+Artikolu 280c Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu
---+Artikolu 280c 1.
---+Artikolu 280c 2.
---+Artikolu 280c 3.
---+Artikolu 280c 4.
---+Artikolu 280c 5.

Artikolu 280c Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 280c 1.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji tal-kreditu rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:

(a) 

għandu jkun hemm entità referenzjarja tal-kreditu waħda għal kull emittent ta' strument ta' dejn ta' referenza sottostanti għal tranżazzjoni b'isem wieħed allokata lill-kategorija ta' riskju ta' kreditu; it-tranżazzjonijiet b'isem wieħed għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' kreditu fil-każ biss meta l-istrument ta' dejn ta' referenza sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet jinħareġ mill-istess emittent;

(b) 

għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' kreditu waħda għal kull grupp ta' strumenti ta' dejn ta' referenza jew derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed sottostanti għal tranżazzjoni b'ħafna ismijiet allokata lill-kategorija ta' riskju ta' kreditu; it-tranżazzjonijiet b'ħafna ismijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' kreditu fil-każ biss meta l-grupp ta' strumenti ta' dejn ta' referenza sottostanti jew derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed ta' dawk it-tranżazzjonijiet ikollu l-istess kostitwenti.

Artikolu 280c 2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' kreditu għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

image

fejn:

AddOnCredit

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' kreditu;

j

=

l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hegding ta' riskju ta' kreditu stabbiliti skont il-punt (c) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

image

=

is-suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

Artikolu 280c 3.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett ta' hedging j kif ġej:

image

fejn:

image

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett ta' hedging j;

єj

=

il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280;

k

=

l-indiċi li jindika li l-entitajiet referenzjarji ta' kreditu tas-sett tan-netting stabbiliti skont il-paragrafu 1;

image

=

il-fattur ta' korrelazzjoni tal-entità referenzjarja ta' kreditu k; meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k ġiet stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1,

image

, meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k ġiet stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1,

image

; u

AddOn(Entityk)

=

is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu k determinat skont il-paragrafu 4.

Artikolu 280c 4.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu k kif ġej:

image

fejn:

image

=

l-ammont nozzjonali effettiv ta' entità referenzjarja ta' kreditu k ikkalkulat kif ġej:

image

fejn:

l

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju; u

image

=

il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' kreditu k ikkalkolat skont il-paragrafu 5.

Artikolu 280c 5.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' kreditu k kif ġej:

(a) 
għall-entità referenzjarja ta' kreditu k stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1,

image

għandu jiġi kklassifikat f'wieħed mis-sitt fatturi ta' superviżjoni stabbiliti fit-Tabella 3 ta' dan il-paragrafu abbażi ta' valutazzjoni ta' kreditu esterna minn ECAI nominata tal-emittent individwali korrispondenti; għal emittent individwali għal liema valutazzjoni ta' kreditu minn ECAI nominata mhijiex disponibbli:
(i) 

istituzzjoni li tuża l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 3 għandha tikklassifika l-klassifikazzjoni interna tal-emittent individwali f'waħda mill-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni;

(ii) 
istituzzjoni li tuża l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 2 għandha tassenja l-

image

lil dik l-entità referenzjarja ta' kreditu; madankollu, meta istituzzjoni tapplika l-Artikolu 128 għal skoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' kontroparti għall-piż tar-riskju għal dan l-emittent individwali, għandu jiġi assenjat l-

image

lil dik l-entità referenzjarja ta' kreditu;
(b) 

għal entità referenzjarja ta' kreditu k stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1:

(i) 
meta pożizzjoni ta' riskju l assenjata lill-entità referenzjarja ta' kreditu k hija indiċi ta' kreditu elenkata f'kambju rikonoxxut, l-

image

għandu jiġi kklassifikat f'wieħed miż-żewġ fatturi ta' superviżjoni stabbiliti fit-Tabella 4 ta' dan il-paragrafu abbażi tal-kwalità tal-kreditu tal-maġġoranza tal-kostitwenti individwali tagħha;
(ii) 
meta pożizzjoni ta' riskju l assenjata lill-entità referenzjarja ta' kreditu k mhijiex imsemmija fil-punt (i) ta' dan il-punt,

image

għandu jkun il-medja ppeżata tal-fatturi ta' superviżjoni kklassifikati f'kull kostitwent skont il-metodu stabbilit fil-punt (a), meta l-piżijiet huma definiti mill-proporzjon ta' nozzjonali tal-kostitwenti f'dik il-pożizzjoni.



Tabella 3

Skala tal-kwalità kreditizja

Fattur ta' superviżjoni għal tranżazzjonijiet b'isem wieħed

1

0,38 %

2

0,42 %

3

0,54 %

4

1,06 %

5

1,6 %

6

6,0 %



Tabella 4

Kwalità kreditizja dominanti

Fattur ta' superviżjoni għal indiċijiet ikkwotati

Grad ta' investiment

0,38 %

Grad mhux ta' investiment

1,06 %

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit