+84. L-aspetti li l- awtorità kompetenti għandha tqis inter alia meta tivvaluta jekk l- emittent “ma …
|
84. L-aspetti li l- awtorità kompetenti għandha tqis inter alia meta tivvaluta jekk l- emittent “ma …
L-aspetti li l- awtorità kompetenti għandha tqis inter alia meta tivvaluta jekk l- emittent “ma jkunx jista’ jew x’aktarx ma jkunx jista’ jwettaq l - obbligi tiegħu” skont ir -Regolament (UE) 2023/1114 huma dawn li ġejjin: - i. il- pożizzjoni kapitali tal -emittent: ksur tar- rekwiżiti skont l -Artikolu 35(1) sa (5) u l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114;
- ii. il- pożizzjoni tal -likwidità tal-emittent skont ir- rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir -Regolament (UE) 2023/1114 u/jew tar- riżerva ta’ assi:
- o ksur tar- rekwiżiti tal - likwidità, jew, jekk soġġett għal rekwiżit li tinżamm riżerva ta’ assi, tar- rekwiżiti relatati mal -livell u l- kompożizzjoni tar - riżerva ta’ assi stabbiliti fil - Kapitoli 3 u 5 tat-Titolu III tar- Regolament (UE) 2023/1114, inkluża kwal unkwe speċifikazzjoni f’konformità mal -Artikoli 36 (4), 38 (5) u 45 (7) (b) ta’ dak ir-Regolament, ladarba japplikaw ir- regolamenti delegati rilevanti, b’mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-emittent mill-awtorità kompetenti;
- o li ma jkunux jistgħu jħallsu djun u obbligazzjonijiet hekk kif isiru dovuti; u
- o li jkollhom ir- riżerva ta’ assi aktar baxxa mill-obbligazzjonijiet;
- iii. fir-rigward ta’ emittenti ta’ ARTs awtorizzati skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2023/1114, rekwiżiti oħra għall -kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni:
- o fir-rigward tal- arranġamenti ta’ governanza: l - akkumulazzjoni ta’ dgħufijiet jew nuqqasijiet materjali f’oqsma ewlenin tal - arranġamenti ta’ governanza jew il - funzjonijiet ta’ kontroll intern, inkluż il - ġestjoni tar -riskju u l- ġestjoni tar -riskju tal-ICT, l i waħedhom jew flimkien għandhom impatt prudenzjali negattiv materjali fuq l - emittent u/jew ir- reżiljenza operazzjonali tiegħu; jew kwalunkwe element ieħor meqjus rilevanti mill -awtorità kompetenti;
- o nuqqasijiet materjali li flimkien jista’ jkollhom impatt prudenzjali negattiv materjali fuq l - emittent, bħal deprezzament reputazzjonali kbir li jirriżulta minn nuqqas ta’ trasparenza fit- twettiq tan -negozju u l- operazzjonijiet jew żvelar inkomplet/mhux pr eċiż ta’ informazzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|