+Linja Gwida 6: Notifika skont l - Artikolu 37(2) tal -PSD2

Linja Gwida 6: Notifika skont l - Artikolu 37(2) tal -PSD2

EBA Public

6.1. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li n - notifika skont l - Artikolu 37(2) tal -PSD2 għandha tiġi sottomessa mill - emittent lill - awtorità kompetenti f’kull Stat Membru fejn l - utenti tal- istrument ta’ pagament ikunu lokalizzati u fejn il - limitu stabbilit fl - Artikolu 37(2) tal- PSD2 jinqabeż fl - Istat Membru partikolari.

6.2. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li n - notifika skont l - Artikolu 37(2) tal -PSD2 għandha tiġi sottomessa mill - emittent għal kwalunkwe perjodu partikolari iqsar minn 12 -il xahar meta l - valur totali tat - tranżazzjonijiet ta’ pagament li jkunu saru jaqbeż l - ammont ta’ EUR 1 miljun għal dak il - perjodu.

6.3. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li n - notifika skont l - Artikolu 37(2) tal -PSD2 għandha tinkludi informazzjoni dwa r it- tip ta’ esklużjoni li taqa’ taħtha l - attività mwettqa u d- deskrizzjoni tal - attività.

6.4. Id- deskrizzjoni tal - attività msemmija fil -Linja Gwida 6.3 għandha tinkludi informazzjoni:

  • a) dwar jekk l- oġġetti u/jew servizzi li jistgħu jiġu akkwistati jkunux fiżiċi u/jew diġitali;
  • b) dwar Stati Membri oħrajn fejn is - servizz skont l - Artikolu 3(k) tal - PSD2 kopert min - notifika lill - awtorità kompetenti jiġi pprovdut mill - istess emittent; u
  • c) kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill - awtoritajiet kompetenti jivvalutaw in- notifika kontra dawn il -Linji Gwida.

6.5. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li n - notifika skont l - Artikolu 37(2) tal -PSD2 għandha tiġi sottomessa mill - emittent darba biss. Għandha tiġi sottomessa notifika ġdida addizzjonali lill - awtorità kompetenti meta kwalunkwe informazzjoni relatata mal -istess strument(i) ta’ pagament speċifiku/speċifiċi kif mogħtija bin - notifika inizjali tinbidel sostanzjalment.

6.6. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li l - bidliet sostanzjali msemmija fil -Linja Gwida 6.5 jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal sitwazzjonijiet fejn:

  • a) il- forniment tas - servizzi esklużi ġie tterminat;
  • b) l- emittent għandu l - intenzjoni li jżid in - numru ta’ fornituri ta’ oġġetti u/jew servizzi skont il - Linja Gwida 2.1(b);
  • c) l- emittent għan du l- intenzjoni li jespandi ż - żona ġeografika speċifika għall - forniment ta’ oġġetti u/jew servizzi skont il - Linja Gwida 2.2(a); jew
  • d) l- emittent għandu l - intenzjoni li joffri servizzi skont l - Artikolu 3(k)(i) jew (ii) tal -PSD2 ibbażati fuq strument mhux kopert min - notifika oriġinali; jew
  • e) il- kategorija speċifika notifikata preċedentement ta’ oġġetti u/jew servizzi bi skop komuni msemmija fil - Linja Gwida 4.2 hija intiża biex tinbidel. EBA Public

6.7. F’kull każ, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill - emittenti jissottomettu notifika ġdida b’informazzjoni aġġornata jekk iqisu li dan ikun meħtieġ biex jiġi stabbilit jekk l - informazzjoni li l- emittent kien ta man - notifika inizjali nbidlitx jew le.

6.8. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li l - kalkolu tal - limitu skon t l- Artikolu 37(2) tal- PSD2 għandu jsir fil - livell ta’ kull emittent. Fejn emittent uniku jipprovdi servizzi bbażati fuq aktar minn strument ta’ pagament speċifiku wieħed skont l - Artikolu 3(k)(i) u/jew (ii) tal - PSD2, il- kalkolu tal - limitu għandu jsir billi jingħaqdu t - tranżazzjonijet kollha ta’ pagamenti li jkunu saru fl - Istat Membru rispettiv mal - istrumenti ta’ pagament speċifiċi kollha offruti mill - istess emittent.

6.9. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l - emittent fir - reġistru nazzjonali tagħhom skon t l- Artikolu 14 tal- PSD2 u fir - reġistru ċentrali tal - EBA skont l - Artikolu 15 tal-PSD2 darba biss u jirriflettu b’mod konċiż id - deskrizzjoni tal - attivitajiet imwettqa b’kull strument ta’ pagament speċifiku skont l - Artikolu 3(k)(i) u/jew (ii) tal -PSD2. L-awt oritajiet kompetenti għandhom jinkludu wkoll fid - deskrizzjoni tal - attivitajiet fir - reġistri l - informazzjoni dwar Stati Membri oħrajn fejn l - istess emittent jipprovdi servizzi skont l - Artikolu 3(k)(i) u/jew (ii) tal - PSD2.

6.10. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - informazzjoni mogħtija mill - emittent man - notifika skont l - Artikolu 37(2) tal - PSD2 tippermettilhom jivvalutaw jekk l - attività taqax taħt il- kamp ta’ applikazzjoni tal - Artikolu 3(k)(i) u/jew (ii) tal - PSD2 u jekk hijiex se teħtieġ awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizz ta’ pagament jew bħala emittent ta’ flus elettroniċi. F’każ li l - informazzjoni mogħtija man - notifika ma tkunx kompluta, tkun vaga jew ambigwa, l - awtorità kompetenti għandha titlob mill - emittent informazzjoni jew kjarifika addizzjonali għall - informazzjoni diġà mogħtija sabiex tittieħed id - deċiżjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/