+5.1 Prinċipji tal - ġestjoni tar - riskji tal -ESG
---+43. Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fil - qafas ta’ ġestjoni tar - …
---+44. L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw ir - riskji tal - ESG fis - sistemi u l - proċessi …
---+45. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċ robust u sod għall - ġestjoni u l - …
---+46. L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw liema kombinazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni u ta’ …
|
5.1 Prinċipji tal - ġestjoni tar - riskji tal -ESG
5.1 Prinċipji tal - ġestjoni tar - riskji tal -ESG
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
43. Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fil - qafas ta’ ġestjoni tar - …
|
Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fil - qafas ta’ ġestjoni tar - riskji għall - istituzzjoni kollha f’konformità mal - paragrafu 152 tal - Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ir - rwol tar - riskji tal - ESG bħala motivaturi potenzjali tal - kategoriji tradizzjonali kollha ta’ riskji finanzjarji, inklużi r - riskji ta’ kreditu, tas - suq, operattivi (inkluża l - litigazzjoni), reputazzjonali, tal - likwidità, tal - mudell tan - negozju u tal - konċentrazzjoni.
|
|
44. L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw ir - riskji tal - ESG fis - sistemi u l - proċessi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw ir - riskji tal - ESG fis - sistemi u l - proċessi regolari tagħhom ta’ ġestjoni tar - riskji filwaqt li jiżguraw il - konsistenza mal - istrateġiji tan - negozju u tar - riskju ġenerali tagħhom, inklużi pjanijiet f’konformità mal - Artikolu 76(2) tad - Direttiva 2013/36/UE kif speċifikat aktar fit - Taqsima 6. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkollhom approċċ integrat b’mod sħiħ fejn ir - riskji tal - ESG jinqabdu b’mod xieraq u jitqiesu bħala parti mill - istrateġiji, il - politiki u l -limi ti tal - ġestjoni tar - riskji. Fejn l - istituzzjonijiet ikollhom fis - seħħ arranġamenti speċifiċi għar - riskji tal - ESG, dawn għandhom jiżguraw li dan ikun rifless fil - qafas regolari tal - ġestjoni tar - riskji u jikkontribwixxi għalih.
|
|
45. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċ robust u sod għall - ġestjoni u l - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċ robust u sod għall - ġestjoni u l - mitigazzjoni tar - riskji tal - ESG fuq terminu qasir u medju u fuq perjodu ta’ żmien twil ta’ mill - inqas 10 snin, filwaqt li jqisu l - prinċipji deskritti fil - paragrafu 19.
|
|
46. L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw liema kombinazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni u ta’ …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw liema kombinazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni u ta’ mitigazzjoni tar - riskju tikkontribwixxi l - aħjar għal dan, billi jikkunsidraw firxa ta’ għodod, inklużi dawn li ġejjin: - a) l- involviment ma’ kontropartijiet bl - għan li jifhmu aħjar il - profil tar - riskju tal - kontroparti u li jiżguraw konsistenza mal - aptit għar - riskju u l - objettivi strateġiċi tal - istituzzjoni, b’mod partikolari billi:
- i. jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - kontropartijiet li għandhom jinvolvu ruħhom magħhom, filwaqt li jqisu l - eżiti tal - valutazzjoni tal - materjalità u tal - proċess tal - kejl tar - riskju;
- ii. jistabbilixxu djalogu ma’ dawk il - kontropartijiet biex tiġi rieżaminata r - reżiljenza tagħhom lejn ir- riskji tal - ESG, filwaqt li jqisu l - leġiżlazzjoni settorjali li taffettwa lil dawk il - kontropartijiet u kwalunkwe pjan ta’ tranżizzjoni li jkunu żviluppaw;
- iii. fejn rilevanti u possibbli, jipprovdu informazzjoni u pariri rilevanti lill - klijenti dwar il- valutazzjoni jew il - mitigazzjoni tar - riskji tal - ESG li huma esposti għalihom; u
- iv. jikkunsidraw firxa ta’ azzjonijiet speċifiċi għall - kontropartijiet, bħall - aġġustament għall - offerta tal - prodott, il - ftehim dwar pjan u azzjonijiet ta’ rimedju biex jiġu appoġġjati l - isforzi ta’ tranżizzjoni u reżiljenza msaħħa tal - kontroparti, jew bħala l - aħħar rimedju, il - waqfien tar - relazzjoni meta l - kontinwazzjoni titqies inkompatibbli mal - ippjanar u mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni.
- b) jaġġustaw it - termini finanzjarji (eż. inklużi salvagwardji miftiehma kuntrattwalment u miżuri korrettivi), il - kundizzjonijiet (eż. perjodu ta’ maturità) u/jew il - prezz ibbażat fuq kriterji rilevanti għar - riskji tal - ESG u l - istrateġija tar - riskju u l - politika tal - kapital intern tal - istituzzjoni;
- c) jikkunsidraw ir - riskji tal - ESG meta jiżviluppaw politiki settorjali u meta jistabbilixxu limiti tar - riskji globali, reġjonali u settorjali, limiti tal - iskopertura u strateġiji ta’ diżingranaġġ;
- d) jiddeversifikaw portafolli ta’ self u ta’ investiment abbażi ta’ kriterji rilevanti għar - riskji tal - ESG, eż. f’termini ta’ setturi ekonomiċi jew żoni ġeografiċi;
- e) għodod oħra ta’ ġestjoni tar - riskji meqjusa xierqa f’konformità mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni, bħal riallokazzjoni possibbli tal - finanzjament bejn is - setturi u fi ħdanhom lejn skoperturi aktar reżiljenti għar - riskji tal -ESG.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|