+46. L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw liema kombinazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni u ta’ …

46. L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw liema kombinazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni u ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw liema kombinazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni u ta’ mitigazzjoni tar - riskju tikkontribwixxi l - aħjar għal dan, billi jikkunsidraw firxa ta’ għodod, inklużi dawn li ġejjin:

  • a) l- involviment ma’ kontropartijiet bl - għan li jifhmu aħjar il - profil tar - riskju tal - kontroparti u li jiżguraw konsistenza mal - aptit għar - riskju u l - objettivi strateġiċi tal - istituzzjoni, b’mod partikolari billi:
  • i. jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - kontropartijiet li għandhom jinvolvu ruħhom magħhom, filwaqt li jqisu l - eżiti tal - valutazzjoni tal - materjalità u tal - proċess tal - kejl tar - riskju;
  • ii. jistabbilixxu djalogu ma’ dawk il - kontropartijiet biex tiġi rieżaminata r - reżiljenza tagħhom lejn ir- riskji tal - ESG, filwaqt li jqisu l - leġiżlazzjoni settorjali li taffettwa lil dawk il - kontropartijiet u kwalunkwe pjan ta’ tranżizzjoni li jkunu żviluppaw;
  • iii. fejn rilevanti u possibbli, jipprovdu informazzjoni u pariri rilevanti lill - klijenti dwar il- valutazzjoni jew il - mitigazzjoni tar - riskji tal - ESG li huma esposti għalihom; u
  • iv. jikkunsidraw firxa ta’ azzjonijiet speċifiċi għall - kontropartijiet, bħall - aġġustament għall - offerta tal - prodott, il - ftehim dwar pjan u azzjonijiet ta’ rimedju biex jiġu appoġġjati l - isforzi ta’ tranżizzjoni u reżiljenza msaħħa tal - kontroparti, jew bħala l - aħħar rimedju, il - waqfien tar - relazzjoni meta l - kontinwazzjoni titqies inkompatibbli mal - ippjanar u mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni.
  • b) jaġġustaw it - termini finanzjarji (eż. inklużi salvagwardji miftiehma kuntrattwalment u miżuri korrettivi), il - kundizzjonijiet (eż. perjodu ta’ maturità) u/jew il - prezz ibbażat fuq kriterji rilevanti għar - riskji tal - ESG u l - istrateġija tar - riskju u l - politika tal - kapital intern tal - istituzzjoni;
  • c) jikkunsidraw ir - riskji tal - ESG meta jiżviluppaw politiki settorjali u meta jistabbilixxu limiti tar - riskji globali, reġjonali u settorjali, limiti tal - iskopertura u strateġiji ta’ diżingranaġġ;
  • d) jiddeversifikaw portafolli ta’ self u ta’ investiment abbażi ta’ kriterji rilevanti għar - riskji tal - ESG, eż. f’termini ta’ setturi ekonomiċi jew żoni ġeografiċi;
  • e) għodod oħra ta’ ġestjoni tar - riskji meqjusa xierqa f’konformità mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni, bħal riallokazzjoni possibbli tal - finanzjament bejn is - setturi u fi ħdanhom lejn skoperturi aktar reżiljenti għar - riskji tal -ESG.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/