+11. Għall - għanijiet ta’ dawn il - linji gwida biss, ġew żviluppati d - definizzjonijiet …

11. Għall - għanijiet ta’ dawn il - linji gwida biss, ġew żviluppati d - definizzjonijiet …

Għall - għanijiet ta’ dawn il - linji gwida biss, ġew żviluppati d - definizzjonijiet indikattivi stabbiliti fit - tabella ta’ hawn taħt, li ma jissostitwixxux id - definizzjonijiet ekwivalenti fil - liġi nazzjonali.

Il - parteċipanti fis - suq finanzjarju li ġejjin, jekk ikunu qegħdin iwettqu (i) servizzi ta’ investiment elenkati fit - Taqsima A tal - Anness I tal - MiFID u servizzi anċillari elenkati fit - Taqsima B tiegħu, jew (ii) servizz bankarju elenkat fl - Anness I tas - CRD, jew (iii) is - servizz ta’ maniġment ta' portafoll kollettiv ta’ UCITS, jew (iv) servizz ta' ħlas kif definit fl - Artikolu 4(3) tal - PSD, jew (v) ħruġ ta’ flus elettroniċi kif definit fl - Artikolu 2(2) tal - EMD, jew (vi) provvediment ta’ kuntratt ta’ kreditu kif definit fl - Artikolu 4(3) tal - MCD jew attivitajiet tal -intermedjazzjoni tal- kreditu kif definit fl - Artikolu 4(5) tal - MCD: ditta/ditti2

•Ditti ta’ investiment (kif definit fl - Artikolu 4(1)(1) tal- MiFID);
•kumpaniji tal - maniġment (kif definit fl - Artikolu 2(1)(b) tad - Direttiva UCITS) u kumpaniji ta’ investiment li ma jkunux ħatru kumpanija tal - maniġment (kif imsemmi fl - Artikolu 30 tad - Direttiva UCITS);
•AIFMs esterni (kif definit fl - Artikolu 5(1)(a) tal - AIFMD) meta jipprovdu servizzi skont l - Artikolu 6(4) tal- AI FMD).
•istituzzjonijiet ta’ kreditu (kif definit fl - Artikolu 4(1) tas -CRR);
•istituzzjonijiet tal - ħlas (kif definiti fl - Artikolu 4(4) tal- PSD), inkluż, skont l - Artikolu 33 tal - PSD, fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet eżenti li jipprovdu biss is - servizz ta’ ħlas kif imsemmi fil - punt (8) tal - Anness I tal-PSD;
•istituzzjonijiet tal - flus elettroniċi (kif definit fl - Artikolu 2(1) tal- EMD); u
•intermedjarji tal- kreditu u kredituri li mhumiex istituzzjoni tal - kreditu (kif definiti fl- Artikolu 4 (5) u (10) tal - MCD rispettivament).

Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon indirizzata lil ditta minn persuna fiżika jew ġuridika relatata mal - għoti ta’ (i) servizz ta’ investiment skont il - MiFID, id - Direttiva tal- UCITS jew l - AIFMD; jew (ii) servizz bankarju elenkat fl - Anness I tas - CRD, jew (iii) servizz ta’ maniġment ta’ portafoll kollettiv skont id - Direttiva UCITS, jew (iv) ilment servizz ta' ħlas kif definit fl - Artikolu 4(3) tal - PSD, jew (v) ħruġ ta’ flus elettroniċi kif definit fl- Artikolu 2(2) t al- EMD, jew (vi) kuntratt ta’ kreditu kif definit fl - Artikolu 4(3) tal- MCD; jew (vii) attivitajiet tal -intermedjazzjoni tal- kreditu kif definit fl - Artikolu 4(5) tal -MCD.

Persuna fiżika jew ġuridika preżunta li hija eliġibbli li jkollha ilment ikkunsidrat ilmentatur minn ditta u li diġà ressqet ilment.


2 Jekk jidħlu fis - seħħ Direttivi addizzjonali tal - UE li jintroduċu attivitajiet finanzjarji ġodda u/jew istituzzjonijiet finanzjarji fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ ASE, din l - ASE se tikkonsulta dwar kwalunkwe estensjoni tal- applikabilità tal - linji gwida għal dawn id - ditti u attivitajiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/