+REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/302 tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard biex entitajiet finanzjarji jirrapportaw inċident kbir relatat mal-ICT u jinnotifikaw theddida ċibernetika sinifikanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Mudell għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 1 3
------+Artikolu 1 4
------+Artikolu 1 5
---+Artikolu 2 Preżentazzjoni konġunta ta’ notifika inizjali, rapport intermedju u dak finali
---+Artikolu 3 Inċidenti rikorrenti relatati mal-ICT
---+Artikolu 4 Użu ta’ kanali elettroniċi siguri
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
---+Artikolu 5 Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT
---+Artikolu 6 Notifika ta’ esternalizzazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
---+Artikolu 7 Rapportar aggregat
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
---+Artikolu 8 Notifika ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
---+Artikolu 9 Dħul fis-seħħ
English - European Union - Financial Industry -

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/302 tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard biex entitajiet finanzjarji jirrapportaw inċident kbir relatat mal-ICT u jinnotifikaw theddida ċibernetika sinifikanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/302

tat-23 ta’ Ottubru 2024

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard biex entitajiet finanzjarji jirrapportaw inċident kbir relatat mal-ICT u jinnotifikaw theddida ċibernetika sinifikanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20, ir-raba’ paragrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Biex jiġi żgurat li entitajiet finanzjarji jirrapportaw inċidenti kbar lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’mod konsistenti u jiġi żgurat li jipprovdu data ta’ kwalità tajba lil dawk l-awtoritajiet, jenħtieġ li jiġi speċifikat liema kampijiet tad-data l-entitajiet finanzjarji jeħtieġ jipprovdu fid-diversi stadji tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554. Huwa importanti li dik l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod li jippermetti ħarsa ġenerali unika tal-inċident. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mudell uniku ta’ rapportar għal dawk l-għanijiet.

(2)

L-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jimlew dawk il-kampijiet tad-data tal-mudell ta’ rapportar li jikkorrispondu għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni tan-notifika jew tar-rapport rispettiv. Madankollu, l-entitajiet finanzjarji li diġà jkollhom informazzjoni u li għandhom jipprovdiha fi stadju aktar tard ta’ rapportar, jiġifieri fir-rapport intermedju jew finali, jenħtieġ li jitħallew jantiċipaw il-preżentazzjoni tad-data.

(3)

Peress li inċidenti multipli jew rikorrenti jistgħu jikkostitwixxu inċident kbir kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1772 (2), jenħtieġ li d-disinn tal-mudell ta’ rapportar u tal-kampijiet tad-data jippermetti lil entitajiet finanzjarji jirrapportaw tali inċidenti rikorrenti.

(4)

Biex tiġi żgurata informazzjoni preċiża u aġġornata, jenħtieġ li l-mudell ta’ rapportar jippermetti lill-entitajiet finanzjarji, meta jippreżentaw ir-rapport intermedju u dak finali, li jaġġornaw kwalunkwe informazzjoni li ġiet ippreżentata qabel, u meta meħtieġ, jikklassifikaw mill-ġdid inċidenti kbar bħala mhux kbar.

(5)

L-identifikazzjoni legali tal-entitajiet jenħtieġ li tiġi allinjata mal-identifikaturi speċifikati fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554.

(6)

Meta entitajiet finanzjarji jesternalizzaw l-obbligi ta’ rapportar ta’ inċident kbir relatat mal-ICT lil parti terza, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu konxji mill-identità tal-parti terza li tirrapporta f’isem l-entità finanzjarja qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel notifika jew rapportar, sabiex jivverifikaw il-leġittimità tal-parti terza ta’ rapportar.

(7)

Biex jiġi identifikat b’mod faċli l-impatt ta’ inċident li seħħ f’fornitur terz jew li kien ikkawżat minnu, u li jaffettwa diversi entitajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed, u biex jitnaqqas l-isforz ta’ rapportar għal entitajiet finanzjarji, jenħtieġ li l-mudell ta’ rapportar jippermetti l-preżentazzjoni ta’ rapport aggregat li jkopri informazzjoni aggregata dwar l-impatt tal-inċident fuq l-entitajiet finanzjarji impattati kollha li jkunu kklassifikaw l-inċident bħala kbir.

(8)

Il-mudell ta’ rapportar jenħtieġ li jiġi ddisinjat b’mod newtrali fir-rigward tat-teknoloġija biex jippermetti l-implimentazzjoni tiegħu f’diversi soluzzjonijiet ta’ rapportar ta’ inċidenti li diġà jeżistu jew li jistgħu jiġu żviluppati għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2022/2554.

(9)

Id-disinn tal-mudell ta’ rapportar u tal-kampijiet tad-data jenħtieġ li jiffaċilita r-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT minn partijiet terzi li lilhom l-entitajiet finanzjarji jkunu esternalizzaw l-obbligu ta’ rapportar tagħhom f’konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

(11)

L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbu l-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 (3), (UE) Nru 1094/2010 (4), u (UE) Nru 1095/2010 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(12)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta opinjoni pożittiva fit-22 ta’ Lulju 2024. Kwalunkwe proċessar ta’ data personali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mal-prinċipji u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

Artikolu 1 Mudell għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT -
Artikolu 2 Preżentazzjoni konġunta ta’ notifika inizjali, rapport intermedju u dak finali

Artikolu 2

Preżentazzjoni konġunta ta’ notifika inizjali, rapport intermedju u dak finali

L-entitajiet finanzjarji jistgħu jikkombinaw il-preżentazzjoni tan-notifika inizjali, ir-rapport intermedju, u r-rapport finali biex jipprovdu tnejn minnhom jew kollha kemm huma fl-istess ħin, meta jkunu rkupraw l-attivitajiet regolari jew tkun tlestiet l-analiżi tal-kawża ewlenija u dment li jiġu ssodisfati l-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/301.

Artikolu 3 Inċidenti rikorrenti relatati mal-ICT

Artikolu 3

Inċidenti rikorrenti relatati mal-ICT

L-entitajiet finanzjarji li jipprovdu l-informazzjoni dwar inċidenti rikorrenti mhux kbar relatati mal-ICT li kumulattivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal inċident kbir wieħed relatat mal-ICT kif stabbilit fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1772, għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni f’forma aggregata.

Artikolu 4 Użu ta’ kanali elettroniċi siguri -
Artikolu 5 Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT

Artikolu 5

Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT

Meta, wara valutazzjoni ulterjuri, l-entità finanzjarja tikkonkludi li l-inċident relatat mal-ICT irrapportat qabel bħala kbir fl-ebda ħin ma jkun issodisfa l-kriterji ta’ klassifikazzjoni u l-livelli limiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1772, l-entità finanzjarja għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li hija tkun ikklassifikat mill-ġdid l-inċident relatat mal-ICT minn kbir għal mhux kbir billi tipprovdi l-informazzjoni dwar dik il-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-oqsma “tip ta’ rapport” u “informazzjoni oħra”.

Artikolu 6 Notifika ta’ esternalizzazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar -
Artikolu 7 Rapportar aggregat -
Artikolu 8 Notifika ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti -
Artikolu 9 Dħul fis-seħħ

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1772 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT u theddid ċibernetiku, li jistabbilixxi livelli limitu ta’ materjalità u li jispeċifika d-dettalji tar-rapporti ta’ inċidenti kbar (ĠU L, 2024/1772, 25.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1772/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1094/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/301 tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut u l-limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, u r-rapport intermedju u dak finali dwarhom, u l-kontenut tan-notifika volontarja għal theddid ċibernetiku sinifikanti (ĠU L, 2025/301, 20.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/301/oj).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/468/oj).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta