+Scope
---+2. Dawn il- linji gwida japplikaw għall - awtoritajiet kompetenti għas - superviżjoni tal …
---+3. Fir-rigward tal- kredituri li mhumiex istituzzjoni tal - kreditu u l -intermedjarji tal- …
---+4. Dawn il- linji gwida ma japplikawx meta ditta tirċievi lment dwar: a. attivitajiet għajr dawk …
---+5. Dawn il- linji gwida jinħarġu skont l - Artikolu 16 tar -Regolamenti tal-ASE1 . Skont l - …
---+6. Dawn il- linji gwida jistabbilixxu l - fehma tal - ESMA u tal - EBA dwar il - prattiki …
---+7. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill - ESMA u/jew lill - EBA jekk jikkonformawx …
---+8. Dawn il- linji gwida japplikaw mid -data tar- rekwiżit tar - rapportar imsemmi fil - paragrafu …
---+9. Irrispettivament minn jekk awtorità skont l - Artikolu 4(2) tar - Regolament EBA hijiex …
---+10. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it - termini uż ati fil- leġislazzjoni settorjali li ġejja …
---+11. Għall - għanijiet ta’ dawn il - linji gwida biss, ġew żviluppati d - definizzjonijiet …

Scope

Scope

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
2. Dawn il- linji gwida japplikaw għall - awtoritajiet kompetenti għas - superviżjoni tal …

Dawn il- linji gwida japplikaw għall - awtoritajiet kompetenti għas - superviżjoni tal -indirizzar tal-ilmenti mid-ditti fil- ġurisdizzjoni tagħhom. Dan jinkludi ċirkostanzi fejn l - awtorità kompetenti tissorvelja l - indirizzar tal- ilmenti, skont il - liġi tal - UE u dik nazzjonali, mid - ditti li jagħmlu negozju fil - ġurisdizzjoni tagħhom taħt il - libertà tas - servizzi jew il - libertà tal - istabbiliment.

3. Fir-rigward tal- kredituri li mhumiex istituzzjoni tal - kreditu u l -intermedjarji tal- …

Fir-rigward tal- kredituri li mhumiex istituzzjoni tal - kreditu u l -intermedjarji tal- kreditu, il -linji gwida japplikaw sal - punt li dawk l - awtoritajiet ġew nominati bħala kompetenti biex jiżguraw l - applikazzjoni u l - infurzar tad - dispożizzjonijiet tad - Direttiva dwar il - Kreditu Ipotekarju li huma relatati ma’ dawn i l-linji gwida.

4. Dawn il- linji gwida ma japplikawx meta ditta tirċievi lment dwar: a. attivitajiet għajr dawk …

Dawn il- linji gwida ma japplikawx meta ditta tirċievi lment dwar:

  • a. attivitajiet għajr dawk issorveljati minn "awtoritajiet kompetenti" skont l - Artikolu 4(3) tar - Regolament tal- ESMA, jew l - Artikolu 4(2) tar -Regolament tal- EBA, jew l - Artikolu 5 tad- Direttiva dwar il- Kreditu Ipotekarju; jew

b . l- attivitajiet ta’ entità oħra li għaliha dik id - ditta m’għandhiex responsabbiltà legali jew regolatorja (ufejn dawk l - attivitajiet ikunu jiffurmaw is - sustanza tal -ilment). Madankollu, dik id - ditta għandha twieġeb, fejn possibbli, u tispjega l - pożizzjoni tagħha dwar l -ilment u/jew, fejn xieraq, tagħti dettalji tad - ditta jew ta’ istituzzjoni finanzjarja oħra responsabbli għall -indirizzar tal-ilment.

Konformità, obbligi ta’ rappurtar u data ta’ applikazzjoni

5. Dawn il- linji gwida jinħarġu skont l - Artikolu 16 tar -Regolamenti tal-ASE1 . Skont l - …

Dawn il- linji gwida jinħarġu skont l - Artikolu 16 tar -Regolamenti tal-ASE1 . Skont l - Artikolu 16(3), l - awtoritajiet kompetenti u l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw mal-linji gwida.

6. Dawn il- linji gwida jistabbilixxu l - fehma tal - ESMA u tal - EBA dwar il - prattiki …

Dawn il- linji gwida jistabbilixxu l - fehma tal - ESMA u tal - EBA dwar il - prattiki superviżorji xierqa fis - Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja u dwar kif għandha tiġi applikata l - liġi tal - Unjoni. Għalhekk, l -ESMA u l - EBA jistennew li l - awtoritajiet kompetenti u l - istituzzjonijiet finanzjarji kollha, li lilhom huma indirizzati dawn l- linji gwida, jikkonformaw mal -linji gwida. L- awtoritajiet kompetenti li għalihom japplikaw dawn il- linji gwida għandhom jikkonformaw billi jinkorporawhom fil - prattiki superviżorji tagħhom kif xieraq (pereżempju billi jemendaw il - qafas legali tagħhom jew il - proċessi superviżorji tagħhom), inkluż meta l - linji gwida huma indirizzati primarjament lill - istituzzjonijiet.

7. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill - ESMA u/jew lill - EBA jekk jikkonformawx …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill - ESMA u/jew lill - EBA jekk jikkonformawx jew jekk għandhomx l - intenzjoni li jikkonformaw mal - linji gwida, filwaqt li jiddikjaraw ir - raġunijiet tagħhom għan - nuqqas ta’ konformità, fi żmien xahrejn mid -data tal- pubblikazzjoni tal - verżjonijiet tradotti mill - ESMA u mill- EBA lil JCguidelines.complaintshandling@esma.europa.eu u compliance@eba.europa.eu . Fin-nuqqas ta’ tweġiba sa din id - data ta’ skadenza, l - awtoritajiet kompetenti sejrin jitqiesu mhux konformi. Mudell għan - notifiki huwa disponibbli fuq is - siti web tal - ESMA u tal - EBA.

8. Dawn il- linji gwida japplikaw mid -data tar- rekwiżit tar - rapportar imsemmi fil - paragrafu …

Dawn il- linji gwida japplikaw mid -data tar- rekwiżit tar - rapportar imsemmi fil - paragrafu 7. Fir -rigward tal-awtoritajiet kompetenti għas - superviżjoni tal -indirizzar tal-ilmenti minn intermedjarji tal- kreditu u kredituri li mhumiex istituzzjoni tal - kreditu skont id - Direttiva dwar il - Kreditu Ipotekarju, u istituzzjonijiet ta’ ħlas li jipprovdu biss servizzi ta' inizjazzjoni ta’ ħlas jew servizzi ta’ informazzjoni dwar kont skont id - Direttiva dwar is - Servizzi ta’ Ħlas, il - linji gwida japplikaw mill - 1 ta’ Mejju 2019.

9. Irrispettivament minn jekk awtorità skont l - Artikolu 4(2) tar - Regolament EBA hijiex …

Irrispettivament minn jekk awtorità skont l - Artikolu 4(2) tar - Regolament EBA hijiex indirizzata jew le skont il - paragrafi 2 u 3, fejn Stat Membru jkun innomina aktar minn awtorità waħda skont l - Artikolu 5 tad- Direttiva 2014/17/UE u waħda minnhom mhijiex awtorità skont l - Artikolu 4(2) tar - Regolament EBA, l- awtorità skont l - Artikolu 4(2) tar -Regolament tal- EBA nominata skont l - Artikolu 5 tad - Direttiva 2014/ 17/UE għandha, mingħajr preġudizzju għall - arranġamenti nazzjonali adottati skont l - Artikolu 5(3) tad- Direttiva 2014/17/UE:

  • a) tinforma mingħajr dewmien lill -awtorità nominata l- oħra dwar dawn il - linji gwida u d - data ta’ applikazzjoni tagħhom;
  • b) titlob bil - miktub lil dik l - awtorità sabiex tikkunsidra tapplika l -linji gwida;
  • c) titlob bil - miktub lil dik l - awtorità sabiex tinforma lill - EBA jew lill - awtorità skont l - Artikolu 4(2) tar - Regolament EBA fi żmien xahrejn min - notifika skont is - subparagrafu (a) jekk tkunx qed tapplika jew jekk għandhiex l - intenzjoni li tapplika dawn il - linji gwida; u
  • d) fejn applikabbli, tibgħat mingħajr dewmien lill - EBA l - informazzjoni li tkun irċeviet skont is - subparagrafu (c).
10. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it - termini uż ati fil- leġislazzjoni settorjali li ġejja …

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it - termini uż ati fil- leġislazzjoni settorjali li ġejja għandhom l - istess tifsira f’dawn il - linji gwida:

  • a. id- Direttiva dwar is - Swieq fl - Istrumenti Finanzjarji (MiFID);
  • b. id- Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFMD);
  • c. l- Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (id - Direttiva tal - UCITS);
  • d. id- Direttiva dwar ir - Rekwiżiti ta’ Kapital (CRD) u r -Regolament dwar ir- Rekwiżiti ta’ Kapital (CRR);
  • e. id- Direttiva dwar is - Servizzi ta’ Ħlas (PSD);
  • f. id- Direttiva dwar il - Flus Elettroniċi (EMD); u
  • g. id- Direttiva dwar il - Kreditu Ipotekarju (MCD).
11. Għall - għanijiet ta’ dawn il - linji gwida biss, ġew żviluppati d - definizzjonijiet …

Għall - għanijiet ta’ dawn il - linji gwida biss, ġew żviluppati d - definizzjonijiet indikattivi stabbiliti fit - tabella ta’ hawn taħt, li ma jissostitwixxux id - definizzjonijiet ekwivalenti fil - liġi nazzjonali.

Il - parteċipanti fis - suq finanzjarju li ġejjin, jekk ikunu qegħdin iwettqu (i) servizzi ta’ investiment elenkati fit - Taqsima A tal - Anness I tal - MiFID u servizzi anċillari elenkati fit - Taqsima B tiegħu, jew (ii) servizz bankarju elenkat fl - Anness I tas - CRD, jew (iii) is - servizz ta’ maniġment ta' portafoll kollettiv ta’ UCITS, jew (iv) servizz ta' ħlas kif definit fl - Artikolu 4(3) tal - PSD, jew (v) ħruġ ta’ flus elettroniċi kif definit fl - Artikolu 2(2) tal - EMD, jew (vi) provvediment ta’ kuntratt ta’ kreditu kif definit fl - Artikolu 4(3) tal - MCD jew attivitajiet tal -intermedjazzjoni tal- kreditu kif definit fl - Artikolu 4(5) tal - MCD: ditta/ditti2

•Ditti ta’ investiment (kif definit fl - Artikolu 4(1)(1) tal- MiFID);
•kumpaniji tal - maniġment (kif definit fl - Artikolu 2(1)(b) tad - Direttiva UCITS) u kumpaniji ta’ investiment li ma jkunux ħatru kumpanija tal - maniġment (kif imsemmi fl - Artikolu 30 tad - Direttiva UCITS);
•AIFMs esterni (kif definit fl - Artikolu 5(1)(a) tal - AIFMD) meta jipprovdu servizzi skont l - Artikolu 6(4) tal- AI FMD).
•istituzzjonijiet ta’ kreditu (kif definit fl - Artikolu 4(1) tas -CRR);
•istituzzjonijiet tal - ħlas (kif definiti fl - Artikolu 4(4) tal- PSD), inkluż, skont l - Artikolu 33 tal - PSD, fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet eżenti li jipprovdu biss is - servizz ta’ ħlas kif imsemmi fil - punt (8) tal - Anness I tal-PSD;
•istituzzjonijiet tal - flus elettroniċi (kif definit fl - Artikolu 2(1) tal- EMD); u
•intermedjarji tal- kreditu u kredituri li mhumiex istituzzjoni tal - kreditu (kif definiti fl- Artikolu 4 (5) u (10) tal - MCD rispettivament).

Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon indirizzata lil ditta minn persuna fiżika jew ġuridika relatata mal - għoti ta’ (i) servizz ta’ investiment skont il - MiFID, id - Direttiva tal- UCITS jew l - AIFMD; jew (ii) servizz bankarju elenkat fl - Anness I tas - CRD, jew (iii) servizz ta’ maniġment ta’ portafoll kollettiv skont id - Direttiva UCITS, jew (iv) ilment servizz ta' ħlas kif definit fl - Artikolu 4(3) tal - PSD, jew (v) ħruġ ta’ flus elettroniċi kif definit fl- Artikolu 2(2) t al- EMD, jew (vi) kuntratt ta’ kreditu kif definit fl - Artikolu 4(3) tal- MCD; jew (vii) attivitajiet tal -intermedjazzjoni tal- kreditu kif definit fl - Artikolu 4(5) tal -MCD.

Persuna fiżika jew ġuridika preżunta li hija eliġibbli li jkollha ilment ikkunsidrat ilmentatur minn ditta u li diġà ressqet ilment.


2 Jekk jidħlu fis - seħħ Direttivi addizzjonali tal - UE li jintroduċu attivitajiet finanzjarji ġodda u/jew istituzzjonijiet finanzjarji fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ ASE, din l - ASE se tikkonsulta dwar kwalunkwe estensjoni tal- applikabilità tal - linji gwida għal dawn id - ditti u attivitajiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/