+Artikolu 126 Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali
---+Artikolu 126 1.
---+Artikolu 126 2.
---+Artikolu 126 3.
---+Artikolu 126 4.
|
Artikolu 126 Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 126 1.
|
Għal skopertura ggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(2), il-punt (b)(i) il-parti tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 60 %. Meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 60 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni. Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 60 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni għandu jitnaqqas bil-prodott ta':
(a)
55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u
(b)
l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.
Meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u l-perċentwal stabbilit f'konformità mal-Artikolu 124(9). Il-parti li jifdal tal-iskopertura msemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk ikun hemm, għandha tiġi ponderata għar-riskju bħala skopertura għall-kontroparti li ma tkunx iggarantita permezz tal-proprjetà immobbli kummerċjali.
|
|
Artikolu 126 2.
|
Skopertura kif imsemmija fl-Artikolu 124(2), il-punt (b)(ii), għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju stabbilit f'konformità mal-bucket tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur rispettiv fit-Tabella 1. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-iskopertura għall-valur minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbilit f'konformità mal-Artikolu 124(9).
Tabella 1
|
|
ETV ≤ 60 %
|
60 % < ETV ≤ 80 %
|
ETV > 80 %
|
|
Piż tar-riskju
|
70 %
|
90 %
|
110 %
|
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli kummerċjali li tkun tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, meta l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun ippubblikat, f'konformità mal-Artikolu 430a(3), ir-rati ta' telf għal tali skoperturi li, abbażi tad-data aggregata rrapportata mill-istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru għal dak is-suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli, ma jaqbżu l-ebda wieħed mil-limiti li ġejjin għat-telf aggregat għal tali skoperturi li kienu eżistenti fis-sena preċedenti:
(a)
l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (d), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (f), ma jaqbiżx iż -0,3 %;
(b)
l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (e), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (f), ma jaqbiżx iż -0,5 %.
|
|
Artikolu 126 3.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw id-deroga msemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu anke f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni kif iddeterminat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 107(4), tippubblika r-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz. Meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ma tippubblikax ir-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz, l-EBA tista' tippubblika tali informazzjoni għal pajjiż terz, dment li jkunu disponibbli data statistika valida, li huma statistikament rappreżentattivi tas-suq korrispondenti tal-proprjetà immobbli kummerċjali.
|
|
Artikolu 126 4.
|
L-EBA għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-aġġustament tat-trattament ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali, inkluż skoperturi IPRE u mhux IPRE, filwaqt li tqis l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju u d-differenzi relattivi fir-riskju ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, id-differenzi fis-sensittività għar-riskju tal-iskoperturi IPRE ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali msemmija fl-Artikolu 125(2), it-Tabella 1, u l-iskoperturi IPRE ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali msemmija fit-Tabella 1 f'dan l-Artikolu u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS dwar il-vulnerabbiltajiet fis-settur tal-proprjetà immobbli kummerċjali fl-Unjoni. L-EBA għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027. Abbażi tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta' Diċembru 2028.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|