+5. Speċifikazzjonijiet addizzjonali għad - data dwar ir- rimunerazzjoni
---+34. Fir- rigward tas - sottomissjoni tat - tabelli REM1, REM2, REM3, REM4 u REM5, l - …
---+35. L- għadd ta’ membri tal - persunal għandu jiġi sottomess kif iddeterminat fi tmiem is - sena …
---+36. Meta jiġu sottomessi t - tabelli REM1, REM2, REM3, REM4 u REM5 tar - Regolament ta’ …
---+37. L- informazzjoni dwar ir - rimunerazzjoni mogħtija għas - sena finanzjarja għandha tinkludi r - …
---+38. Meta t - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637 …
---+39. Meta t - tabelli REM1 u REM3 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) …
---+40. Il- pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg lill - persunal identifikat għandhom jiġu inklużi …
---+41. Meta l - membri tal - persunal identifikati jkunu telqu mill - istituzzjoni qabel tmiem is - …
---+42. Ir- rimunerazzjoni varjabbli garantita għandha tiġi inkluża fir - rimunerazzjoni varjabbli fit …
---+43. Meta jissottometti l - Anness I u t - tabella REM5 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - …
---+44. Għall - allokazzjoni tal - persunal għal linji ta’ azzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom …
|
5. Speċifikazzjonijiet addizzjonali għad - data dwar ir- rimunerazzjoni
5. Speċifikazzjonijiet addizzjonali għad - data dwar ir- rimunerazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
34. Fir- rigward tas - sottomissjoni tat - tabelli REM1, REM2, REM3, REM4 u REM5, l - …
|
Fir- rigward tas - sottomissjoni tat - tabelli REM1, REM2, REM3, REM4 u REM5, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - istruzzjonijiet stabbiliti fl - ANNESS XXXIV għar - Regolament ta’ Implimentazzjoni EBA Public tal - Kummissjoni (UE) 2021/637 flimkien ma’ din it - taqsima, kif ukol l ir- regoli ta’ validazzjoni speċifikati fl - Anness VII.
|
|
35. L- għadd ta’ membri tal - persunal għandu jiġi sottomess kif iddeterminat fi tmiem is - sena …
|
L- għadd ta’ membri tal - persunal għandu jiġi sottomess kif iddeterminat fi tmiem is - sena finanzjarja (jiġifieri l - membri tal - persunal li telqu matul is - sena finanzjarja ma għandhomx jingħaddu, filwaqt li l- membri tal - persunal li ġew irreklutati fis - sena finanzjarja għandhom jingħaddu, filwaqt li jitqiesu l- arranġamenti kuntrattwali tagħhom dwar il - ħin tax - xogħol). - a. Meta jkun irid jiġi sottomess l - għadd ta’ membri tal - persunal f’termini tan - numru ta’ impjegati, għandu jiddaħħal l - għadd ta’ persuni fiżiċi, irrispettivament mill - għadd ta’ sigħat tax - xogħol li fuqhom huwa bbażat il - kuntratt tagħhom jew mill - bidliet fl - għadd ta’ persunal matul is - sena u filwaqt li jitqiesu l - ammonti totali ta’ rimunerazzjoni mogħtija għas - sena.
- b. Meta jkunu jridu jiġu sottomessi n - numri f’termini tal - ekwivalenti għal full - time, in - numri għandhom ikunu bbażati fuq il - perċentwal taż - żmien li membru tal - persunal individwali jkun impjegat meta mqabbel ma’ kuntratt fuq bażi full - time (pereżempju, jiġi rrapportat 0.5 għal membru tal - persunal li qed jaħdem 50 % tal - ħin ta’ kuntratt full - time).
|
|
36. Meta jiġu sottomessi t - tabelli REM1, REM2, REM3, REM4 u REM5 tar - Regolament ta’ …
|
Meta jiġu sottomessi t - tabelli REM1, REM2, REM3, REM4 u REM5 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637, u l- Annessi II u III għal dawn il - Linji Gwida, il - persunal identifikat għandu jinftiehem bħala dawk il - membri tal - persunal li għandhom impatt materjali fuq il - profili tar - riskju tal - istituzzjonijiet kif identifikati fl - istituzzjonijiet kollha u f’sussidjarji oħrajn fuq bażi kkonsolidata u li għalihom japplikaw id - dispożizzjonijiet dwar ir - rimunerazzjoni skont l - Artikoli 92 u 94 tad - Direttiva 2013/36/UE, fejn il - membri tal - korp maniġerjali tas - sussidjarji jiġu rrapportati taħt il - linji ta’ azzjoni aktar milli taħt il - funzjoni tal - “korp maniġerjali”. “Persunal identifikat” huwa l - aggregazzjoni ta’: - a. persunal identifikat f’istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il - kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal - konsolidazzjoni, irrispettivament minn jekk tali persunal ikunx identifikat fil - livell individwali jew ikkonsolidat;
- b. f’konformità mal - Artikolu 109(5) tad - Direttiva 2013/36/UE, il - membri tal - persunal li jingħataw il - mandat li jwettqu attivitajiet li għandhom impatt materjali dirett fuq il - profil tar - riskju jew in - negozju tal - istituzzjonijiet fi ħdan sussidjarji li huma kumpanija tal - ġestjoni tal - assi jew impriża li tipprovdi s - servizzi u l - attivitajiet ta’ investiment elenkati fil - punti (2), (3), (4), (6) u (7) tat - Taqsima A tal - Anness I għad - Direttiva 2014/65/UE;
- c. persunal identifikat f’sussidjarji li għalihom l - Istati Membri japplikaw l - Artikoli 92, 94 u 95 fuq bażi kkonsolidata f’konformità mal - Artikolu 109(6) tad - Direttiva 2013/36/UE, fejn il - membri tal - persunal ikollhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju tal - istituzzjonijiet f’livell ikkonsolidat; u
- d. persunal identifikat f’entitajiet oħrajn li għalihom l - Artikoli 92 u 94 tad - Direttiva 2013/36/UE japplikaw biss fuq bażi kkonsolidata, jiġifieri entitajiet li la huma istituzzjonijiet u lanqas sussidjarji li huma soġġetti għal qafas ta’ rimunerazzjoni speċifiku f’konformità mal - Artikolu 109(4) tad - Direttiva 2013/36/UE fir- rigward ta’ dawk il - membri EBA Public
tal - persunal li l - attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju tal - istituzzjonijiet f’livell ikkonsolidat.
|
|
37. L- informazzjoni dwar ir - rimunerazzjoni mogħtija għas - sena finanzjarja għandha tinkludi r - …
|
L- informazzjoni dwar ir - rimunerazzjoni mogħtija għas - sena finanzjarja għandha tinkludi r - rimunerazzjoni grossa fissa u varjabbli mogħtija għas - sena finanzjarja kollha ta’ qabel is - sena tas - sottomissjoni tad - data dwar ir- rimunerazzjoni .
|
|
38. Meta t - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637 …
|
Meta t - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637 tiġi sottomessa f’konformità ma’ dawn il - Linji Gwida, l - entrati mhux monetarji taxxabbli tar - rimunerazzjoni għandhom jiġu inklużi mal - ekwivalenti monetarji tagħhom u għandhom jiġu inklużi bħala “forom oħrajn” f’dik it - tabella.
|
|
39. Meta t - tabelli REM1 u REM3 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) …
|
Meta t - tabelli REM1 u REM3 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637 jiġu sottomessi f’konformità ma’ dawn il - Linji Gwida, għandhom jiġu inklużi biss l - ammonti ta’ rimunerazzjoni varjabbli mogħtija għas - sena finanzjarja sottomessa li jkunu ġew differiti taħt l - entrata “li minnhom: differiti” fit - tabella REM1, filwaqt li r - rimunerazzjoni varjabbli differita għall - perjodi preċedenti għandha tiġi inkluża separatament f’konformità mal - istruzzjonijiet għat - tabella REM3.
|
|
40. Il- pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg lill - persunal identifikat għandhom jiġu inklużi …
|
Il- pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg lill - persunal identifikat għandhom jiġu inklużi fl - ammont ta’ rimunerazzjoni varjabbli fit - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637, m inbarra fir- ringieli speċifiċi fit - tabella REM2 u, fejn jiġi applikat differiment, fit - tabella REM3 ta’ dak ir - Regolament.
|
|
41. Meta l - membri tal - persunal identifikati jkunu telqu mill - istituzzjoni qabel tmiem is - …
|
Meta l - membri tal - persunal identifikati jkunu telqu mill - istituzzjoni qabel tmiem is - sena finanzjarja, għandha tiġi sottomessa r - rimunerazzjoni mogħtija għas - sena finanzjarja, inklużi l - pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg u l - forom l - oħrajn kollha ta’ rimunerazzjoni, filwaqt li l - membru tal - persunal ma għandux jingħadd mal - għadd ta’ persunal identifikat sottomess meta l - kuntratt iku n diġà ntemm qabel tmiem is - sena finanzjarja. Il - membri tal - persunal identifikati li jkunu ssieħbu fl - istituzzjoni matul is - sena finanzjarja għandhom jiġu inklużi fl - għadd ta’ membri tal - persunal identifikati, filwaqt li jitqiesu l - arranġamenti kuntrattwali tagħhom dwar il - ħin tax - xogħol (pereżempju, il - membri tal - persunal li jaħdmu fuq bażi full - time li jkunu ssieħbu matul is - sena finanzjarja dejjem jingħaddu ma’ “1” fi tmiem is - sena finanzjarja) u għandha tiġi sottomessa r - rimunerazzjoni kollha mogħtija lil dawk il - membri tal - persunal identifikati għas - sena finanzjarja.
|
|
42. Ir- rimunerazzjoni varjabbli garantita għandha tiġi inkluża fir - rimunerazzjoni varjabbli fit …
|
Ir- rimunerazzjoni varjabbli garantita għandha tiġi inkluża fir - rimunerazzjoni varjabbli fit - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637 u, barra minn hekk, għandha tiġi inkluża fit - Tabella REM2 u, fejn jiġi applikat differiment, fit - tabella REM3 ta’ dak ir - Regolament.
|
|
43. Meta jissottometti l - Anness I u t - tabella REM5 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - …
|
Meta jissottometti l - Anness I u t - tabella REM5 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637, il - persunal għandu jiġi kklassifikat taħt il - funzjoni jew il - linja ta’ azzjoni fejn iwettaq il - parti predominanti tal - attivitajiet kummerċjali tiegħu. L - ammont sħiħ ta’ rimunerazzjoni mogħtija lil dak il - membru tal - persunal fi ħdan il -grupp jew l- istituzzjoni għandu jiġi inkluż taħt din il - funzjoni jew il - linja ta’ azzjoni. EBA Public
|
|
44. Għall - allokazzjoni tal - persunal għal linji ta’ azzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom …
|
Għall - allokazzjoni tal - persunal għal linji ta’ azzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - organizzazzjoni interna tagħhom u dan li ġej: - a. “Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ta’ konsolidazzjoni li jaġixxu fir - rwol ta’ sorveljanza u monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - ġestjoni (jiġifieri diretturi mhux eżekuttivi), kif speċifikat fl - istruzzjonijiet għall - kolonna (a) tat - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637. L- istituzzjonijiet għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji għal - linja ta’ azzjoni rilevanti taħt il - punti minn (ċ) sa (i) fejn tiġi pprovduta tali diżaggregazzjoni u, altrimenti, għall - kategorija “persunal identifikat ieħor”.
- b. “Funzjoni maniġerjali tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ta’ konsolidazzjoni li huma responsabbli mill - funzjonijiet maniġerjali tiegħu (jiġifieri diretturi eżekuttivi) kif speċifikat fl - istruzzjonijiet għall - kolonna (a) tat - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637. L- istituzzjonijiet għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji għal - linja ta’ azzjoni rilevanti taħt il - punti minn (ċ) sa (i) fejn tiġi pprovduta tali diżaggregazzjoni u, altrimenti, għall - kategorija “maniġment superjuri ieħor”.
- c. “Bank tal - investiment” għandu jinkludi finanzi korporattivi, negozjar u bejgħ kif definiti fit - Tabella 2 tal - Artikolu 317 tar - Regolament (UE) 575/2013, tranżazzjonijiet immotivati mis - suq kapitali kif definiti fl - Artikolu 193(3) tar - Regolament (UE) 575/2013, u ekwità privata.
- d. “Operazzjonijiet bankarji għall - konsumatur” għandhom jinkludu l - attività totali ta’ self tal - istituzzjoni (lil individwi u intrapriżi).
- e. “Immaniġġar tal - assi” għandu jinkludi l - immaniġġar tal - assi fi ħdan:
- i. l- istituzzjoni li hija inkluża fil - kampjun;
- ii. sussidjarji li huma istituzzjonijiet, inklużi ditti ta’ investiment wara li jitqies l - Artikolu 1(2) jew (5) tar - Regolament (UE) 2019/2033; u
- iii. sussidjarji li huma ditti ta’ investiment, impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFM) jew ditti ta’ investiment li huma soġġetti għall - applikazzjoni tal - Artikoli 92 u 94 tad - Direttiva 2013/36/UE fuq bażi kkonsolidata wara l - applikazzjoni tal - Artikolu 109(5) jew (6) ta’ din id - Direttiva.
- f. “Funzjonijiet korporattivi” għandhom jinkludu membri tal - persunal fil - funzjonijiet kollha li għandhom responsabbiltajiet mill - istituzzjoni kollha fil - livell ikkonsolidat u mis - sussidjarji b’tali funzjonijiet fil - livell individwali, eż. ir - riżorsi umani u t - teknoloġija tal - informazzjo ni.
- g. “Funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti” għandhom jinkludu biss persunal attiv fil - funzjonijiet indipendenti ta’ ġestjoni tar - riskju, konformità u awditjar intern kif deskritti fit - Taqsima 19 tal - linji gwida tal -EBA dwar il- governanza interna skont id - Direttiva 2013/36/UE. EBA Public
- h. Għall - Anness I, “persunal f’sussidjarji soġġetti għal qafas ta’ rimunerazzjoni speċifiku” għandu jinftiehem bħala li jinkludi l - persunal kollu li huwa impjegat minn sussidjarja li hija ditta ta’ investiment, UCITS jew AIFM li huma soġġetti għal qafas ta’ rimunerazzjoni speċifiku u li ma humiex soġġetti għall - applikazzjoni tar - rekwiżiti ta’ rimunerazzjoni fuq bażi kkonsolidata kif stabbilit fl - Artikolu 109 tad - Direttiva 2013/36/UE.
- i. “Il - persunal l - ieħor kollu” għandu jinkludi l - persunal u l- membri tal - korp maniġerjali ta’ sussidjarji, minbarra d - ditti ta’ investiment, il - UCITS u l - AIFM, li ma jistgħux jiġu allokati għall - kategoriji taħt (a) sa (h).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|