+6.6 Valutazzjoni ta’ riskji oħrajn
---+242. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - importanza ta’ riskji oħrajn għall - …
---+243. Permezz tal - valutazzjoni tar - riskji inerenti mhux koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi …
---+244. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskji mhux koperti mir - rekwiżiti ta’ …
---+245. Meta rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu ukoll valutazzjoni ta’ riskji …
---+246. Sabiex jiġi ddeterminat il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskji mhux …
---+247. Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn li ġejjin: a. il- mudell …
---+248. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - analiżi preliminari b’kunsiderazzjoni tal - b …
---+249. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - …
---+250. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif il - bidliet fir - rati tal - imgħax jista’ …
---+251. Fil- valutazzjoni kwantitattiva tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ir …
---+252. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskji operazzjonali mhux koperti mir- …
---+253. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw is - sorsi ta’ riskju inerenti li ġejjin u …
---+254. Bħala parti mill - valutazzjonijiet tal - SREP kollha, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+255. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju ta’ kondotta …
---+256. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq is - sorsi li ġejjin ta’ riskju ta’ kondotta …
---+257. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir - riskji regolatorji, legali u …
---+258. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskji regolatorji …
---+259. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju relatat ma’ mudelli użati għal …
---+260. Wara li jitqiesu l - ispeċifiċitajiet tad - ditta tal - investiment, filwaqt li jwettqu l - …
---+261. Abbażi ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+262. Meta xieraq, il - valutazzjoni tar - riskju sistemiku tista’ titwettaq b’mod aggregat għal …
---+263. Sabiex jinkiseb fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment fir - …
---+264. Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni …
---+265. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u …

6.6 Valutazzjoni ta’ riskji oħrajn

6.6.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
242. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - importanza ta’ riskji oħrajn għall - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - importanza ta’ riskji oħrajn għall - kapital tad - ditta tal - investiment, li mhumiex koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji tal - Pilastru 1, f’konformità mal - Artikolu 36 u l - Artikolu 40 tad - Direttiva (UE) 2019/2034. Meta jivvalutaw dawn ir - riskji l - oħrajn, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment, li jkollhom impatt fuq is - sinifikat ta’ dawn ir- riskji.

6.6.2 Valutazzjoni tar-riskji inerenti

243. Permezz tal - valutazzjoni tar - riskji inerenti mhux koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi …

Permezz tal - valutazzjoni tar - riskji inerenti mhux koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji tal - Pilastru 1, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - motivaturi ewlenin tar - riskji tad - ditta tal - investiment u jevalwaw is - sinifikat tal - impatt ta’ dawn ir - riskji għad - ditta tal - investiment. Il - valutazzjoni ta’ tali riskji għandha tkun strutturata madwar il - passi ewlenin li ġejjin:

  • a. il- valutazzjoni preliminari;
  • b. il- valutazzjoni tan - natura u tal - iskala tal - attivitajiet ta’ investiment li jġarrbu riskju għad - ditta tal - investiment mhux koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji tal - Pilastru 1 ;
  • c. il- valutazzjoni tas - sistemi u tal - proċessi rigward dawn l - attivitajiet.
244. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskji mhux koperti mir - rekwiżiti ta’ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskji mhux koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji tal - Pilastru 1 kemm f’termini attwali kif ukoll f’termini prospettivi.

245. Meta rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu ukoll valutazzjoni ta’ riskji …

Meta rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu ukoll valutazzjoni ta’ riskji oħrajn minbarra dawk elenkati f’dan il - kapitolu.

Valutazzjoni preliminari

246. Sabiex jiġi ddeterminat il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskji mhux …

Sabiex jiġi ddeterminat il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskji mhux koperti mir- rekwiżiti ta’ fondi proprji tal - Pilastru 1, l- awtoritajiet kompetenti għandhom l - ewwel jidentifikaw is - sorsi tar - riskji li d - ditta tal - investiment hija jew tista’ tkun esposta għalihom.

247. Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn li ġejjin: a. il- mudell …

Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn li ġejjin:

  • a. il- mudell tan - negozju u l - aptit għar - riskju;
  • b. l- iżvilupp intern jew l - esternalizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet tal - IT;
  • c. funzjonijiet ta’ appoġġ bħal verifika ta’ konformità, legali, fiskali (anke jekk esternalizzati);
  • d. il- kost tal - kawżi u tal - litigazzjoni;

73

  • e. it - telf operazzjonali totali, inkluż il - kost tal - frodi interna u esterna;
  • f. il- kamp ta’ applikazzjoni tal - attivitajiet fil - portafoll mhux tan - negozjar.
248. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - analiżi preliminari b’kunsiderazzjoni tal - b …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - analiżi preliminari b’kunsiderazzjoni tal - b idla f’dawn ta’ hawn fuq matul iż - żmien biex jiffurmaw opinjoni infurmata tal - motivaturi ewlenin tar - riskji l - oħrajn tad - ditta tal - investiment.

Riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax li jirriżulta minn attivitajiet fil - portafoll mhux tan - negozjar

249. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax li jirriżulta minn attivitajiet fil - portafoll mhux tan - negozjar li d - ditta tal - investiment hija esposta għalihom.

250. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif il - bidliet fir - rati tal - imgħax jista’ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif il - bidliet fir - rati tal - imgħax jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l - assi, l - obbligazzjonijiet u l - impenji li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ tad - ditta tal - investiment. Sabiex jiddeterminaw aħjar il - kumplessità u l - profil tar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jifhmu wkoll il - karatteristiċi ewlenin tal - assi, l - obbligazzjonijiet, u l - impenji li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ tad - ditta tal - investiment.

251. Fil- valutazzjoni kwantitattiva tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ir …

Fil- valutazzjoni kwantitattiva tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ir - riżultati tal - metodoloġiji interni tad - ditta tal - investiment għall - kejl tar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax li jirriżulta minn attivitajiet fil - portafoll mhux tan - negozjar. Barra minn hekk, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw xenarji ta’ xokk xierqa minħabba n - natura tal - iskopertura għar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax li jirriżulta minn attivitajiet fil - portafoll mhux tan - negozjar tad - ditta tal - investiment.

Riskji operazzjonali mhux koperti mi ll- Pilastru 1

252. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskji operazzjonali mhux koperti mir- …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskji operazzjonali mhux koperti mir- rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji f’konformità mar - Regolament (UE) 2019/2033. Dawn ir- riskji jistgħu jwasslu għal telf operazzjonali dirett u għal telf indirett li jirriżulta minn ilmenti u litigazzjoni. Riskji operazzjonali kbar jistgħu jwasslu wkoll għal nuqqas ta’ persunal f’pożizzjonijiet ewlenin. Il - valutazzjoni għandha tqis mhux biss it - telf operazzjonali, iżda wkoll l - avvenimenti li ġew evitati bi ftit u ta’ riskju operazzjonali li spiċċaw bi qligħ.

253. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw is - sorsi ta’ riskju inerenti li ġejjin u …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw is - sorsi ta’ riskju inerenti li ġejjin u, meta rilevanti, jiffukaw il - valutazzjoni fuq dawk l - aspetti, li huma meqjusa bħala l - aktar sinifikanti għad - ditta t al- investiment:

  • a. is - sikurezza fuq il - post tax - xogħol;
  • b. dannu għall - assi fiżiċi;
  • c. frodi interna;
  • d. frodi esterna;

74

  • e. riskji tal - ICT;
  • f. riskju ta’ kondotta;
  • g. riskji regolatorji, legali u fiskali;
  • h. riskju tal - mudell, fir - rigward tal - mudelli użati għal skopijiet ta’ negozju;
  • i. riżorsi umani u tekniċi insuffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi) f’pożizzjonijiet ewlenin;
  • j. riskju reputazzjonali.
254. Bħala parti mill - valutazzjonijiet tal - SREP kollha, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

Bħala parti mill - valutazzjonijiet tal - SREP kollha, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il -gra d ta’ riskju tal - ICT, u l - konsistenza tal - operazzjonijiet tal -ICT mal- istrateġija tan - negozju. Fil - valutazzjoni tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l - aspetti rilevanti kollha tar - riskju tal - ICT, bħar - riskju għas - sigurtà, ir - riskju tal - proġetti tal - IT u r - riskju tal - ġestjoni tal - ICT, sal - punt li dan ma jkunx diġà kopert minn partijiet oħrajn ta’ dawn il - linji gwida, u wara li jitqiesu l - Linji Gwida tal -EBA dwar l- ICT u r - riskju għas - sigurtà19 u l - Linji Gwida tal -ESMA dwar l- esternalizzazzjoni lil fornituri tas - servizz tal - cloud20 ;

255. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju ta’ kondotta …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju ta’ kondotta relatat mal - attivitajiet ta’ investiment u tas - suq tad - ditta tal - investiment, sal - punt li ma jkunx kopert mir- rekwiżiti ta’ fondi proprji tal - Pilastru 1. Ir- riskju ta’ kondotta għandu jinftiehem bħala r - riskju attwali jew prospettiv imġarrab mill - klijenti, mis - swieq jew mid - ditta nnifisha minħabba mġiba mhux xierqa tad - ditta jew tal - persunal tagħha. Dan ir - riskju jista’ jinħoloq minn mġiba ħażina volontarja jew negliġenti (inkluż forniment mhux xieraq ta’ servizzi finanzjarji), sal - punt li dawn jistgħu jwasslu għal impatti finanzjarji jew reputazzjonali negattivi. Dan ir - riskju reputazzjonali jista’ min - naħa tiegħu jikkawża telf fl - ishma tas - suq jew fil - klijenti ewlenin, u żieda fl - ilmenti tal - klijenti.

256. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq is - sorsi li ġejjin ta’ riskju ta’ kondotta …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq is - sorsi li ġejjin ta’ riskju ta’ kondotta inerenti meta rilevanti:

  • a. l- għeluq jew is - sospensjoni ta’ fond;
  • b. in- numru ta’ inċidenti ta’ mġiba ħażina: bejgħ inadatt, manipulazzjoni tas - suq;
  • c. il- penali regolatorji mġarrba.
257. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir - riskji regolatorji, legali u …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir - riskji regolatorji, legali u fiskali li jirriżultaw min - nuqqas ta’ konformità mal - liġijiet jew mar - regolamenti. Dawn ir - riskji jistgħu jwasslu għal litigazzjoni u penali għad - ditta tal - investiment. Il - programmi ta’ rimedju jistgħu jġarrbu wkoll spejjeż kbar għall - konformità mal - liġi u mar - regolamenti.

19 Il- Linji Gwida tal -EBA dwar l- ICT u l - ġestjoni tar - riskju għas - sigurtà (EBA/GL/2019/04).

20 Il- linji gwida tal -ESMA dwar l- esternalizzazzjoni lil fornituri tas - servizz tal - cloud (ESMA50 -164- 4285). 75

258. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskji regolatorji …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskji regolatorji, legali u fiskali inerenti meta rilevanti:

  • a. kostijiet għall - kisba tal - konformità mar - regolamenti applikabbli;
  • b. il- ħlas ta’ multi jew sanzjonijiet oħrajn għan - nuqqas ta’ konformità;
  • c. ir- rivalutazzjoni tat - taxxa jew il - ħlas ta’ tariffi, multi u penali tard;
  • d. l- antiċipazzjoni tal - bidliet regolatorji rilevanti għad - ditta tal - investiment.
259. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju relatat ma’ mudelli użati għal …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju relatat ma’ mudelli użati għal skopijiet ta’ negozju, inklużi mudelli ta’ valwazzjoni/pprezzar, mudelli għal negozjar algoritmiku u mudelli oħrajn li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq id - deċiżjonijiet u l - attivitajiet kummerċjali tad - ditta tal - investiment.

260. Wara li jitqiesu l - ispeċifiċitajiet tad - ditta tal - investiment, filwaqt li jwettqu l - …

Wara li jitqiesu l - ispeċifiċitajiet tad - ditta tal - investiment, filwaqt li jwettqu l - valutazzjoni tar - riskji mhux koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji tal - Pilastru 1, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw sorsi oħrajn ta’ riskji mhux inklużi fil - kategoriji msemmija hawn fuq.

Riskju sistemiku

261. Abbażi ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

Abbażi ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir - riskju sistemiku tad - ditta tal - investiment. Abbażi ta’ din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk il - falliment tad - ditta tal - investiment jistax jirriżulta fi tfixkil kbir tas - swieq finanzjarji li d - ditta tal - investiment topera fihom.

262. Meta xieraq, il - valutazzjoni tar - riskju sistemiku tista’ titwettaq b’mod aggregat għal …

Meta xieraq, il - valutazzjoni tar - riskju sistemiku tista’ titwettaq b’mod aggregat għal grupp ta’ ditti tal - investiment b’mudell tan - negozju u profil tar -r iskju simili. Meta jwettqu tali valutazzjoni aggregata, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l - impatti potenzjali ta’ falliment simultanju ta’ numru/sehem speċifikat ta’ dawn id - ditti tal - investiment fis - swieq finanzjarji li huma joperaw fihom. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw xenarju wieħed jew aktar.

6.6.3 Valutazzjoni tal- ġestjoni u l -kontrolli tar-riskji

263. Sabiex jinkiseb fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment fir - …

Sabiex jinkiseb fehim komprensiv tal - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment fir - rigward tar - riskji mhux koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji tal - Pilastru 1, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - qafas tal - ġestjoni tal - governanza u tar - riskju li jnaqqsu r - riskju li jirriżulta minn sorsi oħrajn ta’ riskji. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - elementi li ġejjin filwaqt li jqisu l - volum, in - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment:

  • a. li l- istrateġija tad - ditta tal - investiment tirrifletti b’mod xieraq l - aptit għal dawn ir- riskji tad - ditta tal - investiment u hija konsistenti mal - aptit għar - riskju ġenerali;

76

  • b. li d- ditta tal - investiment għandha linji gwida u politiki interni biex tiżgura kultura tar - riskju soda;
  • c. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq għall - ġestjoni, il - kejl, il - monitoraġġ u l - kontroll t ar- riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax li jirriżulta minn attivitajiet fil - portafoll mhux tan - negozjar;
  • d. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq għall - ġestjoni, il - kejl, il - monitoraġġ u l - kontroll tar - riskji tal - IT, b’riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
  • e. li d- ditta tal - investiment għandha politiki u proċeduri definiti b’mod ċar għall - kontroll tar - riskju operazzjonali.

6.6.4 Sommarju tas- sejbiet u għoti ta’ punteġġ

264. Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni …

Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir- riskji l - oħrajn tad - ditta tal - investiment. Din l - opinjoni għandha tkun riflessa fis - sommarju tas - sejbiet, akkumpanjata minn punteġġ tar - riskju ibbażat fuq il - kunsiderazzjonijiet speċifikati fit - Tabella 8. Jekk, abbażi tal - materjalità ta’ ċerti fatturi tar - riskju, l - awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jivvalutawhom u jagħtuhom punteġġ individwalment, il - gwida pprovduta f’din it - tabella għandha tiġi applikata, sa fejn ikun possibbli, permezz ta’ analoġija.

265. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u mhux iżolat u jifhmu l - motivaturi wara r - riskji mhux koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji tal - Pilastru 1.

Tabella 8. Kunsiderazzjonijiet superviżorji għall - assenjament ta’ punteġġ għal riskji oħrajn

Punteġġ Kunsiderazzjonijiet fir-Perspettiva Kunsiderazzjonijiet fir-rigward tar-tar- rigward ta’ ġestjoni u superviżorja riskju inerenti

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/