+1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-dokumentazzjoni u l-evidenza pprovduti …
|
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-dokumentazzjoni u l-evidenza pprovduti …
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-dokumentazzjoni u l-evidenza pprovduti mill-istituzzjoni oriġinatriċi relatati mat-titolizzazzjoni sabiex jiddeterminaw jekk ir-riskju proporzjonat tal-kreditu ġiex trasferit lil partijiet terzi u jitolbu informazzjoni addizzjonali, fejn din tkun meħtieġa biex issir il-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari fost l-oħrajn, lil dawn il-fatturi li ġejjin, kif applikabbli: - a. l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, kif rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija kkalkulati għall-iskoperturi titolizzati qabel it-titolizzazzjoni u l-ammonti korrispondenti għas-segmenti trasferiti u miżmuma mill-istituzzjoni oriġinatriċi wara t-titolizzazzjoni;
- b. fir-rigward tal-istituzzjonijiet oriġinaturi li juru l-SRT skont l-Artikoli 243(4) jew 244(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-metodi użati biex juru li r-riskju tal-kreditu li ġie trasferit huwa proporzjonat mat-tnaqqis possibbli fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;
- c. fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun użat mudelli interni biex turi li r-riskju tal-kreditu sinifikanti ġie trasferit, jekk dawn il-mudelli humiex robusti b’mod xieraq u fejn intużaw mudelli esterni jekk dawn il-mudelli ġewx integrati fil-proċessi regolari tal-istituzzjoni oriġinatriċi, u jekk l-istituzzjoni oriġinatriċi għandhiex fehim xieraq ta’ kif jopera l-mudell u s-suppożizzjonijiet sottostanti tiegħu;
- d. fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun użat suppożizzjonijiet ta’ stress speċifiċi fuq l-aggregazzjoni tal-assi sottostanti, l-adegwatezza ta’ dawn is-suppożizzjonijiet u kif dawn is-suppożizzjonijiet u t-telf projettat li jirriżulta jitqabblu ma’ dawk użati għall-ittestjar tal-istress superviżorju jew ma’ sorsi empiriċi oħra ta’ dejta bħal din, bħall-aġenziji tal-klassifikazzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|