+13. Is - salvagwardji li l - aġent ta’ tliet partijiet għandu jistabbilixxi biex tiġi żgurata l - …
|
13. Is - salvagwardji li l - aġent ta’ tliet partijiet għandu jistabbilixxi biex tiġi żgurata l - …
Is - salvagwardji li l - aġent ta’ tliet partijiet għandu jistabbilixxi biex tiġi żgurata l - konformità mal- limiti speċifikati għandhom jinkludu dan li ġej: - a. Il- ġestjoni tal - kollateral ta’ tliet partijiet titwettaq biss f’konformità mal - ftehim dwar is - servizzi iffirmat kif xieraq;
- b. Aġenti ta’ tliet partijiet stabbilixxew ambjent ta’ kontroll li jiżgura, għal kull komunikazzjoni dwar limiti speċifikati, li dawn il - limiti jkunu debitament awtorizzati mill- istituzzjoni, u jiddaħħlu u jiġu pproċessati b’mod preċiż, fi żmien xieraq u darba biss fis - sistema ta’ ġestjoni tal - kollateral tagħhom;
- c. Aġenti ta’ tliet partijiet stabbilixxew ambjent ta’ kontroll li jiżgura li l - kollateral jiġi salvagwardjat, immonitorjat b’mod attiv u l - valuri tal - ipprezzar jiġu rreġistrati kif xieraq fil- ħin;
- d. Aġenti ta’ tliet partijiet stabbilixxew ambjent ta’ kontroll li jiżgura d - detezzjoni, f’waqtha, ta’ ksur possibbli tal - limiti speċifikati;
- e. Meta jiġu allokati titoli kollaterali biex ikopru skopertura, is - sistemi tal - aġent ta’ tliet partijiet jiżguraw li l - valur tas - suq tagħhom ma jikser l - ebda wieħed mil -limiti u/jew esklużjonijiet speċifikati. F’każ ta’ applikazzjoni inadegwata tal - limiti riveduti speċifikati mill- istituzzjoni minħabba kwistjonijiet operazzjonali, l - aġent ta’ tliet partijiet għandu jinnotifika lill- istituzzjoni fi żmien xieraq;
- f. Aġenti ta’ tliet partijiet għandhom ikunu kuntrattwalment meħtieġa li jikkonformaw mal- limiti speċifikati u li jiżguraw li l - profili ta’ eliġibbiltà ta’ emittenti ta’ kollateral u titoli kif imsemmi fit - taqsima 4.3.1 jistgħu jiġu vverifikati abbażi tal - informazzjoni pprovduta skont il - ftehim dwar is - servizzi mill - istituzzjoni u l - fornitur tal - kollateral.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|