+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1772 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT u theddid ċibernetiku, li jistabbilixxi livelli limitu ta’ materjalità u li jispeċifika d-dettalji tar-rapporti ta’ inċidenti kbar (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I KRITERJI TA’ KLASSIFIKAZZJONI
------+Artikolu 1 Klijenti, kontropartijiet finanzjarji u tranżazzjonijiet
---------+Artikolu 1 1
---------+Artikolu 1 2
---------+Artikolu 1 3
---------+Artikolu 1 4
---------+Artikolu 1 5
------+Artikolu 2 Impatt fuq ir-reputazzjoni
---------+Artikolu 2 1
---------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 3 Iż-żmien kemm dam l-inċident u kemm dam maqtugħ is-servizz
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 4 Firxa ġeografika
---------+Artikolu 4 (a)
---------+Artikolu 4 (b)
---------+Artikolu 4 (c)
------+Artikolu 5 Telf tad-data
---------+Artikolu 5 (a)
---------+Artikolu 5 (b)
---------+Artikolu 5 (c)
---------+Artikolu 5 (d)
------+Artikolu 6 Il-kritikalità tas-servizzi affettwati
---------+Artikolu 6 (a)
---------+Artikolu 6 (b)
---------+Artikolu 6 (c)
------+Artikolu 7 Impatt ekonomiku
---------+Artikolu 7 1
---------+Artikolu 7 2
---------+Artikolu 7 3
---------+Artikolu 7 4
---+KAPITOLU II INĊIDENTI KBAR U LIVELLI LIMITU TA’ MATERJALITÀ
------+Artikolu 8 Inċidenti kbar
---------+Artikolu 8 1
---------+Artikolu 8 2
------+Artikolu 9 Livelli limitu ta’ materjalità għad-determinazzjoni ta’ inċidenti kbar
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
---------+Artikolu 9 4
---------+Artikolu 9 5
---------+Artikolu 9 6
---+KAPITOLU III THEDDID ĊIBERNETIKU SINIFIKANTI
------+Artikolu 10 Livelli limitu għolja ta’ materjalità għad-determinazzjoni ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti
---------+Artikolu 10 (a)
---------+Artikolu 10 (b)
---------+Artikolu 10 (c)
---------+Artikolu 10 2
---+KAPITOLU IV RILEVANZA TA’ INĊIDENTI KBAR GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI FI STATI MEMBRI OĦRA U D-DETTALJI TAR-RAPPORTI LI GĦANDHOM JIĠU KONDIVIŻI MA’ AWTORITAJIET KOMPETENTI OĦRA
------+Artikolu 11 Rilevanza ta’ inċidenti kbar għall-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra
---------+Artikolu 11 (a)
---------+Artikolu 11 (b)
---------+Artikolu 11 (c)
------+Artikolu 12 Dettalji ta’ inċidenti kbar li għandhom jiġu kondiviżi ma’ awtoritajiet kompetenti oħra
---+KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 13 Dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Financial Industry -
DORA -
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1772 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT u theddid ċibernetiku, li jistabbilixxi livelli limitu ta’ materjalità u li jispeċifika d-dettalji tar-rapporti ta’ inċidenti kbar (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1772
tat-13 ta’ Marzu 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT u theddid ċibernetiku, li jistabbilixxi livelli limitu ta’ materjalità u li jispeċifika d-dettalji tar-rapporti ta’ inċidenti kbar
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(4), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Ir-Regolament (UE) 2022/2554 għandu l-għan li jarmonizza u jissimplifika r-rekwiżiti ta’ rappurtar għal inċidenti relatati mal-ICT u għal inċidenti operazzjonali jew tas-sigurtà relatati ma’ pagamenti li jikkonċernaw istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet ta’ pagament, fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, u istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (“inċidenti”). Meta jitqies li r-rekwiżiti ta’ rappurtar ikopru 20 tip differenti ta’ entitajiet finanzjarji, jenħtieġ li l-kriterji ta’ klassifikazzjoni u l-livelli limitu ta’ materjalità għad-determinazzjoni ta’ inċidenti kbar u theddid ċibernetiku sinifikanti jiġu speċifikati b’mod sempliċi, armonizzat u konsistenti li jqis l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi u l-attivitajiet tal-entitajiet finanzjarji rilevanti kollha.
|
|
(2)
|
Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, il-kriterji ta’ klassifikazzjoni u l-livelli limitu ta’ materjalità jenħtieġ li jirriflettu d-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi tal-entitajiet finanzjarji kollha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kriterji u l-livelli limitu ta’ materjalità jitfasslu b’tali mod li japplikaw b’mod konsistenti għall-entitajiet finanzjarji kollha, irrispettivament mid-daqs u l-profil tar-riskju tagħhom, u li ma joħolqux piż ta’ rappurtar sproporzjonat għal entitajiet finanzjarji iżgħar. Madankollu, sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn għadd sinifikanti ta’ klijenti jkunu affettwati minn inċident li bħala tali ma jaqbiżx il-livell limitu applikabbli, jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu assolut li jkun prinċipalment immirat lejn entitajiet finanzjarji akbar.
|
|
(3)
|
Fir-rigward tal-oqfsa ta’ rappurtar tal-inċidenti, li kienu jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2022/2554, jenħtieġ li tiġi żgurata l-kontinwità għall-entitajiet finanzjarji. Għalhekk, il-kriterji ta’ klassifikazzjoni u l-livelli limitu ta’ materjalità jenħtieġ li jiġu allinjati mal-Linji Gwida tal-EBA dwar ir-rappurtar ta’ inċidenti kbar skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Linji Gwida dwar l-informazzjoni perjodika u n-notifika ta’ bidliet materjali li għandhom jiġu ppreżentati lill-ESMA mir-Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet, il-Qafas ta’ Rappurtar ta’ Inċidenti Ċibernetiċi tal-BĊE/MSU u gwida rilevanti oħra u jkunu ispirati minnhom. Il-kriterji u l-limiti ta’ klassifikazzjoni jenħtieġ li jkunu xierqa wkoll għall-entitajiet finanzjarji li ma kinux soġġetti għal rekwiżiti ta’ rappurtar tal-inċidenti qabel ir-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
(4)
|
Fir-rigward tal-kriterju ta’ klassifikazzjoni “l-ammont jew l-għadd ta’ tranżazzjonijiet affettwati”, il-kunċett ta’ tranżazzjonijiet huwa wiesa’ u jkopri attivitajiet u servizzi differenti fl-atti settorjali applikabbli għall-entitajiet finanzjarji. Għall-finijiet ta’ dak il-kriterju ta’ klassifikazzjoni, jenħtieġ li t-tranżazzjonijiet ta’ pagament u l-forom kollha ta’ skambju ta’ strumenti finanzjarji, kriptoassi, komoditajiet, jew kwalunkwe assi ieħor, anki fil-forma ta’ marġni, kollateral jew wegħda, ikunu koperti kemm fil-konfront ta’ flus kontanti kif ukoll fil-konfront ta’ kwalunkwe assi ieħor. Jenħtieġ li t-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu assi li l-valur tagħhom jista’ jiġi espress f’ammont monetarju, jitqiesu għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni.
|
|
(5)
|
Jenħtieġ li l-kriterji ta’ klassifikazzjoni jiżguraw li jinqabdu t-tipi rilevanti kollha ta’ inċidenti kbar. L-attakki ċibernetiċi relatati mal-intrużjoni fin-network jew fis-sistemi tal-informazzjoni mhux neċessarjament jinqabdu minn ħafna kriterji ta’ klassifikazzjoni. Madankollu, dawn huma importanti peress li kwalunkwe intrużjoni fin-network u fis-sistemi ta’ informazzjoni tista’ tikkawża ħsara lill-entità finanzjarja. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kriterji ta’ klassifikazzjoni “servizzi kritiċi affettwati” u “telf tad-data” jiġu speċifikati b’tali mod li jinqabdu dawn it-tipi ta’ inċidenti kbar, b’mod partikolari intrużjonijiet mhux awtorizzati li, anki jekk l-impatti ma jkunux magħrufa minnufih, jistgħu jwasslu għal konsegwenzi serji, b’mod partikolari ksur tad-data u rivelazzjonijiet tad-data.
|
|
(6)
|
Peress li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma soġġetti kemm għall-qafas għall-klassifikazzjoni tal-inċidenti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2022/2554 kif ukoll għall-qafas tar-riskju operazzjonali skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/959 (3), jenħtieġ li l-approċċ għall-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku ta’ inċident ibbażat fuq il-kalkolu tal-kostijiet u t-telf, ikun kemm jista’ jkun konsistenti fiż-żewġ oqfsa biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti inkompatibbli jew kontradittorji.
|
|
(7)
|
Jenħtieġ li l-kriterju fir-rigward tal-firxa ġeografika ta’ inċident stabbilit fl-Artikolu 18(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2554 jiffoka fuq l-impatt transfruntier tal-inċident, peress li l-impatt ta’ inċident fuq l-attivitajiet ta’ entità finanzjarja f’ġuriżdizzjoni unika se jinqabad mill-kriterji l-oħra stabbiliti f’dak l-Artikolu.
|
|
(8)
|
Minħabba li l-kriterji ta’ klassifikazzjoni huma interdipendenti u marbuta ma’ xulxin, jenħtieġ li l-approċċ għall-identifikazzjoni ta’ inċidenti kbar li għandhom jiġu rrapportati f’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 jkun ibbażat fuq taħlita ta’ kriterji, fejn jenħtieġ li xi kriterji li huma relatati mill-qrib mad-definizzjonijiet ta’ inċident relatat mal-ICT u inċident kbir relatat mal-ICT stabbiliti fl-Artikolu 3(8) u (10) tar-Regolament (UE) 2022/2554 jkollhom aktar prominenza fil-klassifikazzjoni ta’ inċidenti kbar minn kriterji oħra.
|
|
(9)
|
Bil-ħsieb li jiġi żgurat li r-rapporti u n-notifiki ta’ inċidenti kbar riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 iservu kemm għal finijiet superviżorji kif ukoll għall-prevenzjoni ta’ kontaġju fis-settur finanzjarju kollu, jenħtieġ li l-livelli limitu ta’ materjalità jagħmlu l-qbid ta’ inċidenti kbar possibbli, billi jiffokaw, fost l-oħrajn, fuq l-impatt fuq is-servizzi kritiċi speċifiċi għall-entità, il-livelli limitu assoluti u relattivi speċifiċi tal-klijenti jew tal-kontropartijiet finanzjarji, it-tranżazzjonijiet li jindikaw impatt materjali fuq l-entità finanzjarja, u s-sinifikat tal-impatt fi Stati Membri oħra.
|
|
(10)
|
Jenħtieġ li l-inċidenti li jaffettwaw is-servizzi tal-ICT jew in-network u s-sistemi tal-informazzjoni li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, jew servizzi finanzjarji li jeħtieġu awtorizzazzjoni jew aċċess malizzjuż mhux awtorizzat għan-network u għas-sistemi tal-informazzjoni li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, jitqiesu bħala inċidenti li jaffettwaw is-servizzi kritiċi tal-entitajiet finanzjarji. Aċċess malizzjuż u mhux awtorizzat għan-network u għas-sistemi ta’ informazzjoni li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji, joħloq riskji serji għall-entità finanzjarja u, peress li jista’ jaffettwa entitajiet finanzjarji oħra, jenħtieġ li dejjem jitqies bħala inċident kbir li għandu jiġi rrappurtat.
|
|
(11)
|
Inċidenti rikorrenti li jkunu marbuta permezz ta’ kawża ewlenija apparenti simili, li individwalment ma jkunux inċidenti kbar, jistgħu jindikaw nuqqasijiet u dgħufijiet sinifikanti fil-proċeduri ta’ ġestjoni tal-inċidenti u tar-riskji tal-entità finanzjarja. Għalhekk, jenħtieġ li l-inċidenti rikorrenti jitqiesu bħala kollettivament kbar meta jseħħu ripetutament matul ċertu perjodu ta’ żmien.
|
|
(12)
|
Meta jitqies li t-theddid ċibernetiku jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-entità u s-settur finanzjarju, it-theddid ċibernetiku sinifikanti li l-entitajiet finanzjarji jistgħu jippreżentaw jenħtieġ li jindika l-probabbiltà ta’ materjalizzazzjoni u l-kritikalità tal-impatt potenzjali. Għaldaqstant, biex tiġi żgurata valutazzjoni ċara u konsistenti tas-sinifikat tat-theddid ċibernetiku, jenħtieġ li l-klassifikazzjoni ta’ theddida ċibernetika bħala sinifikanti tkun dipendenti fuq il-probabbiltà li l-kriterji ta’ klassifikazzjoni għal inċidenti kbar u l-livell limitu tagħhom jiġu ssodisfati jekk it-theddida tkun immaterjalizzat, fuq it-tip ta’ theddida ċibernetika u fuq l-informazzjoni disponibbli għall-entità finanzjarja.
|
|
(13)
|
Meta jitqies li l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra għandhom jiġu nnotifikati b’inċidenti li jkollhom impatt fuq l-entitajiet finanzjarji u l-klijenti fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-impatt f’ġuriżdizzjoni oħra f’konformità mal-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) 2022/2554 tkun ibbażata fuq il-kawża ewlenija tal-inċident, fuq il-kontaġju potenzjali permezz ta’ fornituri terzi u fuq l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju, kif ukoll fuq l-impatt tal-inċident fuq gruppi sinifikanti ta’ klijenti jew kontropartijiet finanzjarji.
|
|
(14)
|
Il-proċessi ta’ rappurtar u ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 19(6) u (7) tar-Regolament (UE) 2022/2554 jenħtieġ li jippermettu lir-riċevituri rispettivi jivvalutaw l-impatt tal-inċidenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-informazzjoni trażmessa tkopri d-dettalji kollha li jinsabu fir-rapporti tal-inċidenti ppreżentati mill-entità finanzjarja lill-awtorità kompetenti.
|
|
(15)
|
Meta inċident jikkostitwixxi ksur ta’ data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax l-obbligi ta’ reġistrazzjoni u ta’ notifika għall-ksur ta’ data personali stabbiliti f’dawk il-liġijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha mal-awtoritajiet imsemmija fir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.
|
|
(16)
|
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, f’konsultazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (European Union Agency for Cybersecurity, ENISA) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
|
|
(17)
|
Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) wettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali tal-istandards proposti u talab il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,
|
|
(18)
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u ta l-opinjoni tiegħu fl-24 ta’ Jannar 2024.
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
|
|
KAPITOLU I KRITERJI TA’ KLASSIFIKAZZJONI
|
KAPITOLU I KRITERJI TA’ KLASSIFIKAZZJONI
|
|
KAPITOLU II INĊIDENTI KBAR U LIVELLI LIMITU TA’ MATERJALITÀ
|
KAPITOLU II INĊIDENTI KBAR U LIVELLI LIMITU TA’ MATERJALITÀ
|
|
KAPITOLU III THEDDID ĊIBERNETIKU SINIFIKANTI
|
KAPITOLU III THEDDID ĊIBERNETIKU SINIFIKANTI
|
|
KAPITOLU IV RILEVANZA TA’ INĊIDENTI KBAR GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI FI STATI MEMBRI OĦRA U D-DETTALJI TAR-RAPPORTI LI GĦANDHOM JIĠU KONDIVIŻI MA’ AWTORITAJIET KOMPETENTI OĦRA
|
KAPITOLU IV RILEVANZA TA’ INĊIDENTI KBAR GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI FI STATI MEMBRI OĦRA U D-DETTALJI TAR-RAPPORTI LI GĦANDHOM JIĠU KONDIVIŻI MA’ AWTORITAJIET KOMPETENTI OĦRA
|
|
KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
Kwistjonijiet marbuta
|