+Titolu III - Rekwiżiti għall-awtoritajiet kompetenti fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 243 (4) jew l-Artikolu 244 (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 243(2) jew l-Artikolu 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn tapplika kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi skont it-Titolu II
---+4. Valutazzjoni tas-sinifikat tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu
---+1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-dokumentazzjoni u l-evidenza pprovduti …
---+2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-istituzzjoni oriġinatriċi għandhiex biżżejjed …
---+3. Fil-każ fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun qed isserraħ fuq il-formola superviżorja biex …
---+5. Valutazzjoni tal-karatteristiċi strutturali
---+1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk hemmx karatteristiċi strutturali fi …
---+2. Fil-każ tat-titolizzazzjonijiet tradizzjonali, huma biss dawn l-opzjonijiet ta’ xiri li ġejjin …
---+3. Barra minn hekk, u sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza, fil-każ tat-titolizzazzjonijiet …
---+4. Fil-każ tat-titolizzazzjonijiet sintetiċi, kwalunkwe opzjoni mogħtija lill-investituri …
---+5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk fil-passat l-istituzzjoni oriġinatriċi kinitx …
---+6. Meta t-tranżazzjonijiet jinkludu perjodi ta’ rikostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li t-tranżazzjonijiet ma jinkludu l-ebda mekkaniżmu …
---+1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk hemmx diskrepanzi fil-maturità jew fil-munita bejn …
---+2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-diskrepanzi fil-maturità għat-tranżazzjonijiet …
---+3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-diskrepanzi fil-munita għat-tranżazzjonijiet …
---+1. Fejn it-titolizzazzjoni tinkiseb b’mod sintetiku bl-użu ta’ derivat tal-kreditu jew garanzija …
---+2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-avvenimenti ta’ kreditu li huma koperti …
---+3. Jekk il-primjums imħallsa lill-fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu mhumiex rikonoxxuti …
---+4. Fejn il-primjums jitħallsu minn qabel, jew mhumiex marbuta mat-telf fl-aggregazzjoni tal-assi li …
---+1. L-awtoritajiet għandhom jivvalutaw jekk ir-riskju tal-kreditu sinifikanti ġiex trasferit lil …
---+1. Fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun qed tuża l-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet kif …
---+1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-istituzzjoni oriġinatriċi għandhiex politiki …

Titolu III - Rekwiżiti għall-awtoritajiet kompetenti fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 243 (4) jew l-Artikolu 244 (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 243(2) jew l-Artikolu 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn tapplika kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi skont it-Titolu II

Titolu III - Rekwiżiti għall-awtoritajiet kompetenti fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 243 (4) jew l-Artikolu 244 (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 243(2) jew l-Artikolu 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn tapplika kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi skont it-Titolu II

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
4. Valutazzjoni tas-sinifikat tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu

Valutazzjoni tas-sinifikat tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-dokumentazzjoni u l-evidenza pprovduti …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-dokumentazzjoni u l-evidenza pprovduti mill-istituzzjoni oriġinatriċi relatati mat-titolizzazzjoni sabiex jiddeterminaw jekk ir-riskju proporzjonat tal-kreditu ġiex trasferit lil partijiet terzi u jitolbu informazzjoni addizzjonali, fejn din tkun meħtieġa biex issir il-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari fost l-oħrajn, lil dawn il-fatturi li ġejjin, kif applikabbli:

  • a. l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, kif rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija kkalkulati għall-iskoperturi titolizzati qabel it-titolizzazzjoni u l-ammonti korrispondenti għas-segmenti trasferiti u miżmuma mill-istituzzjoni oriġinatriċi wara t-titolizzazzjoni;
  • b. fir-rigward tal-istituzzjonijiet oriġinaturi li juru l-SRT skont l-Artikoli 243(4) jew 244(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-metodi użati biex juru li r-riskju tal-kreditu li ġie trasferit huwa proporzjonat mat-tnaqqis possibbli fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;
  • c. fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun użat mudelli interni biex turi li r-riskju tal-kreditu sinifikanti ġie trasferit, jekk dawn il-mudelli humiex robusti b’mod xieraq u fejn intużaw mudelli esterni jekk dawn il-mudelli ġewx integrati fil-proċessi regolari tal-istituzzjoni oriġinatriċi, u jekk l-istituzzjoni oriġinatriċi għandhiex fehim xieraq ta’ kif jopera l-mudell u s-suppożizzjonijiet sottostanti tiegħu;
  • d. fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun użat suppożizzjonijiet ta’ stress speċifiċi fuq l-aggregazzjoni tal-assi sottostanti, l-adegwatezza ta’ dawn is-suppożizzjonijiet u kif dawn is-suppożizzjonijiet u t-telf projettat li jirriżulta jitqabblu ma’ dawk użati għall-ittestjar tal-istress superviżorju jew ma’ sorsi empiriċi oħra ta’ dejta bħal din, bħall-aġenziji tal-klassifikazzjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-istituzzjoni oriġinatriċi għandhiex biżżejjed …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-istituzzjoni oriġinatriċi għandhiex biżżejjed għarfien dwar l-assi sottostanti sabiex tkun tista’ twettaq analiżi xierqa tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u għandhom iqisu wkoll jekk hemmx riskju idjosinkratiku fil-portafoll li ma jinqabadx mill-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu jew mill-kalkoli tal-kapital tal-istituzzjoni oriġinatriċi. Ir-riskju idjosinkratiku għandu jinqabad permezz ta’ suppożizzjonijiet iżjed konservattivi minn xenarju standard ta’ “każ bażi”. Dan il-konservatiżmu għandu jfittex li jaqbad ir-riskju idjosinkratiku li jista’ jikkorrispondi għal xenarju ta’ “każ ta’ stress” jekk applikabbli.

3. Fil-każ fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun qed isserraħ fuq il-formola superviżorja biex …

Fil-każ fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun qed isserraħ fuq il-formola superviżorja biex tiddetermina r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha ta’ wara t-titolizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kemm ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni miżmuma tal-istituzzjoni oriġinatriċi huma sensittivi għat-tibdil fil-parametri tal-IRB sottostanti. Jekk ir-rekwiżiti tal-kapital fuq il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni miżmuma huma ferm sensittivi għal tibdil żgħir f’dawn il-parametri, huwa inqas probabbli li r-riskju proporzjonat tal-kreditu jkun ġie trasferit.

5. Valutazzjoni tal-karatteristiċi strutturali

Valutazzjoni tal-karatteristiċi strutturali

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk hemmx karatteristiċi strutturali fi …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk hemmx karatteristiċi strutturali fi tranżazzjoni li jistgħu jimminaw it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu ddikjarat lil partijiet terzi, bħal karatteristiċi bħal sejħiet opzjonali jew arranġamenti kuntrattwali oħra li fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet tradizzjonali jżidu l-probabbiltà li l-assi jitreġġgħu lura fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni oriġinatriċi jew fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi jżidu l-probabbiltà li l-protezzjoni ta’ kreditu tintemm qabel il-maturità tat-tranżazzjoni.

2. Fil-każ tat-titolizzazzjonijiet tradizzjonali, huma biss dawn l-opzjonijiet ta’ xiri li ġejjin …

Fil-każ tat-titolizzazzjonijiet tradizzjonali, huma biss dawn l-opzjonijiet ta’ xiri li ġejjin mogħtija lill-istituzzjonijiet oriġinaturi li m’għandhomx jitqiesu detrimentali biex jinkiseb it-trasferiment effettiv tar-riskju tal-kreditu mill-awtoritajiet kompetenti, sakemm dawn l-opzjonijiet ta’ xiri ma jagħtux lill-istituzzjoni oriġinatriċi d-dritt li takkwista mill-ġdid mingħand id-destinatarju tat-trasferiment l-iskopertura trasferita qabel sabiex tieħu l-benefiċċji tagħhom jew jobbligaw lill-istituzzjoni oriġinatriċi li tassumi mill-ġdid ir-riskju tal-kreditu trasferit:

  • a. opzjonijiet ta’ xiri regolatorji jew opzjonijiet ta’ xiri fiskali li huma eżerċitabbli biss jekk ikun hemm tibdil fil-qafas legali jew regolatorju li jkollu impatt fuq il-kontenut tar-relazzjoni kuntrattwali tat-tranżazzjoni rispettiva tat-titolizzazzjoni jew li jaffettwa d-distribuzzjoni tal-benefiċċji ekonomiċi derivati mit-tranżazzjoni rispettiva tat-titolizzazzjoni minn kwalunkwe parti għat-tranżazzjoni;
  • b. sejħiet għal clean-up li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 243(5)(f) tas-CRR.

Fil-każ tat-tranżazzjonijiet sintetiċi, kwalunkwe opzjoni ta’ xiri li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 5(2)(a) jew 5(2)(b) m’għandhiex għalfejn titqies mill-awtoritajiet kompetenti.

3. Barra minn hekk, u sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza, fil-każ tat-titolizzazzjonijiet …

Barra minn hekk, u sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza, fil-każ tat-titolizzazzjonijiet tradizzjonali, kwalunkwe opzjoni mogħtija lill-investituri tat-titolizzazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-opzjonijiet li huma eżerċitabbli biss fil-każ ta’ ksur kuntrattwali mill-istituzzjoni oriġinatriċi, għandha titqies mill-awtoritajiet kompetenti li qed tipprevjeni lill-oriġinatur milli jikseb trasferiment effettiv tar-riskju tal-kreditu.

4. Fil-każ tat-titolizzazzjonijiet sintetiċi, kwalunkwe opzjoni mogħtija lill-investituri …

Fil-każ tat-titolizzazzjonijiet sintetiċi, kwalunkwe opzjoni mogħtija lill-investituri tat-titolizzazzjoni jew lill-fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu li hija eżerċitabbli biss fil-każ ta’ ksur kuntrattwali minn partijiet oħra involuti fit-tranżazzjoni m’għandhiex titqies mill-awtoritajiet kompetenti li qed tipprevjeni lill-istituzzjoni oriġinatriċi milli tikseb trasferiment effettiv tar-riskju tal-kreditu, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 244(5)(c) tas-CRR. L-opzjonijiet l-oħra kollha mogħtija lill-investituri tat-titolizzazzjoni jew lill-fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet kompetenti, għaliex jistgħu jirriżultaw f’rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali minħabba diskrepanzi fil-maturità.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk fil-passat l-istituzzjoni oriġinatriċi kinitx …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk fil-passat l-istituzzjoni oriġinatriċi kinitx xtrat mill-ġdid tranżazzjonijiet biex tipproteġi lill-investituri u jekk ġewx segwiti r-regoli dwar l-appoġġ impliċitu kif speċifikat fl-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mill-istituzzjoni oriġinatriċi biex jiġi żgurat li r-riskju ġie trasferit b’mod effettiv.

6. Meta t-tranżazzjonijiet jinkludu perjodi ta’ rikostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Meta t-tranżazzjonijiet jinkludu perjodi ta’ rikostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-kriterji tal-eliġibbiltà tal-assi fl-aggregazzjoni sottostanti u jqisu l-kwalità tal-kreditu minima u massima tal-assi eliġibbli, u jqisu jekk l-assi jistgħux jiġu sostitwiti fl-istruttura bil-ħsieb li jiġu protetti l-investituri mit-telf filwaqt li jiżdied ir-riskju tal-kreditu għall-istituzzjoni oriġinatriċi biex jiġi żgurat li r-riskju jkun ġie trasferit b’mod effettiv.

7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li t-tranżazzjonijiet ma jinkludu l-ebda mekkaniżmu …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li t-tranżazzjonijiet ma jinkludu l-ebda mekkaniżmu inkorporat meta nħolqu li jkun qed inaqqas l-ammont tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu mill-istituzzjoni oriġinatriċi lil partijiet terzi b’mod sproporzjonat matul iż-żmien.

6. Diskrepanzi bejn il-protezzjoni ta’ kreditu u l-assi sottostanti għat-titolizzazzjonijiet sintetiċi

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk hemmx diskrepanzi fil-maturità jew fil-munita bejn …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk hemmx diskrepanzi fil-maturità jew fil-munita bejn il-protezzjoni pprovduta u l-assi sottostanti. Meta jqisu l-maturità tal-protezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk is-sejħiet opzjonali jew karatteristiċi oħra jistgħux inaqqsu l-maturità tal-protezzjoni fil-prattika, u kif din tirrelata maż-żmien mistenni ta’ inadempjenzi fl-aggregazzjoni tal-assi.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-diskrepanzi fil-maturità għat-tranżazzjonijiet …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-diskrepanzi fil-maturità għat-tranżazzjonijiet fejn l-aggregazzjonijiet tal-assi jkunu jistgħu jirrikostituzzjonaw hekk kif l-istituzzjonijiet oriġinaturi jistgħu jissostitwixxu f’assi b’maturità itwal lejn il-parti tal-aħħar tal-perjodu ta’ protezzjoni, u b’hekk iżidu kwalunkwe diskrepanza fil-maturità.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-diskrepanzi fil-munita għat-tranżazzjonijiet …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id-diskrepanzi fil-munita għat-tranżazzjonijiet fejn l-aggregazzjonijiet tal-assi jkun fihom profil tal-munita differenti minn dak tal-obbligazzjonijiet. Fejn iseħħu dawn id-diskrepanzi, għandu jiġi applikat telf prudenti għat-tnaqqis tar-rekwiżiti tal-kapital proprju mitluba skont l-opinjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti. L-istrumenti ta’ mitigazzjoni, bħall-iswaps tal-muniti għandhom jiġu vvalutati għall-adegwatezza f’termini tal-bilanċ skambjat, id-durata tal-iswap innifisha, u kwalunkwe skattatur kontinġenti.

7. Kwistjonijiet dwar il-protezzjoni ta’ kreditu f’titolizzazzjonijiet sintetiċi

1. Fejn it-titolizzazzjoni tinkiseb b’mod sintetiku bl-użu ta’ derivat tal-kreditu jew garanzija …

Fejn it-titolizzazzjoni tinkiseb b’mod sintetiku bl-użu ta’ derivat tal-kreditu jew garanzija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-protezzjoni ta’ kreditu tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tipprovdi biżżejjed ċertezza tal-pagament sabiex ma timminax it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu. Jekk il-protezzjoni ta’ kreditu tkun iffinanzjata, għandhom jitqiesu l-arranġamenti tal-kollateral inkluż li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata. Jekk il-protezzjoni ta’ kreditu ma tkunx iffinanzjata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk hemmx arranġamenti xierqa stabbiliti biex jiżguraw il-pagament f’waqtu.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-avvenimenti ta’ kreditu li huma koperti …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-avvenimenti ta’ kreditu li huma koperti mill-protezzjoni ta’ kreditu miksuba (eż. jekk tinkludix avvenimenti ta’ kreditu standard bħall-falliment, in-nuqqas ta’ pagament jew ir-ristrutturar tas-self).

3. Jekk il-primjums imħallsa lill-fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu mhumiex rikonoxxuti …

Jekk il-primjums imħallsa lill-fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu mhumiex rikonoxxuti fil-kont tal-profit u t-telf tal-istituzzjoni oriġinatriċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk il-primjums imħallsa lill-fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu humiex eċċessivament għolja sal-punt li jiġi mminat l-SRT. Dan jista’ jiġi vvalutat f’numru ta’ modi bħal pereżempju billi jitqiesu l-primjums imħallsa meta mqabbla (i) mar-rendiment tal-aggregazzjoni tal-assi, jew (ii) mat-telf li jkun qed jiġi kopert mill-protezzjoni, jew (iii) mar-rati ġusti tas-suq, jew (iv) ma’ xi kombinazzjoni ta’ dawn id-diversi fatturi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu wkoll jekk hemmx karatteristiċi oħra tat-tranżazzjoni minbarra l-primjums, bħal tariffi, li b’mod effettiv iżidu l-ispiża tal-protezzjoni li tkun qed tingħata sal-punt li jiġi mminat it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu.

4. Fejn il-primjums jitħallsu minn qabel, jew mhumiex marbuta mat-telf fl-aggregazzjoni tal-assi li …

Fejn il-primjums jitħallsu minn qabel, jew mhumiex marbuta mat-telf fl-aggregazzjoni tal-assi li qed tiġi protetta jew inkella ggarantita, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk dan inaqqasx il-firxa tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu.

8. SRT lil partijiet terzi

1. L-awtoritajiet għandhom jivvalutaw jekk ir-riskju tal-kreditu sinifikanti ġiex trasferit lil …

L-awtoritajiet għandhom jivvalutaw jekk ir-riskju tal-kreditu sinifikanti ġiex trasferit lil partijiet terzi li mhumiex konnessi mal-istituzzjoni oriġinatriċi b’mod li jista’ jimmina t-trasferiment tar-riskju tal-kreditu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe konnessjoni rilevanti bejn l-investituri jew il-fornituri tal-protezzjoni tal-kreditu u l-istituzzjoni oriġinatriċi, u jekk l-istituzzjoni oriġinatriċi tipprovdix lil partijiet terzi b’finanzjament sinifikanti meta jwettqu l-valutazzjoni tagħhom tal-SRT.

9. Klassifikazzjonijiet tal-kreditu

1. Fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun qed tuża l-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet kif …

Fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun qed tuża l-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 261 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi tagħha għat-titolizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu magħżula għandhiex esperjenza xierqa u kompetenza esperta fil-klassi tal-assi li qed tiġi kklassifikata safejn huma konxji l-awtoritajiet kompetenti.

10. Politiki interni għall-valutazzjoni tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u l-SRT

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-istituzzjoni oriġinatriċi għandhiex politiki …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-istituzzjoni oriġinatriċi għandhiex politiki interni xierqa biex twettaq il-valutazzjoni tagħha stess tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u l-SRT. Dan għandu jinkludi mhux biss valutazzjoni inizjali tat-tranżazzjoni meta l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun qed tfittex l-ewwel darba l-esklużjoni tal-iskoperturi titolizzati mill-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ppeżati skont ir-riskju u, kif rilevanti, tal-ammonti ta’ telf mistennija, imma għandhom iqisu wkoll il-valutazzjoni kontinwa tal-SRT tul il-ħajja tat-tranżazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/