+16. Portfolio concentration
---+1. Il-matriċijiet ta‟ transizzjoni għall-immudellar tal-proċess tal-migrazzjoni ta‟ …
---+2. Jistgħu jiġu applikati matriċijiet separati ta‟ transizzjoni għal gruppi speċifiċi ta‟ emittenti …

16. Portfolio concentration

16. Portfolio concentration

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Il-matriċijiet ta‟ transizzjoni għall-immudellar tal-proċess tal-migrazzjoni ta‟ …

Il-matriċijiet ta‟ transizzjoni għall-immudellar tal-proċess tal-migrazzjoni ta‟ klassifikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq data storika ta‟ migrazzjoni bl-użu ta‟ sorsi esterni (jiġifieri agenziji ta‟ klassifikazzjoni) jew ta‟ sorsi interni. Matriċijiet minn sorsi esterni għandhom ikunu ppreferuti f‟każijiet fejn data storika interna tkun skarsa. L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-ammont ta‟ data storika hija biżżejjed sabiex jinkisbu estimi robusti, preċiżi u statistikament konsistenti. L-istituzzjonijiet għandhom jivvalidaw ir-robustezza ta‟ matriċijiet ta‟ transizzjoni b‟mod partikolari fir-rigward ta‟ kategoriji ogħla ta‟ klassifikazzjoni, fejn ftit degradazzjonijiet gravi jew inadempjenzi jistgħu jaffetwaw il-frekwenza tal-migrazzjoni b‟mod sinifikanti. Skont ir-rekwiżit għal „standard ta‟ solidità komparabbli mal-IRB‟ li tistabbilixxi s-CRD, jeħtieġ perjodu minimu ta‟ osservazzjoni storika ta‟ 5 snin.

2. Jistgħu jiġu applikati matriċijiet separati ta‟ transizzjoni għal gruppi speċifiċi ta‟ emittenti …

Jistgħu jiġu applikati matriċijiet separati ta‟ transizzjoni għal gruppi speċifiċi ta‟ emittenti u għal żoni ġeografiċi speċifiċi. Skont (i) il-kompożizzjoni tal-portafoll tal-istituzzjonijiet, (ii) id-disponibbilita ta‟ matriċijiet preċiżi ta‟ transizzjoni u (iii) differenzi possibli fil-karatteristiċi ta‟ migrazzjoni fost il-prodotti, emittenti u/jew żoni ġeografiċi, għandha tittieħed deċiżjoni bilanċjata dwar is-sett ta‟ matriċijiet ta‟ transizzjoni użat. Deċiżjoni bħal din għandha tikkunsidra (i) l-għażla tas-sors (intern jew estern) flimkien ma‟ analiżi tal-koinċidenza u/jew tad-diskrepanza possibbli bejn il-portafoll tal-istituzzjonijiet u l-assi sottostanti għall-matriċi tat-transizzjoni; (ii) il-motivazzjoni għal kwalunkwe skema ta‟ ippeżar (anki għall-użu ta‟ piżijiet ugwali); u

  • (iii) id-daqs tal-perjodu storiku. L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw matriċi unika ta‟ transizzjoni (jew aktar meta jkun hemm data rilevanti disponibbli) li hija speċifika għal debituri sovrani.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/