+Artikolu 49 Proċess ta’ dipendenza fuq entità oħra marbuta b’obbligu
---+Artikolu 49 1
---+Artikolu 49 2
---+Artikolu 49 3
---+Artikolu 49 4
---+Artikolu 49 5
|
Artikolu 49 Proċess ta’ dipendenza fuq entità oħra marbuta b’obbligu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1
|
1. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu mingħu l-entità marbuta b’obbligu l-informazzjoni neċessarja kollha fuq il-miżuri dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1), , il-punti (a), (b) u (c), jew in-negozju li jkun qed jiġi introdott.
|
|
Artikolu 49 2
|
2. L-entitajiet marbutin b’obbligu li jiddependu fuq entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jiżguraw li l-entità marbuta b’obbligu li tkun qagħdet fuqha tipprovdi, fuq talba:
|
(a)
|
kopji tal-informazzjoni miġbura sabiex jiġi identifikat il-klijent;
|
|
(b)
|
id-dokumenti ta’ sostenn kollha jew is-sorsi affidabbli ta’ informazzjoni li ntużaw sabiex tiġi vverifikata l-identità tal-klijent, u, fejn rilevanti, tas-sidien benefiċjarji tal-klijent jew tal-persuni li f’isimhom jaġixxi l-klijent, inkluż data miksuba permezz ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u servizzi ta’ trust rilevanti kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014; u
|
|
(c)
|
kull informazzjoni miġbura dwar l-iskop u n-natura prevista tar-relazzjoni tan-negozju.
|
|
|
Artikolu 49 3
|
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprovduta mill-entità marbuta b’obbligu li tkun saret dipendenza fuqha mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.
|
|
Artikolu 49 4
|
4. Il-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bil-miktub bejn l-entitajiet marbutin b’obbligu.
|
|
Artikolu 49 5
|
5. Meta l-entità marbuta b’obbligu tiddependi fuq entità marbuta b’obbligu li tkun parti mill-grupp tagħha, il-ftehim bil-miktub jista’ jiġi ssostitwit bi proċedura interna stabbilita fil-livell tal-grupp, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|