+Artikolu 230 1.
|
Artikolu 230 1.
Skont l-Approċċ IRB, ħlief għal dawk l-iskoperturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 220, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-LGD effettiv (LGD*) bħala l-LGD għall-finijiet tal-Kapitolu 3 biex jirrikonoxxu l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli skont dan il-Kapitolu. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-LGD * kif ġej:
fejn:
|
E
|
= il-valur tal-iskopertura qabel ma jitqies l-effett tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata; għal skopertura garantita minn kollateral finanzjarju eliġibbli f'konformità ma' dan il-Kapitolu, dak l-ammont għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 223(3); fil-każ ta' titoli mogħtija b'self jew imdaħħla, dak l-ammont għandu jkun ugwali għall-flus kontanti mogħtija b'self jew għat-titoli mogħtija b'self jew imdaħħla; għal titoli mogħtija b'self jew imdaħħla, il-valur tal-iskopertura għandu jiżdied billi jiġi applikat l-aġġustament għall-volatilità (HE) f'konformità mal-Artikoli 223 sa 227;
|
|
ES
|
= il-valur attwali tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata riċevuta wara l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità applikabbli għal dak it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata (HC) u l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità għad-diskrepanzi fil-munita (Hfx) bejn l-iskopertura u l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3; ES għandha tiġi limitata bil-valur li ġej: E·(1+HE);
|
|
LGDU
|
= l-LGD applikabbli għal skopertura mhux garantita kif stabbilit fl-Artikolu 161(1);
|
|
LGDS
|
= l-LGD applikabbli għall-iskoperturi garantiti mit-tip ta' FCP eliġibbli użat fit-tranżazzjoni, kif speċifikat fil-paragrafu 2, Tabella 1.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|