+Linja Gwida 1: Strumenti ta’ pagament speċifiċi skont l - Artikolu 3(k) tal-PSD2

Linja Gwida 1: Strumenti ta’ pagament speċifiċi skont l - Artikolu 3(k) tal-PSD2

1.1. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li l - istrumenti ta’ pagament speċifiċi li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat skont l - Artikolu 3(k) tal -PSD2 huma strumenti ta’ pagament kif definiti fl - Artikolu 4(14) tal -PSD2. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lit - tipi differenti kollha ta’ strumenti ta’ pagament skont il - PSD2 li jibbenefikaw minn esklużjoni skont l - Artikolu 3(k) tal -PSD2.

1.2. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li l - istrumenti ta’ pagament speċifiċi jistgħu jintużaw għall - akkwist kemm ta’ oġġetti u servizzi fiżiċi kif ukoll diġitali.

1.3. L- awtoritajiet kompetenti m’għandhom jimponu l - ebda restrizzjoni fuq il - mezzi ta’ trasferiment ta’ fondi lill - istrument ta’ pagament, li jista’ jsir permezz tal - eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament u/jew permezz tal - ħruġ ta’ flus elettroniċi. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li, fil - każijiet fejn il - fondi jiġu trasferiti lill- istrument ta’ pagament bl - użu ta’ intermedjarju li ma jkunx l - emittent, it - trasferiment ta’ fondi għandu jitqies bħala servizz ta’ pagament separat li ma jaqax fil - kamp ta’ applikazzjoni tas - servizz eskluż skont l - Artikolu 3(k) tal -PSD2.

1.4. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċekkjaw, matul il - valutazzjoni tal - informazzjoni mogħtija mill - emittenti li jipprovdu servizzi bbażati fuq strument ta’ pagament li jaqa’ taħt il - kamp ta’ applikazzjoni tal - Artikolu 3(k) tal - PSD2 fi ħdan il - ġurisdizzjoni tagħhom, jekk dawn l-emittenti japplikawx restrizzjonijiet tekniċi u kuntrattwali li jillimitaw l - użu tal - istrument ta’ pagament. L - awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jikkunsidraw is - sempliċi preżenza ta’ kuntratt bejn l- emittent u d -detentur tal- istrument ta’ pagament bħala restrizzjoni teknika.

1.5. Ir- restrizzjonijiet tekniċi speċifiċi għandhom mill - inqas japplikaw għal:

  • a) il- fornituri ta’ oġġetti u servizzi fejn l - istrument ta’ pagament jista’ jintuża, applikabbli għall - esklużjoni skont l - Artikolu 3(k)(i) tal -PSD2; jew
  • b) il- firxa ta’ oġġetti u servizzi li jistgħu jinxtraw bl - istrument ta’ pagament, applikabbli għall - esklużjoni skont l - Artikolu 3(k)(ii) tal -PSD2; jew EBA Public
  • c) il- post ġeografiku għall - akkwist ta’ oġġetti jew servizzi minn fornituri speċifiċi għal finijiet soċjali j ew tat- taxxa speċifiċi, applikabbli għall - esklużjoni skont l - Artikolu 3(k)(iii) tal -PSD2.

1.6. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li pagament uniku b’kard jew b’mezz ta’ pagament ieħor jista’ jakkomoda b’mod simultanju aktar minn strument ta’ pagam ent speċifiku wieħed fi ħdan il - kamp ta’ applikazzjoni tal - Artikolu 3(k) tal -PSD2. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r - restrizzjonijiet tekniċi u kuntrattwali speċifikati fil -Linji Gwida 1.4 u 1.5 japplikaw għal kull strument ta’ pagament speċifiku.

1.7. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li pagament uniku b’kard jew b’mezz ta’ pagament ieħor ma jistax jakkomoda b’mod simultanju strumenti ta’ pagament fi ħdan il - kamp ta’ applikazzjoni tal - PSD2 u strumenti ta’ pagament speċifiċi fi ħdan il- kamp ta’ applikazzjoni tal - Artikolu 3(k) tal -PSD2.

1.8. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li l - emittenti jistgħu joħorġu aktar minn strument ta’ pagament speċifiku wieħed skont l - Artikolu 3(k) tal - PSD2, dejjem jekk kull strument ta’ pagament jissodisfa r - rekwiżiti stabbiliti f’dawn il -Linji Gwida.

1.9. L- awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jikkunsidraw l - abbiltà ta’ rimborż tal - valur monetarju maħżun fuq l - istrument ta’ pagament fil - valutazzjoni dwar jekk l - istrument ta’ pagament jaqax taħt il - kamp ta’ applikazzjoni tal - Artikolu 3(k) tal -PSD2.

1.10. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li l - istrumenti ta’ pagament li jaqgħu taħt il- kamp ta’ applikazzjoni tal - Artikolu 3(k) tal - PSD2, li jaħżnu valur monetarju fuq l - istrument ta’ pagament, jistgħu jew ikunu rikarikabbli jew għall - użu ta’ darba biss.

1.11. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li strument ta’ pagament uniku eskluż skont l - Artikolu 3(k) tal - PSD2 ma jistax jibbenefika minn aktar minn esklużjoni waħda mill - kamp ta’ applikazzjoni t al- PSD2, inklużi esklużjonijiet oħrajn skont l - Artikolu 3(k) tal -PSD2.

1.12. L- emittent tal - istrument ta’ pagament speċifiku jista’ jkun stabbilit fi Stat Membru differenti mill - Istat Membru tal - awtorità kompetenti rispettiva li tkun irċeviet in - notifika skont l-Artikolu 37(2) tal -PSD2.

1.13. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li l - esklużjonijiet skont l - Artikolu 3(k) tal - PSD2 għandhom jinkludu, inter alia , tranżazzjonijiet aċċettati mill - emittent inniffsu meta t - tranżazzjoni sseħħ fi ħdan network li jibbenefika minn esklużjoni skont l - Artikolu 3(k) tal - PSD2 u l- emittent inniffsu jkun aċċettatur f’dak in - network.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/