2. Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju ta’ entità ġuridika jew ta’ arranġament ġuridiku, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiġbru l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 62(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)
Fejn, wara li jkunu ġew eżawriti l-mezzi kollha possibbli ta’ identifikazzjoni, l-ebda persuna fiżika ma tiġi identifikata bħala s-sid benefiċjarju, jew fejn ikun hemm dubji li l-persuni identifikati huma s-sidien benefiċjarji, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekord li l-ebda sid benefiċjarju ma ġie identifikat u jidentifikaw il-persuni kollha fiżiċi li jkollhom il-pożizzjonijiet ta’ uffiċjali maniġerjali superjuri fl-entità korporattiva jew f’entità ġuridika oħra u għandhom jivverifikaw l-identità tagħhom.
Meta t-twettiq tal-verifika tal-identità msemmija fit-tieni subparagrafu jista’ jallerta lill-klijent li l-entità marbuta b’obbligu jkollha dubji dwar is-sjieda benefiċjarja tal- tal-entità ġuridika, l-entità marbuta b’obbligu għandha tastjeni milli tivverifika l-identità tal-uffiċjali maniġerjali superjuri, u minflok għandha tirreġistra l-passi meħuda biex tiġi aċċertata l-identità tas-sidien benefiċjarji u tal-uffiċjali maniġerjali superjuri. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħuda kif ukoll tad-diffikultajiet misjuba matul il-proċess ta’ identifikazzjoni, li wasslu għar-rikors għall-identifikazzjoni ta’ uffiċjal maniġerjali superjuri.