+36. Meta jiġu sottomessi t - tabelli REM1, REM2, REM3, REM4 u REM5 tar - Regolament ta’ …

36. Meta jiġu sottomessi t - tabelli REM1, REM2, REM3, REM4 u REM5 tar - Regolament ta’ …

Meta jiġu sottomessi t - tabelli REM1, REM2, REM3, REM4 u REM5 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637, u l- Annessi II u III għal dawn il - Linji Gwida, il - persunal identifikat għandu jinftiehem bħala dawk il - membri tal - persunal li għandhom impatt materjali fuq il - profili tar - riskju tal - istituzzjonijiet kif identifikati fl - istituzzjonijiet kollha u f’sussidjarji oħrajn fuq bażi kkonsolidata u li għalihom japplikaw id - dispożizzjonijiet dwar ir - rimunerazzjoni skont l - Artikoli 92 u 94 tad - Direttiva 2013/36/UE, fejn il - membri tal - korp maniġerjali tas - sussidjarji jiġu rrapportati taħt il - linji ta’ azzjoni aktar milli taħt il - funzjoni tal - “korp maniġerjali”. “Persunal identifikat” huwa l - aggregazzjoni ta’:

  • a. persunal identifikat f’istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il - kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal - konsolidazzjoni, irrispettivament minn jekk tali persunal ikunx identifikat fil - livell individwali jew ikkonsolidat;
  • b. f’konformità mal - Artikolu 109(5) tad - Direttiva 2013/36/UE, il - membri tal - persunal li jingħataw il - mandat li jwettqu attivitajiet li għandhom impatt materjali dirett fuq il - profil tar - riskju jew in - negozju tal - istituzzjonijiet fi ħdan sussidjarji li huma kumpanija tal - ġestjoni tal - assi jew impriża li tipprovdi s - servizzi u l - attivitajiet ta’ investiment elenkati fil - punti (2), (3), (4), (6) u (7) tat - Taqsima A tal - Anness I għad - Direttiva 2014/65/UE;
  • c. persunal identifikat f’sussidjarji li għalihom l - Istati Membri japplikaw l - Artikoli 92, 94 u 95 fuq bażi kkonsolidata f’konformità mal - Artikolu 109(6) tad - Direttiva 2013/36/UE, fejn il - membri tal - persunal ikollhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju tal - istituzzjonijiet f’livell ikkonsolidat; u
  • d. persunal identifikat f’entitajiet oħrajn li għalihom l - Artikoli 92 u 94 tad - Direttiva 2013/36/UE japplikaw biss fuq bażi kkonsolidata, jiġifieri entitajiet li la huma istituzzjonijiet u lanqas sussidjarji li huma soġġetti għal qafas ta’ rimunerazzjoni speċifiku f’konformità mal - Artikolu 109(4) tad - Direttiva 2013/36/UE fir- rigward ta’ dawk il - membri EBA Public

tal - persunal li l - attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju tal - istituzzjonijiet f’livell ikkonsolidat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/