+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' Rizorsi Marini Ħajjin tal-Baħar Antartiku, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”, ġiet approvata permezz ta' Deċiżjoni 81/691/KEE ( 3 ) u daħlet fis-seħħ rigward il-Komunità fil-21 ta' Mejju 1982.

(2)

Il-Konvenzjoni tipprovdi qafas għal koperazzjoni reġjonali dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' fawna u flora tal-baħar Antartiku permezz ta' l-istabbiliment ta' Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku, hawnhekk iktar ‘il quddiem imsejħa “CCAMLR”, u l-adozzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni li jsiru vinkolanti bejn il-Partijiet Kontraenti.

(3)

Fit-tmintax-il Laqgħa Annwali f'Novembru ta' l-1999, il-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) adottat il-miżura ta' konservazzjoni 170/XVIII li tistabbilixxi skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp.

(4)

L-introduzzjoni ta' skema ta' dokumentazzjoni ta' qbid ta' Dissostichus spp. hija intiża li ttejjeb il-kontroll ta' kummerċ internazzjonali ta' l-ispeċi u biex tiddentifika l-oriġini ta' kull Dissostichus spp. li jkunu importati minn jew esportati lejn it-territorji tal-partijiet kontraenti tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR).

(5)

Id-dokument ta' qbid għandu wkoll jagħmilha possibli li wieħed jistabbilixxi jekk id-Dissostichus spp. kienx maħsud fiż-żona tal-Konvenzjoni b'mod konsistenti mal-miżuri ta' konservazzjoni tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) u biex tinġabar data ta' qbid sabiex tiffaċilita l-evalwazzjoni xjentifika ta' ħażniet.

(6)

Il-miżura ta' konservazzjoni 170/XVIII saret vinkolanti mal-Partijiet Kontraenti kollha fid-9 ta' Mejju 2000. Għaldaqstant il-Komunità għandha timplimentaha.

(7)

Sabiex il-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) tilħaq l-għan ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi, l-obbligazzjoni ta' preżentazzjoni ta' dokument ta' qbid għandha tiġi fis-seħħ fir-rigward ta' l-importazzjoni kollha tad-Dissostichus spp.

(8)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' l-implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummisjoni ( 4 ),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit