+2. Ċirkostanzi oħrajn għajr dawk relatati mal-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-ditta …

2. Ċirkostanzi oħrajn għajr dawk relatati mal-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-ditta …

Ċirkostanzi oħrajn għajr dawk relatati mal-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-ditta

1.19. Meta opzjoni waħda jew aktar jistgħu jkunu xierqa abbażi tal-valutazzjoni, jew meta ssir għażla bejn l-għodod biex tinkiseb id-dilwizzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jagħżlu l-opzjoni jew l-opzjonijiet li jissodisfaw l-aħjar l-objettivi tar-riżoluzzjoni fl-Artikolu 31 tal-BRRD.

1.20. B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kumpaniji nazzjonali jew tal-UE jistgħu jaffettwaw l-għażla xierqa bejn il-kisba tad-dilwizzjoni billi jinħarġu biss ishma ġodda, permezz tal-kombinazzjoni tal-kanċellazzjoni ta’ xi ishma u l-ħruġ ta’ ishma ġodda jew permezz tat-trasferiment ta’ xi ishma.

1.21. L-eżempji li ġejjin jipprovdu illustrazzjoni mhux eżawrjenti tal-fatturi li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw. L-eżempji mhumiex definittivi u l-konformità mal-gwida ma teħtieġx li l-awtoritajiet jiddeċiedu li jagħżlu l-opzjonijiet issuġġeriti meta japplikaw iċ-ċirkostanzi deskritti.

1.22. Meta jiġi kkunsidrat jekk l-ishma jew strumenti oħrajn ta’ sjieda għandhomx jiġu kkanċellati u/jew trasferiti (waħedhom jew f’kombinazzjoni mad-dilwizzjoni), l-awtoritajiet jistgħu jqisu l-karatteristiċi partikolari tal-ishma jew strumenti oħrajn. Pereżempju, meta ċerti ishma jagħtu drittijiet speċjali tal-vot, l-awtoritajiet jistgħu jikkunsidraw li jkun aktar xieraq li jiġu kkanċellati dawk l-ishma milli jiġu trasferiti lilhom sabiex tiġi ssimplifikata l-istruttura tad-ditta organizzata mill-ġdid.

1.23. F’ċerti każijiet, jista’ jkun hemm ishma jew strumenti oħrajn ta’ sjieda li ma jikkwalifikawx bħala kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni, pereżempju ishma privileġġjati li jikkwalifikaw bħala strumenti tal-Grad 1 addizzjonali. L-awtoritajiet jistgħu jagħżlu li jittrasferixxu biss l-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1) u jikkanċellaw kwalunkwe sehem ta’ sjieda jew strument ieħor ta’ sjieda (billi jirrispettaw s-salvagwardji rilevanti u l-protezzjonijiet legali).

1.24. Meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni użaw l-opzjoni skont l-Artikolu 43(4) tad-Direttiva 2014/59/UE biex ibiddlu l-forma legali ta’ istituzzjoni mutwalizzata preċedentement wara rikapitalizzazzjoni interna, għandha titwettaq kanċellazzjoni tal-istrumenti tas-sjieda jekk ikun meħtieġ sabiex issir dik il-bidla.

1.25. Meta l-ishma ta’ kumpanija pubblika jkunu elenkati fuq il-Boroż uffiċjali, aktar milli l-kanċellazzjoni tal-ishma, jista’ jkun meħtieġ li dawn jiġu trasferiti sabiex tiġi evitata interruzzjoni tal-elenkar u d-diskontinwità fil-valutazzjoni tal-ishma.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/