+4.2 Verifika tal - istabbiliment ta’ salvagwardji xierqa mill - aġent ta’ tliet partijiet għall - prevenzjoni ta’ ksur tal - limiti speċifikati mill - istituzzjoni għat - titoli maħruġa mill - emittent ta’ kollateral
---+12. Għall -finijiet tal- verifika li l - aġent ta’ tliet partijiet stabbilixxa salvagwardji xierqa …
---+13. Is - salvagwardji li l - aġent ta’ tliet partijiet għandu jistabbilixxi biex tiġi żgurata l - …
---+14. L- istituzzjonijiet għandhom jiksbu, mill - inqas kull sena, livell adegwat ta’ assigurazzjoni …

4.2 Verifika tal - istabbiliment ta’ salvagwardji xierqa mill - aġent ta’ tliet partijiet għall - prevenzjoni ta’ ksur tal - limiti speċifikati mill - istituzzjoni għat - titoli maħruġa mill - emittent ta’ kollateral

4.2.1 Elementi minimi li għandhom jiġu inklużi fil - ftehim dwar is - servizzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
12. Għall -finijiet tal- verifika li l - aġent ta’ tliet partijiet stabbilixxa salvagwardji xierqa …

Għall -finijiet tal- verifika li l - aġent ta’ tliet partijiet stabbilixxa salvagwardji xierqa biex jipprevjeni ksur tal - limiti speċifikati u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra f’dawn il -linji gwida, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - ftehim dwar is - servizzi jistabbilixxi mill - inqas l - elementi li ġejjin:

  • a. deskrizzjoni ċara tas - servizzi pprovduti mill - aġent ta’ tliet partijiet fir - rigward tal - ġestjoni tal - kollateral inkluż l - għotja tat - titoli;
  • b. il- limiti stabbiliti mill - istituzzjoni u applikabbli għal portafoll ta’ titoli fir - rigward ta’ emittent ta’ kollateral partikolari kif ukoll il - kondizzjonijiet għar - reviżjoni tagħhom u l- frekwenza tar - reviżjoni;
  • c. dikjarazzjoni li tikkonferma li l - aġent ta’ tliet partijiet stabbilixxa salvagwardji xierqa f’konformità mal - paragrafu 13 biex tiġi żgurata konformità mal -limiti speċifikati;
  • d. is - sistemi ta’ monitoraġġ tal - aġent ta’ tliet partijiet, inkluża l - komunikazzjoni mill - aġent ta’ tliet partijiet ta’ kwalunkwe żvilupp li jista’ jkollu impatt materjali fuq il - SOSTITUZZJONI FIR -RI GWARD TA’ “TRANŻAZZJONIJIET TRIPARTITIĊI” KIF SPEĊIFIKAT FL - ARTIKOLU 403(3) CRR

kapaċità tiegħu li jwettaq il - funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv f’konformità mal - ftehim dwar is - servizzi u, fejn applikabbli, f’konformità mal- liġijiet applikabbli u r - rekwiżiti regolatorji;

  • e. l- obbligu tal - aġent ta’ tliet partijiet li jissottometti rapporti lill - istituzzjoni, tal - inqas darba fil - ġimgħa, dwar l -ammont u l- kompożizzjoni tal - kollateral riċevut u/jew ġestit mill - aġent ta’ tliet partijiet f’isem l - istituzzjoni;
  • f. l- obbligu tal - aġent ta’ tliet partijiet li jirrapporta immedjatament għand l - istituzzjoni meta jkun seħħ ksur tal - limiti speċifikati;
  • g. id- dritt tal - istituzzjoni jew ta’ parti terza leġittima (inter alia l - awditur statutorju, l-awtorità kompetenti jew partijiet terzi maħtura minnhom) li jivverifikaw li l - aġent ta’ tliet partijiet ikun stabbilixxa s - salvagwardji f’konformità mal - paragrafu 13 tal-linji gwida;
  • h. il- mezzi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw bejn l - istituzzjoni u l- aġent ta’ tliet partijiet matul it - twettiq tal - ftehim.

4.2.2 Salvagwardji li għandhom jiġu stabbiliti minn aġent ta’ tliet partijiet biex tiġi żgurata l - konformità mal - limiti speċifikati

13. Is - salvagwardji li l - aġent ta’ tliet partijiet għandu jistabbilixxi biex tiġi żgurata l - …

Is - salvagwardji li l - aġent ta’ tliet partijiet għandu jistabbilixxi biex tiġi żgurata l - konformità mal- limiti speċifikati għandhom jinkludu dan li ġej:

  • a. Il- ġestjoni tal - kollateral ta’ tliet partijiet titwettaq biss f’konformità mal - ftehim dwar is - servizzi iffirmat kif xieraq;
  • b. Aġenti ta’ tliet partijiet stabbilixxew ambjent ta’ kontroll li jiżgura, għal kull komunikazzjoni dwar limiti speċifikati, li dawn il - limiti jkunu debitament awtorizzati mill- istituzzjoni, u jiddaħħlu u jiġu pproċessati b’mod preċiż, fi żmien xieraq u darba biss fis - sistema ta’ ġestjoni tal - kollateral tagħhom;
  • c. Aġenti ta’ tliet partijiet stabbilixxew ambjent ta’ kontroll li jiżgura li l - kollateral jiġi salvagwardjat, immonitorjat b’mod attiv u l - valuri tal - ipprezzar jiġu rreġistrati kif xieraq fil- ħin;
  • d. Aġenti ta’ tliet partijiet stabbilixxew ambjent ta’ kontroll li jiżgura d - detezzjoni, f’waqtha, ta’ ksur possibbli tal - limiti speċifikati;
  • e. Meta jiġu allokati titoli kollaterali biex ikopru skopertura, is - sistemi tal - aġent ta’ tliet partijiet jiżguraw li l - valur tas - suq tagħhom ma jikser l - ebda wieħed mil -limiti u/jew esklużjonijiet speċifikati. F’każ ta’ applikazzjoni inadegwata tal - limiti riveduti speċifikati mill- istituzzjoni minħabba kwistjonijiet operazzjonali, l - aġent ta’ tliet partijiet għandu jinnotifika lill- istituzzjoni fi żmien xieraq;
  • f. Aġenti ta’ tliet partijiet għandhom ikunu kuntrattwalment meħtieġa li jikkonformaw mal- limiti speċifikati u li jiżguraw li l - profili ta’ eliġibbiltà ta’ emittenti ta’ kollateral u titoli kif imsemmi fit - taqsima 4.3.1 jistgħu jiġu vverifikati abbażi tal - informazzjoni pprovduta skont il - ftehim dwar is - servizzi mill - istituzzjoni u l - fornitur tal - kollateral.
14. L- istituzzjonijiet għandhom jiksbu, mill - inqas kull sena, livell adegwat ta’ assigurazzjoni …

L- istituzzjonijiet għandhom jiksbu, mill - inqas kull sena, livell adegwat ta’ assigurazzjoni fil - forma ta’ dikjarazzjoni bil - miktub li l - aġent ta’ tliet partijiet jikkonforma mas - salvagwardji stabbiliti skont il - ftehim dwar is - servizzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/