+Artikolu 35 Kontromiżuri biex jittaffa t-theddid tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu minn barra l-Unjoni
---+Artikolu 35 (a)
---+Artikolu 35 (b)
|
Artikolu 35 Kontromiżuri biex jittaffa t-theddid tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu minn barra l-Unjoni
Għall-finijiet tal-Artikoli 29 u 31, il-Kummissjoni tista’ tagħżel minn fost il-kontromiżuri li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 (a)
|
kontromiżuri li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw għal persuni u għal entitajiet ġuridiċi li jinvolvu pajjiżi terzi b’riskju għoli u, fejn rilevanti, pajjiżi oħrajn li jippreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni li tikkonsisti f’dawn:
|
(i)
|
l-applikazzjoni ta’ elementi addizzjonali ta’ diliġenza dovuta msaħħa;
|
|
(ii)
|
l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ rapportar rilevanti msaħħa jew ta’ rapportar sistematiku ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji;
|
|
(iii)
|
il-limitazzjoni tar-relazzjonijiet tan-negozju jew tat-tranżazzjonijiet ma’ persuni fiżiċi jew ma’ entitajiet ġuridiċi minn dawk il-pajjiżi terzi;
|
|
|
Artikolu 35 (b)
|
kontromiżuri li l-Istati Membri għandhom japplikaw fir-rigward ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli u, fejn rilevanti, pajjiżi oħrajn li jippreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni li tikkonsisti f’dawn:
|
(i)
|
ir-rifjut tal-istabbiliment ta’ sussidjarji jew ta’ fergħat jew ta’ uffiċċji rappreżentattivi ta’ entitajiet marbutin b’obbligu mill-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-entità marbuta b’obbligu rilevanti hija minn pajjiż terz li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;
|
|
(ii)
|
il-projbizzjoni ta’ entitajiet marbutin b’obbligu milli jistabbilixxu fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi fil-pajjiż terz ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-fergħa jew l-uffiċċju rappreżentattiv rilevanti jkun f’pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;
|
|
(iii)
|
il-ħtieġa ta’ eżaminazzjoni superviżorja miżjuda jew ta’ rekwiżiti tal-awditjar estern miżjudin għal fergħat u għal sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu li jinsabu fil-pajjiż terz ikkonċernat;
|
|
(iv)
|
il-ħtieġa ta’ rekwiżiti aktar stretti tal-awditjar estern għal gruppi finanzjarji fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda mill-fergħat u mis-sussidjarji tagħhom li tinsab fil-pajjiż terz ikkonċernat;
|
|
(v)
|
il-ħtieġa li istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji jirrieżaminaw u jemendaw, jew jekk neċessarju jitterminaw, relazzjonijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet rispondenti fil-pajjiż terz ikkonċernat.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|