+Speċifikazzjonijiet dwar il -kalkolu u l- monitoraġġ tal -livell limitu
---+10. Il-valur totali tal-assi fl- Unjoni ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi għandu jiġi kkalkulat …
---+11. Għall -kalkolu msemmi fil- paragrafu preċedenti, għandu japplika dan li ġej : a. Fejn tkun …
---+12. Il-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 21b(4) tad-Direttiva 2013/36/UE għandu jitqies li …
---+13. B’deroga mill- paragrafu preċedenti, għal gruppi ta’ pajjiżi terzi li joperaw permezz ta’ aktar …
---+14. Il-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 21b(4) tad-Direttiva 2013/36/UE għandu jitqies li ma …
---+15. L- istituzzjonijiet prinċipali tal -UE u l- istituzzjonijiet awtonomi li huma parti minn grupp …
---+16. Sakemm jiġu stabbiliti l - impriżi prinċipali intermedjarji tal -UE skont l-Artikolu 21b(1) jew …

Speċifikazzjonijiet dwar il -kalkolu u l- monitoraġġ tal -livell limitu

Speċifikazzjonijiet dwar il -kalkolu u l- monitoraġġ tal -livell limitu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
10. Il-valur totali tal-assi fl- Unjoni ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi għandu jiġi kkalkulat …

Il-valur totali tal-assi fl- Unjoni ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal - Artikolu 21b(5) tad-Direttiva 2013/36/UE bħala s -somma tal-assi tal- istituzzjonijiet prinċipali tal-UE ta’ dak il-grupp ikkonsolidati f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fl- ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl -Unjoni flimkien mal-assi individwali tal-istituzzjonijiet li mhumiex parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata skont l - Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE (l-“istituzzjonijiet awtonomi”) flimkien mal-assi tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi ta’ dak il -grupp.

11. Għall -kalkolu msemmi fil- paragrafu preċedenti, għandu japplika dan li ġej : a. Fejn tkun …

Għall -kalkolu msemmi fil- paragrafu preċedenti, għandu japplika dan li ġej :

  • a. Fejn tkun disponibbli informazzjoni finanzjarja fuq bażi trimestrali f’konformità mal - Parti Sebgħa A tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni rilevanti, għandha tintuża dik l -informazzjoni;
  • b. Fejn ma tkunx disponibbli informazzjoni finanzjarja fuq bażi trimestrali f’konformità mal-Parti Sebgħa A tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni rilevanti, għandha tintuża informazzjoni finanzjarja interim użata għar - rapportar superviżorju.
12. Il-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 21b(4) tad-Direttiva 2013/36/UE għandu jitqies li …

Il-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 21b(4) tad-Direttiva 2013/36/UE għandu jitqies li ntlaħaq, fejn il-medja tal-valur totali tal-assi fl- Unjoni ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi ikkalkulata f’konformità mal - paragrafi 10 u 11 fuq l - erba’ trimestri preċedenti tkun ta’ EUR 40 biljun jew aktar.

13. B’deroga mill- paragrafu preċedenti, għal gruppi ta’ pajjiżi terzi li joperaw permezz ta’ aktar …

B’deroga mill- paragrafu preċedenti, għal gruppi ta’ pajjiżi terzi li joperaw permezz ta’ aktar minn istituzzjoni waħda fl -Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 21b(8) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-livell limitu għandu jitqies li ntlaħaq u l-obbligu msemmi f’dak l- Artikolu għandu jitqies bħala applikabbli, meta ż - żewġ kundizzjonijiet jiġu sodisfati:

  • a. Il-valur totali tal-assi fl-Unjoni ta’ dak il-grupp ikkalkulat f’konformità mal-paragrafi 10 u 11 fuq bażi ta’ punt speċifiku taż - żmien kif iku n fis-27 ta’ Ġunju 2019 ikun daqs jew jaqbeż EUR 40 biljun;
  • b. Fit-30 ta’ Diċembru 2023, il-medja tal-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp kif stabbilit fil-paragrafu 12 tkun ta’ EUR 40 biljun jew aktar.

Għall -fini tal-punt (a), fejn il-valur totali tal-assi fl-Unjoni kif ikun fis-27 ta’ Ġunju 2019 ma jkunx disponibbli, dan il - valur għandu jiġi approssimat billi jittieħed il -valur totali tal-assi kif ikun fit-30 ta’ Ġunju 2019.

14. Il-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 21b(4) tad-Direttiva 2013/36/UE għandu jitqies li ma …

Il-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 21b(4) tad-Direttiva 2013/36/UE għandu jitqies li ma għadux qed jinqabeż, fejn il -valur totali tal-assi fl- Unjoni ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi kkalkulat f’konformità mal-paragrafi 10 u 11 jibqa’ taħt EUR 40 biljun għal tnax -il trimestru konsekuttiv, u ma hemm l-ebda aspettattiva raġonevoli li se jerġa’ jiżdied ’il fuq minn EUR 40 biljun.

15. L- istituzzjonijiet prinċipali tal -UE u l- istituzzjonijiet awtonomi li huma parti minn grupp …

L- istituzzjonijiet prinċipali tal -UE u l- istituzzjonijiet awtonomi li huma parti minn grupp ta’ pajjiżi terzi għandhom jikkalkulaw tal - anqas fuq bażi trimestrali f’konformità mal -paragrafi 10 u 11 il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp fl- intier tiegħu, u jivvalutaw jekk il - livell limitu ntlaħaqx, inqabiżx jew ma nqabiżx f’konformità mal -paragrafi 12 sa 14 (“valutazzjonijiet trimestrali”). Mat- twaqqif tagħhom, l - impriżi prinċipali intermedjarji tal -UE biss g ħandhom iwettqu dawn il - kalkoli u l-valutazzjonijiet trimestrali.

16. Sakemm jiġu stabbiliti l - impriżi prinċipali intermedjarji tal -UE skont l-Artikolu 21b(1) jew …

Sakemm jiġu stabbiliti l - impriżi prinċipali intermedjarji tal -UE skont l-Artikolu 21b(1) jew (2) tad-Direttiva 2013/36/UE, l- istituzzjonijiet prinċipali tal -UE u l-istituzzjonijiet awtonomi li huma parti minn grupp ta’ pajjiżi terzi għandhom jissorveljaw fuq bażi li tħares ’il quddiem u mill - anqas kull sena l -livell limitu evalwat f’konformità ma’ dawn il-linji gwida, mal-ippjanar strateġiku u t -tbassir tal- assi għall - perjodu ta’ żmien ta’ mi ll- anqas tliet snin għall -grupp fl-intier tiegħu (“monitoraġġ li jħares ’il quddiem”).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/