“9. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-emittenti ta’ flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (3), tad-Direttiva 2009/110/KE, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4 il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi stabbiliti fit-territorju tagħhom f’forom oħra li mhumiex fergħa, u li l-uffiċċju ewlieni tagħhom ikun jinstab fi Stat Membru ieħor, jaħtru punt ta’ kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom. Dak il-punt ta’ kuntatt ċentrali għandu jiżgura, f’isem l-entità li topera fuq bażi transfruntiera, il-konformità mar-regoli tal-AML/CFT u għandu jiffaċilita s-superviżjoni mis-superviżuri, inkluż billi jipprovdi dokumenti u informazzjoni lis-superviżuri meta jintalbu.”