+Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament
---+Preamble: 1
---+CHAPTER I OBJECTIVES, SCOPE AND DEFINITIONS
------+Artikolu 1 Għanijiet
------+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
---------+Artikolu 2 1
---------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
---------+Artikolu 3 3
---------+Artikolu 3 4
---------+Artikolu 3 5
---------+Artikolu 3 6
---------+Artikolu 3 7
---------+Artikolu 3 8
---------+Artikolu 3 9
---------+Artikolu 3 10
---------+Artikolu 3 11
---------+Artikolu 3 12
---------+Artikolu 3 13
---------+Artikolu 3 14
---------+Artikolu 3 15
---------+Artikolu 3 16
---------+Artikolu 3 17
---------+Artikolu 3 18
---------+Artikolu 3 19
---------+Artikolu 3 20
---------+Artikolu 3 21
---+CHAPTER II EXPORTS OF GMOs TO THIRD COUNTRIES Section 1 GMOs intended for deliberate release into the environment
------+Artikolu 4 Notifika lill-Partijiet u lil Pajjiżi li mhumiex Partijiet ta' l-importazzjoni
------+Artikolu 5 Każijiet ta' nuqqas ta' deċiżjoni
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
---------+Artikolu 5 4
---------+Artikolu 5 5
------+Artikolu 6 Informazzjoni lill-Parti ta' l-esportazzjoni
------+Artikolu 7 Reviżjoni ta' deċiżjonijiet
---------+Artikolu 7 1
---------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 8 Eċċezzjonijiet għat-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu
---------+Artikolu 8 1
---------+Artikolu 8 2
---------+Artikolu 8 3
---+Section 2 GMOs intended for direct use as food or feed, or for processing
------+Artikolu 9 Informazzjoni lill-BCH
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
---------+Artikolu 9 4
------+Artikolu 10 Deċiżjonijiet nazzjonali tal-Partijiet u tal-Pajjiż li mhumiex Partijiet dwar l-importazzjoni
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
---+Section 3 GMOs intended for contained use
------+Artikolu 11
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
---+Section 4 Common provisions
------+Artikolu 12 Identifikazzjoni u dokumentazzjoni akkumpanjanti
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
---------+Artikolu 12 3
---------+Artikolu 12 4
---------+Artikolu 12 5
------+Artikolu 13 Transitu
---+CHAPTER III UNINTENTIONAL TRANSBOUNDARY MOVEMENT OF GMOs
------+Artikolu 14
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
---------+Artikolu 14 3
---+CHAPTER IV COMMON PROVISIONS
------+Artikolu 15 Parteċipazzjoni fil-proċedura internazzjonali għall-informazzjoni
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
------+Artikolu 16 Kunfidenzalità
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---------+Artikolu 16 3
---------+Artikolu 16 4
------+Artikolu 17 Awtoritajiet kompetenti u punti fokali
---------+Artikolu 17 1
---------+Artikolu 17 2
---------+Artikolu 17 3
------+Artikolu 18 Penali
------+Artikolu 19 Sorveljanza u rapportar
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
------+Artikolu 20 Dħul fis-seħħ
---------+Artikolu 20 1
---------+Artikolu 20 2
---+ANNESS I INFORMAZZONI MEĦTIEĠA F'NOTIFIKI TAĦT L-ARTIKOLU 4
---+ANNESS II INFORMAZZONI MEĦTIEĠA SKOND L-ARTIKOLU 9
---+ANNESS III INFORMAZZONI MEĦTIEĠA SKOND L-ARTIKOLU 14
English - European Union - Environment -

Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament

Magħmul fi Brussel, 15 Lulju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

F'isem il-Kunsill

Il-President

G. Tremonti

[1] ĠU C 151 E, tal-25.06.2002, pġ. 121.

[2] ĠU C 241, tas-07.10.2002, pġ. 62.

[3] ĠU C 278, ta' l-14.11.2002, pġ. 31.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Settembru 2002 (għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-4 ta' Marzu 2003 (ĠU C 107 E, tas-6.5.2003, pġ. 1), Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Ġunju 2003 (għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003.

[5] ĠU L 201, tal-31.07.2002, pġ. 48.

[6] ĠU L 106, tas-17.04.2001, pġ. 1.

[7] ĠU L 319, tat-12.12.1994, pġ. 7. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/28/KE (ĠU L 90, tat-8.4.2003, pġ. 45).

[8] ĠU L 235, tas-17.9.1996, pġ. 25. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/29/KE (ĠU L 90, tat-8.4.2003, pġ. 47).

[9] Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE tat-23 ta' April 1990 dwar l-użu kkontrollat ta' organiżmi ġenetikament immodifikati (ĠU C 117, tat-8.5.1990, pġ. 1). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2ĠUDirettiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/204/EC (ĠU L 73, tal-15.3.2001, pġ. 32).

[10] Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li tistabbilixxi l-l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, tistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-ikel u tistabbilixxi proċeduri f'kwistjonijiet tas-sigurtà ta' l-ikel (ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, pġ. 1).

--------------------------------------------------

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-15 ta' Lulju 2003

dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Il-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-biosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ il-Protokoll), ġie ffirmat mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fl-2000 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/628/KE [5] biex jiġi konkjuż il-Protokoll, da parti tal-Komunità, ittieħdet fil-25 ta' Ġunju 2002.

(2) L-Artikolu 1 tal-Protokoll jispeċifika li, skond l-approċċ kawtelatorju li jinsabu fil-Prinċipju 15 tad-Dikjarazzjoni ta' Rio dwar l-Ambjent u l-iżvilupp, l-għan tal-Protokoll huwa li jikkontribwixxi għall-aċċertar ta' livell ta' ħarsien xieraq fil-kamp ta' trasferiment, amministrazzjoni u użu sikuri ta' organiżmi ġenetikament modifikati (GMO) li jirriżultaw mill-bioteknoloġija moderna li jista' jkollhom effetti avversi fil-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, filwaqt li jittieħed kont ukoll tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem b'enfasi speċifika fuq movimenti transkonfinali.

(3) Il-Protokoll jirrikjedi li kull Parti tieħu l-passi neċessarji u xierqa legali, amministrativi u oħrajn sabiex timplimenta l-obbligi tagħha skond il-Protokoll. Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx deliberat fl-ambjent ta' organiżmi ġenetikament modifikati (GMO) [6] stiednet lill-Kummissjoni biex jagħmlu proposta leġislattiva għall-implimentazzjoni tal-proċeduri stabbiliti fil-Protokoll u, skond il-Protokoll, irrikjediet lill-esportaturi tal-Komunità biex jaċċertaw li r-rekwiżiti kollha tal-Proċedura tal-Ftehim Avvanz Informat, kif stabbilit fl-Artikoli 7 sa 10, 12 u14 tal-Protokoll, huma osservati.

(4) Huwa importanti li jiġu organizzati s-sorveljanza u l-kontroll tal-movimenti transkonfinali tal-GMO, sabiex ikun hemm kontribut għall-aċċertament tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, filwaqt li jittieħed kont ukoll tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, u sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu għażla ħielsa u nfurmata rigward il-GMO.

(5) Ladarba l-leġislazzjoni tal-Komunità ma fihiex rekwiżiti speċifiċi għall-esporti tal-GMO lejn pajjiżi terzi, u sabiex tiġi aċċertata l-konformità ma' l-obbligi fil-Protokoll rigward movimenti transkonfinali tal-GMO, għandu jiġi stabbilit qafas legal komuni għal dawn l-esporti.

(6) Huwa meħtieġ li tingħaraf il-ħtieġa tar-rispett għal-qafas regolatorju tal-Parti jew Pajjiż li mhux Parti dwar il-biosigurtà b'mod konsistenti mal-Protokoll.

(7) Is-sustanzi farmaċewtiċi għall-umani li huma indirizzati b'patti oħrajn internazzjonali, li hija parti għalihom il-Komunità jew l-Istat Membru rilevanti, jew organizzazzjonijiet, li tagħhom il-Komunità jew l-Istat Membru rilevanti huma membri, għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta' dan ir-Regolament.

(8) L-esportazzjonijiet ta' GMO maħsuba għar-rilaxx deliberat fl-ambjent għandhom jiġu nnotifikati lill-Parti jew Pajjiż li mhuwiex Parti ta' l-importazzjoni, u dan jingħata permess li jagħmel għażla informata, a bażi ta' stima tar-riskji li ssir b'mod xjentifikament tajjeb.

(9) In-notifika għandha tiġi aċċertata mill-esportatur. L-esportatur għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni ta' l-informazzjoni provduta fin-notifika.

(10) L-esportaturi għandhom jistennew li jkun ingħata l-kunsens espress bil-miktub tal-Parti jew tal-Pajjiż li mhuwiex Parti ta' l-importazzjoni qabel ma jipproċedu bl-ewwel moviment transkonfini ta' GMO maħsub għar-rilaxx deliberat fl-ambjent.

(11) Filwaqt li jgħarfu li xi pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, u xi pajjiżi bl-ekonomiji għadhom fl-istadju tat-transizzjoni, jistgħu ma jkollhomx il-kapaċitajiet li jistgħu jippermettuhom jieħdu tali deċiżjonijiet infurmati, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi sostnuti biex ikunu jistgħu jiżviluppaw u jsaħħu r-riżorsi umani u l-kapaċitajiet istituzzjonali.

(12) Skond il-Protokoll, il-Komunità jew kull Parti oħra jistgħu jieħdu miżuri aktar protettivi tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika minn dawk mitluba fil-Protokoll, sa fejn tali azzjoni hija konsistenti ma' l-għanijiet u mad-disposizzjonijiet tal-Protokoll u skond l-obbligi l-oħrajn ta' dik il-Parti skond il-liġi internazzjonali.

(13) Skond il-Protokoll, il-Komunità tista' tapplika l-leġislazzjoni domestika rigward il-movimenti tal-GMO fit-territorju proprju tad-dwana.

(14) Minħabba li l-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità, u b'mod partikolari d-Direttiva 2001/18/KE u l-leġislazzjoni settorali li tipprovdi għal stima tar-riskji speċifika li għandha ssir skond il-prinċipji stabbiliti f'dik id-Direttiva, diġà fihom regoli li huma skond l-għanijiet tal-Protokoll, ma hemmx ħtieġa li jiġu addottati disposizzjonijet supplimentari rigward importazzjonijiet ta' GMO fil-Komunità.

(15) Huwa meħtieġ li jiġu aċċertati t-trasport, l-amministrazzjoni u l-imballaġġ sikuri tal-GMO. Legislazzjoni ezistenti tal-Komunita partikolarment Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 fuq l-approssimizzazzjoni tal-ligijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport ta' oggetti perikoluzi bit-triq [7] u Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-13 ta' Lulju 1996 fuq l-approssimizzazzjoni tal-ligijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport ta' oggetti perikoluzi bil-ferrovija-triq [8], digà fihom regoli approprjati, m'hemmx il-bzonn li jigu adottati artikoli supplimentari ghal dan ir-rigward.

(16) Huwa meħtieġ li tiġi aċċertata l-identifikazzjoni tal-GMOs li qed jiġu esportati minn jew importati fil-Komunità. Rigward traċċabilità, tikkettjar u identifikazzjoni ta' l-importazzjonijiet lejn il-Komunità, dawn il-GMO huma soġġetti għal regoli fil-leġislazzjoni tal-Komunità. Rigward l-esportazzjonijiet, għandhom jgħoddu regoli simili.

(17) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġaw il-proċess rigward l-elaborazzjoni xierqa ta' regoli u proċeduri internazzjonali fil-kamp ta' responsabbiltà u rimedji għal danni li jirriżultaw mill-movimenti transkonfinali tal-GMO, li għandhom jiġu miftiehma, kif previst fl-Artikolu 27 tal-Protokoll, fl-ewwel laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll.

(18) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw l-iżvilupp ulterjuri u l-applikazzjoni ta' forom komuni għad-dokumentazzjoni akkumpanjanti dwar l-identifikazzjoni tal-GMO, li jintrabtu għaliha skond l-Artikolu 18 tal-Protokoll.

(19) Sabiex ikun hemm risposta effiċjenti għal movimenti transkonfinali mhux intenzjonati tal-GMO li x'aktarx ikollhom effett sinifikanti avvers fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, filwaqt li jitqiesu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, Stat Membru għandu, malli jsir konxju minn ġrajja fil-ġurisdizzjoni tiegħu li tirriżulta f'rilaxx li jista' jwassal għal ċaqliq transkonfini mhux intenzjonat tal-GMO li x'aktarx ikollu effetti bħal dawn, jieħu l-passi xierqa biex jinforma l-pubbliku u jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħrajn kollha, Stati affettwati jew potenzalment affettwati, il-Biosafety Clearing-House (BCH) u, meta xieraq, organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti. Ukoll, dak l-Istat Membru għandu jikkonsulta mingħajr dewmien lil Stati affettwati jew potenzalment affettwati biex ikunu jistgħu jistabbilixxu risposti xierqa u jinizzjaw l-azzjoni meħtieġa.

(20) Sabiex jiġi mgħejun l-iżvilupp tal-BCH, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jaċċertaw illi l-informazzjoni rilevanti tiġi kkomunikata lill-BCH, u li jitwettqu s-sorveljanza u r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll fil-Komunità.

(21) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali li japplikaw għall-infrazzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jaċċertaw illi jiġu implementati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u deterrenti.

(22) Il-prinċipju kawtelatorju għandu jiġi kkunsidrat meta jiġi applikat dan ir-Regolament.

(23) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji magħrufa b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I GĦANIJIET, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

CHAPTER I OBJECTIVES, SCOPE AND DEFINITIONS

CHAPTER I OBJECTIVES, SCOPE AND DEFINITIONS

CHAPTER II EXPORTS OF GMOs TO THIRD COUNTRIES Section 1 GMOs intended for deliberate release into the environment

CHAPTER II EXPORTS OF GMOs TO THIRD COUNTRIES

Section 1 GMOs intended for deliberate release into the environment

Section 2 GMOs intended for direct use as food or feed, or for processing

Section 2 GMOs intended for direct use as food or feed, or for processing

Section 3 GMOs intended for contained use

Section 3 GMOs intended for contained use

Section 4 Common provisions

Section 4 Common provisions

CHAPTER III UNINTENTIONAL TRANSBOUNDARY MOVEMENT OF GMOs

CHAPTER III UNINTENTIONAL TRANSBOUNDARY MOVEMENT OF GMOs

CHAPTER IV COMMON PROVISIONS

CHAPTER IV COMMON PROVISIONS

ANNESS I INFORMAZZONI MEĦTIEĠA F'NOTIFIKI TAĦT L-ARTIKOLU 4

ANNESS I

INFORMAZZONI MEĦTIEĠA F'NOTIFIKI TAĦT L-ARTIKOLU 4

(a) Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt ta' l-esportatur.

(b) Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt ta' l-importatur.

(ċ) Isem u identità tal-GMO, kif ukoll klasisifika domestika, jekk hemm, u l-livell ta' biosigurtà tal-GMO fl-Istat ta' l-esport.

(d) Data jew dati maħsuba għall-moviment transkonfini, jekk magħrufa.

(e) Stat tassonomiku, isem komuni, punt ta' ġbir jew akkwist, u karatteristiċi ta' l-organiżmu reċipjent jew organiżmi ġenituri relatati mal-biosigurtà.

(f) Ċentri ta' l-oriġini u ċentri ta' diversità ġenetika, jekk magħrufa, ta' l-organiżmu reċipjent u/jew l-organiżmi ġenituri u deskrizzjoni tal-ħabitati fejn l-orgainżmi jistgħu jippersistu jew jipproliferaw.

(g) Stat tassonomiku, isem komuni, punt ta' ġbir jew akkwist, u karatteristiċi ta' l-organiżmu donatur jew organiżmi relatati mal-biosigurtà.

(h) Deskrizzjoni ta' l-aċidu nuklejku jew il-modifika introdotti, il-metodi ta' teknika użati u l-karatteristiċi riżultanti tal-GMO.

(i) Użu maħsub tal-GMO jew tal-prodotti tiegħu, ċjoe' materjali pproċessati li joriġinaw minn GMO, li jkun jinsab fihom kombinazzjonijiet ġodda li jistgħu jiġu skoperti ta' materjal ġenetiku li jista' jiġi rduppjat u miksub permezz tal-metodi ta' teknika elenkati fl-Anness I A, Parti 1 tad-Direttiva 2001/18/KE.

(j) Kwantità jew volum tal-GMO li ser jiġi ttrasferit.

(k) Rapport ta' stima tar-riskji anteċedenti u eżistenti li huwa konsistenti ma' l-Anness tad-Direttiva 2001/18/KE.

(l) Metodi ssuġġeriti għall-amministrazzjoni, ħażna, transport u użu sikuri, inklużi l-imballaġġ, tikkettjar, dokumentazzjoni, rimi u proċeduri ta' kontinġenza, fejn xieraq.

(m) Stat regolatorju tal-GMO fl-Istat ta' l-esport (per eżempju, jekk huwiex projbit fl-Istat ta' l-esport, jekk hemmx restrizzjonijiet oħrajn, jew jekk ġiex approvat għar-rilaxx ġenerali) u, jekk il-GMLO huwa pprojbit fl-Istat ta' l-esport, ir-raġuni jew raġunijiet għall-projbizzjoni.

(n) Riżultat u skop ta' kull notifika mill-esportatur lil Stati oħrajn rigward il-GMO li ser jiġi ttrasferit.

(o) Dikjarazzjoni li l-informazzjoni t' hawn fuq hija fattwalment korretta.

--------------------------------------------------

ANNESS II INFORMAZZONI MEĦTIEĠA SKOND L-ARTIKOLU 9

ANNESS II

INFORMAZZONI MEĦTIEĠA SKOND L-ARTIKOLU 9

(a) L-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta' l-applikant għal deċiżjoni għall-użu domestiku.

(b) L-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta' l-awtorità responsabbli għad-deċiżjonijiet.

(ċ) Isem u identità tal-GMO.

(d) Deskrizzjoni tal-modifika tal-ġeni, it-teknika użata u l-karatteristiċi riżultanti tal-GMO.

(e) Identifikazzjoni unika tal-GMO.

(f) Stat tassonomiku, isem komuni, punt ta' ġbir jew akkwist, u karatteristiċi ta' l-organiżmu reċipjent jew organiżmi ġenituri relatati mal-biosigurtà.

(g) Ċentri ta' l-oriġini u ċentri ta' diversità ġenetika, jekk magħrufa, ta' l-organiżmu reċipjent u/jew l-organiżmi ġenituri u deskrizzjoni tal-ħabitati fejn l-organiżmi jistgħu jippersistu jew jipproliferaw.

(h) Stat tassonomiku, isem komuni, punt ta' ġbir jew akkwist, u karatteristiċi ta' l-organiżmu donatur jew organiżmi relatati mal-biosigurtà.

(i) Użi approvati tal-GMO.

(j) Stima tar-riskji kosistenti ma' l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE.

(k) Metodi ssuġġeriti għall-amministrazzjoni, ħażna, transport u użu sikuri, inklużi l-imballaġġ, tikkettjar, dokumentazzjoni, rimi u proċeduri ta' kontinġenza, fejn xieraq.

--------------------------------------------------

ANNESS III INFORMAZZONI MEĦTIEĠA SKOND L-ARTIKOLU 14

ANNESS III

INFORMAZZONI MEĦTIEĠA SKOND L-ARTIKOLU 14

(a) Kwalunkwe informazzjoni disponibbli rilevanti dwar il-kwantitajiet stmati u karatteristiċi u/jew fattizzi rilevanti tal-GMO.

(b) Informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi u d-data stmata tar-rilaxx, u dwar l-użu tal-GMO fil-Parti ta' l-oriġini.

(ċ) Kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar l-effetti avversi possibbli fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, filwaqt li jitqiesu wkoll ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, kif ukoll informazzjoni disponibbli dwar miżuri possibbli għall-amministrazzjoni tar-riskji.

(d) Kull informazzjoni oħra rilevanti, u

(e) Punt ta' kuntatt għal aktar informazzjoni.

--------------------------------------------------

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.11.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1946
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.