+107. L- isituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw il - lista mhux …
|
107. L- isituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw il - lista mhux …
L- isituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw il - lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ indikaturi fil - valutazzjoni ta’ żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu: - a. deċiżjoni mill - maniġment superjuri tal - istituzzjoni ta’ kreditu b’tali mod li, jekk toriġina mill - ġdid skopertura ta’ għoti ta’ self eżistenti fid -data tar- rappurtar, l - element tal - prezz tal - iskopertura tal - għoti ta’ telf li jirrifiletti r - riskju tal - kreditu tal - iskopertura jkun sinifikament ogħla minn kemm kien meta s - self fil - fatt oriġina, minħabba żieda fir - riskju tal -kr editu tal - mutwatarju speċifiku jew il - kategorija tal - mutwatarji mill - bidu;
- b. deċiżjoni mill - maniġment superjuri tal - istituzzjoni ta’ kreditu biex jissaħħaħ il - kollateral u/jew ir- rekwiżiti tal - patt għal skoperturi ta’ għoti ta’ self ġodda li jkunu simili għal skoperturi ta’ għoti ta’ self li diġà ġew oriġinati, minħabba bidliet fir - riskju tal - kreditu ta’ dawk l - iskoperturi mir - rikonoxximent inizjali;
- c. deklassifikazzjoni ta’ mutwatarju minn aġenzija tal - klassifikazzjoni tal - kreditu rikonoxxuta, jew fi ħdan sistema tal - klassifikazzjoni tal - kreditu interna ta’ istituzzjoni ta’ kreditu;
- d. għal skoperturi ta’ għoti ta’ self produttivi soġġetti għal monitoraġġ u reviżjoni individwali, sommarju tal - valutazzjoni tal - kreditu/indikatur tal - kwalità tal - kreditu intern li hu aktar dgħajjef mir - rikonoxximent inizjali;
- e. deterjorament ta’ determinanti rilevanti tar - riskju tal - kreditu (eż. flussi ta’ flus futuri) għal obbligant individwali (jew grupp ta’ obbliganti); u
- f. aspettattiva ta’ modifika minħabba diffikultajiet finanzjarji, inklużi dawk li jikkwalifikaw bħala tolleranza skont ir - Regolament (UE) 2015/227.
Filwaqt li l - implimentazzjoni tal -IFRS 9 għandha tirrifletti prattiki tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu fejn ikun possibbli, f’ċerti każijiet dak ma jkunx xieraq. Jekk, pereżempju, istituzzjoni ta’ kreditu timmaniġġja l - maġġor parti tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self bl - istess mod irrispettivament mir - riskju tal - kreditu — bl- eċċezzjoni biss ta’ krediti partikolarment qawwija jew dgħajfa — il- manjiera li fiha skopertura ta’ self tiġi mmaniġġjata aktarx ma tkunx indikatur sod ta’ jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|