|
Ċirkostanzi relatati mal-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-ditta 1.1. Qabel ma tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew is-setgħa li l-istrumenti kapitali jiġu soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew jiġu konvertiti fil-punt tan-nonvijabbiltà, għandha ssir valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 36(b) sa (g) tad-Direttiva 2014/59/UE. 1.2. Din il-valutazzjoni hija maħsuba biex tinforma deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar il-punt limitu għall-kanċellazzjoni jew id-dilwizzjoni ta’ ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda u l-punt limitu ta’ telf li għandu jiġi rikonoxxut fil-punt tar-riżoluzzjoni. 1.3. Valutazzjoni indipendenti ex post trid issir ukoll f’konformità mal-Artikolu 74(2) tad-Direttiva 2014/59/UE sabiex jiġi ddeterminat jekk it-trattament attwali li l-azzjonisti u l-kredituri rċivew bħala riżultat tar-riżoluzzjoni kienx agħar minn dak li kienu jirċievu kieku d-ditta daħlet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza (il-valutazzjoni ex post). Stima tat-trattament li kull klassi ta’ azzjonisti u kredituri jkunu mistennija li jirċievu kieku d-ditta kellha tiġi soġġetta għal stralċ skont il-proċeduri normali ta’ insolvenza trid tiġi inkluża flimkien mal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD, kif meħtieġ mill-Artikolu 36(8) tal-BRRD. 1.4. It-trattament xieraq tal-azzjonisti u strumenti oħrajn ta’ sjieda għandhom jiġu infurmati mill-valur nett stmat tal-assi tal-istituzzjoni skont il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD u l-istima magħmula skont l-Artikolu 36(8) ta’ dik id-Direttiva. - a. Kanċellazzjoni jew trasferiment
1.5. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkanċellaw jew jittrasferixxu bi sħiħ l-ishma kollha jew strumenti oħra ta’ sjieda meta l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni jkun żero jew negattiv skont il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD kif ukoll skont l-istima magħmula skont l-Artikolu 36(8) ta’ dik id-Direttiva. 1.6. Min-naħa l-oħra, meta l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni jkun pożittiv skont il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD kif ukoll skont l-istima magħmula f’konformità mal-Artikolu 36(8) ta’ dik id-Direttiva, il-punt limitu tal-kanċellazzjoni jew tat-trasferiment għandu jkun parzjali u jiżgura li tal-inqas, l-azzjonisti jżommu l-valur nett tal-assi fl-istima skont l-Artikolu 36(8). 1.7. Jekk il-valur nett tal-assi skont il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36(4)(b) sa - (g) tal-BRRD ikun żero jew negattiv, ser ikun meħtieġ li l-kredituri ta’ prijorità fl-insolvenza tal-ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda, jiġu soġġetti għal valwazzjoni negattiva, tal-inqas b’mod parzjali. Il-valwazzjoni negattiva ta’ kredituri oħrajn filwaqt li l-azzjonisti jżommu xi valur tkun inkonsistenti mas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva fl-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE kif ukoll mar-rispett għall-ġerarkija tal-kredituri fl-insolvenza meħtieġa mill-prinċipji tar-riżoluzzjoni tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/59/UE.
1.8. Jekk ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda jkollhom valur pożittiv skont il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD, iżda valur żero skont l-istima f’konformità mal-Artikolu 36(8), l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jagħżlu minn sett usa’ ta’ opzjonijiet li jikkonsistu minn: a) kanċellazzjoni jew trasferiment b’mod sħiħ; b) kanċellazzjoni jew trasferiment parzjali4 ; jew c) dilwizzjoni. F’dan il-każ, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-ġerarkija tal-kredituri, mas-sekwenza ta’ valwazzjoni negattiva fl-Artikolu 48 u mal-prinċipji għar-riżoluzzjoni fl-Artikolu 34, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa liema opzjoni ser tikkonforma l-aħjar mal-prinċipji tal-BRRD u tissalvagwardja u tilħaq l-objettivi tar-riżoluzzjoni. 1.9. Fit-teħid ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jevitaw li jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni li huma jistennew li din tirriżulta fil-fatt li l-azzjonisti jġarrbu telf akbar milli kieku kienu jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza5 . 1.10. Jekk ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda ma jiġux ikkanċellati jew trasferiti b’mod sħiħ, dawn iridu jiġu dilwiti b’mod sever mill-konverżjoni tal-obbligazzjonijiet f’ekwità. 1.11. Għall-iskop ta’ dawn il-linji gwida, dilwizzjoni severa tittieħed li tfisser li kemm il-perċentwal tal-azzjonisti tas-sjieda tal-istituzzjoni kif ukoll il-valur tal-istrumenti ta’ sjieda jridu jitnaqqsu, sakemm dan ma jiksirx is-salvagwardja prevista fl-Artikolu 73 tal-BRRD. Din is-sitwazzjoni ser isseħħ biss jekk ir-riżoluzzjoni hija mistennija li tippreserva inqas valur għar-rikorrenti fuq il-bank minn proċedimenti normali ta’ insolvenza. 1.12. Meta sseħħ id-dilwizzjoni, il-punt limitu tad-dilwizzjoni għandu jiġi ddeterminat b’mod konsisteni mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50 tad-Direttiva 2014/59/UE u mal-Linji Gwida tal-EBA dwar ir-rati ta’ konverżjoni. Ir-rati ta’ konverżjoni stabbiliti b’mod konsistenti mal-prinċipju 2 ta’ gwida tal-Linji Gwida tal-EBA dwar ir-rata ta’ konverżjoni tad-dejn f’ekwità f’rikapitalizzazzjoni interna għandhom jiżguraw li d-dilwizzjoni tkun severa. Dan il-prinċipju jirrikjedi li jiġu stabbiliti r-rati ta’ konverżjoni sabiex jiġi żgurat li l-azzjonisti jġarrbu l-ewwel telf u tiġi rispetata l-ġerarkija tal-kredituri. Jekk klassi partikolari ta’ kredituri hija mistennija li tkun agħar wara r-riżoluzzjoni minflok qabel ir-riżoluzzjoni skont il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi rata ta’ konverżjoni ugwali għal jew qrib iż-żero għall-klassijiet kollha ta’ obbligazzjonijiet u strumenti li għandhom grad aktar inferjuri. 1.13. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jista’ jkun il-każ li l-ebda detentur tal-obbligazzjonijiet ma jkun mistenni jikkontribwixxi għal assorbiment ta’ telf jew rikapitalizzazzjoni fir-riżoluzzjoni. F’dak il-każ, ir-rati ta’ konverżjoni għall-istrumenti kapitali għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u li jitnaqqas il-valur tal-ishma qabel ir-riżoluzzjoni jew strumenti oħrajn ta’ sjieda. 1.14. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jagħżlu li jiddilwixxu b’mod sever id-detenturi eżistenti ta’ ishma jew strumenti oħrajn ta’ sjieda biss meta l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD tissuġġerixxi li l-ishma jew strumenti oħrajn ta’ sjieda jkollhom valur nett pożittiv. F’dawn iċ-ċirkostanzi, id-dilwizzjoni severa tista’ tiġi applikata wkoll f’kombinazzjoni ma’ kanċellazzjoni parzjali jew trasferiment parzjali ta’ ishma jew strumenti oħrajn ta’ sjieda. 1.15. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx jużaw dilwizzjoni severa jekk il-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni jkun żero jew negattiv skont il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-prinċipji tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/59/UE li l-azzjonisti jġarrbu l-ewwel telf u l-ġerarkija tal-kredituri tal-insolvenza għandha tiġi rispetatta. 1.16. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li l-istituzzjoni għandha valur nett pożittiv tal-assi abbażi tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD, iżda valur żero fl-istima magħmula f’konformità mal-Artikolu 36(8) ta’ dik id-Direttiva, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu kwalunkwe waħda mill-opzjonijiet elenkati fl-Artikolu 47(1)(a) jew (b) tad-Direttiva 2014/59/UE li hija tqis li tikseb l-aħjar l-objettivi tar-riżoluzzjoni. 1.17. F’ċerti ċirkostanzi, is-setgħa li l-istrumenti kapitali jkunu soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew jiġu kkonvertiti fl-Artikolu 59 tad-Direttiva 2014/59/UE, tista’ tiġi skattata mingħajr ma tiġi skattata wkoll ir-riżoluzzjoni. Il-punt limitu tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni jrid ikun l-ammont meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ riżoluzzjoni, kif ġie vvalutat skont l-Artikolu 60(1)(b) u (c). Dan l-ammont jista’ jkun żero, pereżempju, jekk l-Artikolu 59 jiġi skattat minħabba l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju (anke meta bank ċentrali jipprovdi assistenza ta’ likwidità f’emerġenza fuq bażi indennizzata jew jiggarantixxi obbligazzjonijiet maħruġa ġodda) lil istituzzjoni kapitalizzata sew li ma titqiesx li qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli f’konformità mal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE. 1.18. F’tali każijiet, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx inaqqsu l-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1) jew jivvalutaw b’mod negattiv jew jikkonvertu l-istrumenti kapitali rilevanti, minħabba li l-bank mhux qiegħed ifalli jew mhuwiex probabbli li jfalli u biex jagħmel dan mhux meħtieġ li jissodisfa l-objettivi ta’ riżoluzzjoni. It-tabella t’hawn taħt tiġbor fil-qosor il-punti li saru f’din it-taqsima: Ċirkostanza relatata mal-valur tal- Azzjonijiet xierqa Azzjonijiet mhux xierqa pretensjonijiet tal-azzjonisti Valur nett pożittiv tal-assi kemm 1. Kanċellazzjoni parzjali 1. Kanċellazzjoni sħiħa taħt il-valutazzjoni mwettqa skont 2. Trasferiment parzjali 2. Trasferiment sħiħ l-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD kif ukoll taħt l-istima 3. Dilwizzjoni magħmula skont l-Artikolu 36(8) ta’ dik id-Direttiva. Valur nett pożittiv tal-assi taħt il- 1. Kanċellazzjoni sħiħa jew L-ebda (iżda r-rati ta’ valutazzjoni mwettqa skont l- parzjali konverżjoni jridu jkunu xierqa) Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD 2. Trasferiment sħiħ jew parzjali iżda żero jew valur nett negattiv tal-assi taħtha u l-istima 3. Dilwizzjoni magħmula skont l-Artikolu 36(8) ta’ dik id-Direttiva Valur nett żero jew negattiv tal- 1. Kanċellazzjoni sħiħa 1. Kanċellazzjoni parzjali assi taħt il-valutazzjoni mwettqa 2. Trasferiment sħiħ 2. Trasferiment parzjali skont l-Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRd kif ukoll l-istima 3. Dilwizzjoni magħmula skont l-Artikolu 36(8) ta’ dik id-Direttiva
4 “Kanċellazzjoni/trasferiment parzjali” tfisser li d-dilwizzjoni (l-Artikolu 47(1)(b)) hija kkombinata ma’ “kanċellazzjoni” jew “trasferiment” (l-Artikolu 47(1)(a)) mingħajr ma jsiru l-kanċellazzjoni jew it-trasferiment b’mod sħiħ tal-istrumenti (jiġifieri l-azzjonisti jew is-sidien ta’ strumenti oħra jżommu xi valur). Trasferiment parzjali jista’ jiġi affettwat ukoll billi jitwettaq qsim ta’ azzjonijiet sabiex jinħolqu ishma addizzjonali li jiġu trasferiti lil detenturi ta’ strumenti kapitali jew lil kredituri. 5 Jekk dan huwa l-każ, kważi ċertament, huma jkollhom ukoll valur pożittiv tan-negozju avvjat, minħabba li normalment, ir-riżoluzzjoni hija mistennija li tippreserva l-valur meta mqabbla mal-insolvenza.
|