+107. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta ta’ investiment tistabbilixxix …
|
107. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta ta’ investiment tistabbilixxix …
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta ta’ investiment tistabbilixxix qafas u arranġamenti ta’ governanza interna robusti, f’konformità mad - dispożizzjonijiet tal - Artikolu 26 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, il- Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna, il - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni14 , ir- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2017/56515 , il- Linji Gwida tal -ESMA dwar ir- rekwiżiti taʼ governanza ta l- 14 Il- Linji Gwida tal - EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id - Direttiva (UE) 2019/2034 (EBA/GL/2021/13). 15 IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL- KUMMISSJON I (UE) 2017/565 tal -25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d - Direttiva 2014/65/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall - operat għal ditti tal - investiment u termini definiti għall - finijiet ta’ dik id -Di rettiva (ĠU L 087, 31.3.2017, p. 1). prodotti tal -MiFID II16 , il- Linji Gwida Konġunti tal - ESMA u tal -EBA dwar il- valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri tal - korp maniġerjali u tad - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin17 . L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment turix tal - inqas li: - a. il- korp maniġerjali jkun stabbilixxa, approva u jissorvelja qafas adegwat u effettiv ta’ governanza interna u ta’ kontroll intern li jinkludi struttura organizzazzjonali u operazzjonali xierqa u trasparenti u qafas ta’ kontroll intern li jaħdem tajjeb, inklużi proċeduri sodi ta’ amministrazzjoni u kontabbiltà u funzjoni permanenti u effettiva ta’ verifika tal - konformità u, meta xieraq u proporzjonat, il - ġestjoni tar - riskju intern l- funzjonijiet tal - awditu intern li jkollhom awtorità, statura u riżorsi suffiċjenti sabiex iwettqu l - funzjonijiet tagħhom b’mod indipendenti. Meta d - ditti tal - investiment ma jistabbilixxux u ma jżommux funzjoni ta’ ġestjoni tar - riskju u funzjoni tal - awditu intern, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - politiki u l - proċeduri adottati u implimentati għal qafas ta’ kontroll intern jiksbux l - istess eżitu bir - responsabbiltà aħħarija tibqa’ f’idejn il - korp maniġerjali;
- b. il- korp maniġerjali jiżgura u jivvaluta perjodikament l - effettività tal - arranġamenti
| ta’ governanza interna tad - ditta tal - investiment u jieħu passi xierqa biex | jiġi |
indirizzat kwalunkwe nuqqas identifikat; - c. il- korp maniġerjali jkun stabbilixxa, approva u jissorvelja l - istrateġija ġenerali tan - negozju u tar - riskju, inkluż l - istabbiliment tal - aptit għar - riskju tad - ditta tal - investiment u l - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju tagħha, inklużi politiki u proċeduri adegwati;
- d. il- korp maniġerjali jaf u jifhem l - istruttura ġuridika, organizzazzjonali u operattiva tad - ditta tal - investiment (“kun af l - istruttura tiegħek”), b’mod partikolari meta d - ditta tal - investiment tinvolvi strutturi kumplessi, u jiżgura li din hija konsistenti mal - istrateġiji tan - negozju u tar - riskju u mal - aptit għar - riskju approvati tagħha;
- e. id- ditta tal - investiment għandha struttura korporattiva xierqa u trasparenti li hija “adatta għall - iskop” u li ma tqajjem l - ebda tħassib li d - ditta tal - investiment tista’ tintuża għal skopijiet marbuta mal - kriminalità finanzjarja u kultura soda korporattiva u tar - riskju li hija komprensiva u proporzjonata għan - natura, l - iskala u l- kumplessità tar - riskji inerenti għall - mudell tan - negozju u l - attivitajiet tad - ditta tal - investiment u konsistenti mal - aptit għar - riskju tad - ditta tal - investiment;
- f. id- ditta tal - investiment tippromwovi u tiżgura kultura tar - riskju u standards professjonali etiċi għoljin, permezz ta’ kodiċi ta’ kondotta, u implimentat politiki u proċeduri ta’ twissija interna xierqa;
16 Il- Linji Gwida tal -ESMA dwar ir- rekwiżiti ta’ governanza tal - prodotti tal -MiFID II (ESMA35-43-620). 17 Il- Linji Gwida Konġunti tal - ESMA u tal -EBA dwar il- valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri tal - korp maniġerjali u t ad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin EBA/GL/2017/12). - g. ikun hemm komunikazzjoni ċara, b’saħħitha u effettiva tal - istrateġiji, tal - valuri korporattivi, tal - kodiċi ta’ kondotta, tar - riskju u ta’ politika oħra għall - persunal rilevanti kollha;
- h. il- korp maniġerjali stabbilixxa, approva u jissorvelja l - implimentazzjoni u ż - żamma ta’ politiki u proċessi effettivi biex jidentifikaw, jivvalutaw, jimmaniġġaw u j immitigaw jew jipprevjenu kunflitti ta’ interess reali u potenzjali fil - livell tad - ditta kif ukoll bejn id - ditta tal - investiment u l - interessi privati tal - persunal, inkluż tal - membri tal - korp maniġerjali, li jistgħu jinfluwenzaw ħażin it - twettiq tad -dmirij iet u tar - responsabbiltajiet tagħhom;
- i. il- korp maniġerjali jkun stabbilixxa u jiżgura l - implimentazzjoni ta’ qafas għad - dħul f’self u fi tranżazzjonijiet oħrajn, ma’ membri tal - korp maniġerjali u l - partijiet relatati magħhom;
- j. id- ditti tal - investiment jistabbilixxu u jżommu politiki u proċeduri ta’ twissija interna xierqa għall - persunal biex jirrapportaw ksur reali tar - Regolament (UE) 2019/2033 u dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d - Direttiva (UE) 2019/2034 permezz ta’ mezz speċifiku, indipendenti u awtonomu;
- k. ikun ġie implimentat proċess ta’ valutazzjoni tal - għażla u tal - adegwatezza għall - membri tal - korp maniġerjali u għad - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin;
- l. li jkunu ġew implimentati arranġamenti bil - għan li tiġi żgurata l - integrità tas - sistemi kontabilistiċi u ta’ rapportar finanzjarju, inklużi kontrolli finanzjarji u operazzjonali u l - konformità mal - liġi u ma’ standards rilevanti;
- m. li l- qafas ta’ governanza interna huwa stabbilit, immonitorjat u vvalutat b’mod regolari mill - korp maniġerjali; u
- n. li l- istrateġiji, il - politiki u l - proċeduri huma kkomunikati lill - persunal rilevanti kollu f’ditta tal - investiment u l - istrutturi ta’ ditta tal - investiment u huma ċari, effiċjenti u trasparenti għall - persunal tad - ditta tal - investiment, l - azzjonisti u partijiet ikkonċernati oħrajn u għall - awtorità kompetenti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|