4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, meta tiġi pprovduta informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’konformità mal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, entitajiet ġuridiċi għandhom jipprovdu dawn li ġejjin:
|
(a)
|
dikjarazzjoni li ma hemm l-ebda sid benefiċjarju jew li s-sidien benefiċjarju/i ma setgħux jiġu determinati, akkumpanjata minn ġustifikazzjoni dwar għaliex ma kienx possibbli li jiġi determinat is-sid benefiċjarju f’konformità mal-Artikoli 51 sa 57 ta’ dan ir-Regolament u x’jikkostitwixxi inċertezza dwar l-informazzjoni aċċertata;
|
|
(b)
|
id-dettalji dwar il-persuni fiżiċi kollha li għandhom il-kariga ta’ uffiċjali maniġerjali superjuri fl-entità ġuridika ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 62(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) ta’ dan ir-Regolament.
|
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, “uffiċjali tal-maniġment superjuri” tfisser il-persuni fiżiċi li huma l-membri eżekuttivi tal-korp maniġerjali, kif ukoll il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi fi ħdan entità ġuridika u li huma responsabbli, u jagħtu rendikont lill-korp maniġerjali, għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-entità.