+5.3 Aptit għar - riskju
---+50. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - aptit għar - riskju tagħhom jiddefinixxi u …
---+51. L- aptit għar - riskju għandha tiġi implimentata bl - appoġġ ta’ KRIs relatati mal - ESG …
---+52. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - entitajiet tal - grupp u l - linji tan - negozju u …
---+53. L- aptit għar - riskju tal - istituzzjoni u l - KRIs assoċjati għandhom ikunu soġġetti għal …
|
5.3 Aptit għar - riskju
5.3 Aptit għar - riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
50. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - aptit għar - riskju tagħhom jiddefinixxi u …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - aptit għar - riskju tagħhom jiddefinixxi u jindirizza b’mod ċar ir - riskji tal - ESG li huma parti mill - inventarju tar - riskju tagħhom wara l - valutazzjoni tal - materjalità. L - aptit għar - riskju għandu jispeċifika l - livell u t - tipi ta’ riskji tal -ESG li l-istituzzjonijiet huma lesti jassumu fil - portafoll tagħhom, inkluż fir - rigward tal - objettivi ta’ konċentrazzjoni u ta’ diversifikazzjoni tal - portafoll. L - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fl - aptit għar - riskju għandha tkun konsistenti mal - objettivi u l - impenji strateġiċi tal - istituzzjoni u mal - pjanijiet u l - miri speċifikati fit - Taqsima 6.
|
|
51. L- aptit għar - riskju għandha tiġi implimentata bl - appoġġ ta’ KRIs relatati mal - ESG …
|
L- aptit għar - riskju għandha tiġi implimentata bl - appoġġ ta’ KRIs relatati mal - ESG, inkluż eż. limiti, restrizzjonijiet jew esklużjonijiet potenzjali. Għad - determinazzjoni ta’ KRIs rilevanti u xierqa, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ir - riżultati ta l- valutazzjoni tal - materjalità tagħhom u l - karatteristiċi speċifiċi tal - mudell tan - negozju tagħhom, filwaqt li jqisu l - linji tan - negozju, l - attivitajiet, il - prodotti u l - iskoperturi rilevanti lejn setturi ekonomiċi u ġeografiji, inklużi ġuriżdizzjonijiet u żoni ġeografiċi aktar granulari. L - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il - metriċi elenkati fit - Taqsima 5.7 meta jiddeterminaw liema KRIs magħżula għandhom jużaw fil - qafas ta’ aptit għar - riskju tagħhom.
|
|
52. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - entitajiet tal - grupp u l - linji tan - negozju u …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - entitajiet tal - grupp u l - linji tan - negozju u l - unitajiet rilevanti kollha li jġorru r - riskju jifhmu u jimplimentaw b’mod xieraq l - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni f’termini ta’ riskji tal - ESG. B’mod partikolari f’istituzzjonijiet kbar, il - limiti tar - riskji għandhom jiġu stabbiliti f’livelli differenti fi ħdan l - istituzzjoni, filwaqt li tiġi żgurata l - konsistenza mal - aptit ġenerali għar - riskju, u għandhom jankraw il - kunsiderazzjonijiet tar - riskji tal - ESG fir -rigwar d tal - prodotti jew tal - istrumenti finanzjarji maħruġa, oriġinati jew miżmuma mill- istituzzjoni, is - segmenti tal - klijenti, it - tip ta’ kollateral u l - istrumenti ta’ mitigazzjoni tar - riskji.
|
|
53. L- aptit għar - riskju tal - istituzzjoni u l - KRIs assoċjati għandhom ikunu soġġetti għal …
|
L- aptit għar - riskju tal - istituzzjoni u l - KRIs assoċjati għandhom ikunu soġġetti għal proċessi ta’ monitoraġġ u eskalazzjoni kif stabbilit fil - paragrafu 80.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|