+Artikolu 170 Struttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni
---+Artikolu 170 1.
---+Artikolu 170 2.
---+Artikolu 170 3.
---+Artikolu 170 4.

Artikolu 170 Struttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 170 1.

►M17  L-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: ◄

(a) 

sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tqis il-karatteristiċi tar-riskju tad-debitur u tat-transazzjoni;

(b) 

sistema ta’ klassifikazzjoni għandu jkollha skala ta’ klassifikazzjoni tad-debitur li tirrefletti b’mod esklussiv il-kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ inadempjenza ta’ debitur. L-iskala ta’ klassifikazzjoni tad-debitur għandu jkollha minimu ta’ 7 gradi għal debituri mhux inadempjenti u grad wieħed għal debituri inadempjenti;

(c) 

istituzzjoni għandha tiddokumenta r-relazzjoni bejn il-gradi tad-debitur f’termini tal-livell ta’ riskju ta’ inadempjenza li kull grad jimplika u l-kriterji użati li jiddistingwu dak il-livell ta’ riskju ta’ inadempjenza;

(d) 

istituzzjonijiet b’portafolli konċentrati fuq segment tas-suq u firxa partikolari ta’ riskju ta’ inadempjenza għandu jkollhom biżżejjed gradi ta’ debituri f’dik il-firxa sabiex jevitaw konċentrazzjonijiet bla ħtieġa ta’ debituri fi grad partikolari. Konċentrazzjonijiet sinifkanti fi grad wieħed għandhom jiġu appoġġjati minn provi empiriċi konvinċenti li l-grad tad-debituri jkopri faxxa tal-PD raġonevolment dejqa u li r-riskju ta’ inadempjenza ta’ kull debitur f’dak il-grad jaqa’ f’dik il-faxxa;

(e) 

sabiex titħalla mill-awtorità kompetenti li tuża stimi proprji tal-LGDs għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tinkludi skala distinta ta’ klassifikazzjoni tal-faċilitajiet li tirrefletti b’mod esklussiv il-karatteristiċi ta’ transazzjoni relatati mal-LGD. Id-definizzjoni ta’ grad tal-faċilità għandha tinkludi kemm spjegazzjoni dwar kif l-iskoperturi huma assenjati għall-grad kif ukoll dwar il-kriterji użati sabiex jiddistingwu l-livell ta’ riskju fost il-gradi;

(f) 

konċentrazzjonijiet sinifikanti fi grad ta’ faċilità wieħed għandhom ikunu appoġġjati minn provi empiriċi konvinċenti li l-grad tal-faċilità jkopri faxxa tal-LGD raġonevolment dejqa, rispettivament, u li r-riskju tal-iskoperturi kollha f’dak il-grad jaqa’ f’dik il-faxxa.

Artikolu 170 2.
L-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti f’153(5) għall-assenjazzjoni tal-piżijiet ta’ riskju għall-iskoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzat huma eżenti mir-rekwiżit li jkollhom skala ta’ klassifikazzjoni tad-debituri li tirrefletti b’mod esklussiv il-kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ inadempjenza tad-debituri għal dawn l-iskoperturi. Dawn l-istituzzjonijiet għandu jkollhom tal-inqas 4 gradi għal debituri mhux inadempjenti u tal-inqas grad wieħed għal debituri inadempjenti għal dawn l-iskoperturi.
Artikolu 170 3.

L-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

is-sistemi ta’ klassifikazzjoni għandhom jirreflettu kemm ir-riskju tad-debituri kif ukoll tat-transazzjoni, u għandhom ikopru l-karatteristiċi rilevanti kollha tad-debitur u tat-transazzjoni;

(b) 

il-livell ta’ differenzazzjoni tar-riskji għandu jiżgura li l-għadd ta’ skoperturi fi grad jew aggregazzjoni partikolari ta’ skoperturi huwa suffiċjenti sabiex jippermetti kwantifikazzjoni u validazzjoni sinifikattivi tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad jew tal-aggregat. Id-distribuzzjoni tal-iskoperturi u debituri fil-gradi jew l-aggregazzjonijiet kollha għandha ssir b’tali mod li jiġu evitati konċentrazzjonijiet eċċessivi;

(c) 

il-proċess ta’ assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet għandu jipprevedi differenzazzjoni sinifikattiva tar-riskju, għal raggruppar ta’ skoperturi omoġeni biżżejjed, u għandu jippermetti li ssir stima preċiża u konsistenti tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad u tal-aggregat. Għal riċevibbli mixtrija r-raggruppar għandu jirrefletti l-prattiki ta’ sottoskrizzjoni tal-bejjiegħ u l-eteroġenità tal-klijenti tiegħu.

Artikolu 170 4.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-fatturi ta’ riskju li ġejjin meta jassenjaw l-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet:

(a) 

il-karatteristiċi tar-riskju tad-debitur;

▼M17

(b) 

il-karatteristiċi tar-riskju tat-tranżazzjoni, inkluż it-tipi tal-prodott u l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, il-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata rikonoxxuta, il-kalkoli tas-self għall-valur, il-maturazzjoni u s-superjorità; l-istituzzjonijiet għandhom jindirizzaw b'mod espliċitu l-każijiet li fihom diversi skoperturi jibbenefikaw mill-istess protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux iffinanzjata;

▼B

(c) 

delinkwenza, għajr f’każijiet fejn istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha li d-delinkwenza mhijiex fattur materjali ta’ riskju għall-iskopertura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit