+Linja Gwida 2: Livell, disponibbiltà u prestazzjoni tas - servizz
|
Linja Gwida 2: Livell, disponibbiltà u prestazzjoni tas - servizz
2.1. L- ASPSP għandu jiddefinixxi l - indikaturi ewlenin tal - prestazzjoni (KPIs) u l - miri tal - livell tas - servizz, inkluż għas - soluzzjoni tal - problemi, l - appoġġ barra s - sigħat normali, il - monitoraġġ, il - pjanijiet ta’ kontinġenza u l - manutenzjoni għall - interfaċċa ddedikata tiegħu, li jkunu mill - anqas stretti daqs dawk għall - interfaċċa/i magħmulin disponibbli għall - utenti tas - servizzi ta’ pagament (PSUs) tiegħu stess biex jaċċessaw direttament il - kontijiet ta’ pagament online tagħhom. 2.2. L- ASPSP għandu jiddefinixxi bħala minimu, il - KPIs li ġejjin tad - disponibbiltà tal - interfaċċa ddedikata: - a. l - uptime għal kull jum tal - interfaċċi kollha; u
- b. id - downtime għal kull jum tal - interfaċċi kollha.
2.3. Minbarra l - KPIs dwar id - disponibbiltà fil - Linja Gwida 2.2, l - ASPSP għandu jiddefinixxi, bħala minimu, il - KPIs li ġejjin għall - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata: - a. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament (PISP) bl - informazzjoni kollha mitluba skont l - Artikolu 66(4)(b) tal - PSD2 u l - Artikolu 36(1)(b) tal - RTS;
- b. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet (AISP) bl - informazzjoni kollha mitluba skont l - Artikolu 36(1)(a) tal - RTS;
- c. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - emittent ta’ strument ta’ pagament permezz ta’ kard (CBPII) jew lill - PISP b’konferma “iva/le” skont l - Artikolu 65(3) tal - PSD2 u l - Artikolu 36(1)(c) tal - RTS;
- d. ir - rata ta’ rispons għall - iżbalji ta’ kuljum – ikkalkulata bħala l - għadd ta’ messaġġi ta’ żbalji li jirrigwardaw żbalji attribwibbli lill - ASPSP mibgħuta mill - ASPSP lill - PISPs, lill - AISPs u lis - CBPIIs skont l - Artikolu 36(2) tal - RTS kull jum, diviż bl - għadd ta’ talbiet riċevuti mill - ASPSP mingħand l - AISPs, il - PISPs u s - CBPIIs fl - istess jum.
2.4. Sabiex jiġu kkalkulati l - indikaturi tad - disponibbiltà stabbiliti fil - Linja Gwida 2.2 għall - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu: - a. jikkalkula l - perċentwal tal - uptime bħala 100% tnaqqas minnu l - perċentwal tad - downtime;
- b. jikkalkula l - perċentwal ta’ downtime billi juża l - għadd totali ta’ sekondi li l - interfaċċa ddedikata ma kinitx qiegħda taħdem f’perjodu ta’ 24 siegħa, li jibda u jintemm f’nofsillejl;
- c. iqis l - interfaċċa bħala “mhux qiegħda taħdem” meta ħames talbiet konsekuttivi għall - aċċess għall - informazzjoni għall - forniment ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, servizzi ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet jew konferma tad - disponibbiltà ta’ fondi ma jiġux imwieġba fi żmien totali ta’ 30 sekonda, irrispettivament minn jekk dawn it - talbiet joriġinawx minn PISP, AISP jew CBPII wieħed jew aktar. F’każ bħal dan, l - ASPSP għandu jikkalkula d - downtime mill - mument li jkun irċieva l - ewwel talba fis - sensiela ta’ ħames talbiet konsekuttivi li ma ġewx imwieġba fi żmien 30 sekonda, bil - kundizzjoni li ma jkunx hemm talba bejn dawk il - ħames talbiet li għaliha tkun ġiet ipprovduta tweġiba.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|