill-ġdid elenkati fil-punt 1, is-sistemi b'ċirkwit magħluq għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

is-sistema għandha loġistika inversa li tiffaċilita t-trasferiment tal-imballaġġ mill-utenti finali lura lejn il-parteċipanti fis-sistema;

(b)

is-sistema tiżgura l-ġbir, ir-rikondizzjonar u r-ridistribuzzjoni tal-imballaġġ;

(c)

il-parteċipanti fis-sistema huma obbligati li jieħdu l-imballaġġ lura mill-punt tal-ġbir jekk ikun intuża, inġabar u nħażen f'konformità mar-regoli tas-sistema.

3. Rekwiżiti għas-sistemi b'ċirkwit miftuħ

3.   Rekwiżiti għas-sistemi b'ċirkwit miftuħ

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali għas-sistemi għall-użu mill-ġdid elenkati fil-punt 1, is-sistemi b'ċirkwit miftuħ għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

wara li jintuża l-imballaġġ, il-parteċipant fis-sistema jiddeċiedi jekk jużax mill-ġdid l-imballaġġ jew jekk jgħaddihx lil parteċipant ieħor tas-sistema għall-użu mill-ġdid;

(b)

is-sistema tiżgura li l-ġbir, ir-rikondizzjonar u r-ridistribuzzjoni tal-imballaġġ ikunu fis-seħħ u dawn ikunu ġeneralment disponibbli;

(c)

ir-rikondizzjonar li jissodisfa r-rekwiżiti skont il-Parti B huwa parti mis-sistema.

Parti B

Rikondizzjonar

1. Il-proċess ta' rikondizzjonar ma għandux joħloq riskji għas-saħħa u s-sikurezza ta' dawk …

1.

Il-proċess ta' rikondizzjonar ma għandux joħloq riskji għas-saħħa u s-sikurezza ta' dawk responsabbli mit-twettiq tar-rikondizzjonar tal-imballaġġ u għandu jimminimizza l-impatt ta' dak il-proċess fuq l-ambjent. Dan għandu jitħaddem f'konformità mal-liġijiet applikabbli dwar materjali sensittivi għall-kuntatt, l-iskart u l-emissjonijiet industrijali.
2. Ir-rikondizzjonar għandu jkopri l-operazzjonijiet li ġejjin adattati għall-format tal-imballaġġ …

2.

Ir-rikondizzjonar għandu jkopri l-operazzjonijiet li ġejjin adattati għall-format tal-imballaġġ riutilizzabbli u l-użu maħsub tiegħu:

(a)

il-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-imballaġġ;

(b)

it-tneħħija ta' komponenti tal-imballaġġ bil-ħsara jew li ma jistgħux jerġgħu jintużaw;

(c)

il-konsenja ta' komponenti tal-imballaġġ imneħħija lejn proċess ta' rkupru xieraq;

(d)

it-tindif u l-ħasil tal-imballaġġ skont il-kundizzjonijiet ta' iġjene meħtieġa;

(e)

it-tiswija tal-imballaġġ;

(f)

l-ispezzjoni u l-valutazzjoni tal-adegwatezza għall-użu tal-imballaġġ.

3. Meta jkun meħtieġ, il-proċessi tat-tindif u tal-ħasil għandhom isiru fi stadji differenti …

3.

Meta jkun meħtieġ, il-proċessi tat-tindif u tal-ħasil għandhom isiru fi stadji differenti tar-rikondizzjonar u għandhom jiġu ripetuti.
4. Il-prodott rikondizzjonat għandu jissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza applikabbli …

4.

Il-prodott rikondizzjonat għandu jissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza applikabbli għalih.

Parti C

Rekwiżiti għall-mili mill-ġdid

L-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istazzjon ta' mili mill-ġdid juri informazzjoni ċara u preċiża dwar:

(i)

l-istandards tal-iġjene li l-kontenitur tal-utent finali għandu jissodisfa sabiex jintuża biex jinxtraw prodotti fl-istazzjon ta' mili mill-ġdid;

(ii)

it-tipi u l-karatteristiċi tal-kontenituri li jistgħu jintużaw biex jinxtraw il-prodotti permezz ta' mili mill-ġdid;

(iii)

id-dettalji ta' kuntatt tad-distributur finali biex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tal-iġjene skont il-liġi applikabbli;

(b)

l-istazzjon ta' mili mill-ġdid jinkludi apparat għall-kejl jew jipprovdi mezzi alternattivi li jiżguraw li l-utent finali jista’ jagħżel li jixtri kwantità speċifikata ta' prodott;

(c)

il-prezz imħallas mill-utenti finali ma jinkludix il-piż tal-kontenitur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.