+REGOLAMENT (UE) 2019/517 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta' dominju tal-ogħla livell .eu u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett u objettivi
---------+Artikolu 1 1
---------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 (1)
---------+Artikolu 2 (2)
---------+Artikolu 2 (3)
---------+Artikolu 2 (4)
---------+Artikolu 2 (5)
---------+Artikolu 2 (6)
---+KAPITOLU II IMPLIMENTAZZJONI TAT-TLD .eu
------+TAQSIMA 1 Prinċipji ġenerali
---------+Artikolu 3 Kriterji ta' eliġibbiltà
------------+Artikolu 3 (a)
------------+Artikolu 3 (b)
------------+Artikolu 3 (c)
------------+Artikolu 3 (d)
---------+Artikolu 4 Reġistrazzjoni u tħassir ta' ismijiet ta' dominju
------------+Artikolu 4 1
------------+Artikolu 4 2
------------+Artikolu 4 3
------------+Artikolu 4 4
------------+Artikolu 4 5
------------+Artikolu 4 6
---------+Artikolu 5 Lingwi, liġi applikabbli u ġurisdizzjoni
------------+Artikolu 5 1
------------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 6 Riżervazzjoni tal-ismijiet ta' dominju
------------+Artikolu 6 1
------------+Artikolu 6 2
------------+Artikolu 6 3
------------+Artikolu 6 4
---------+Artikolu 7 Reġistraturi
------------+Artikolu 7 1
------------+Artikolu 7 2
------+TAQSIMA 2 Ir-Reġistru
---------+Artikolu 8 Ħatra tar-Reġistru
------------+Artikolu 8 1
------------+Artikolu 8 2
------------+Artikolu 8 3
------------+Artikolu 8 4
------------+Artikolu 8 5
---------+Artikolu 9 Karatteristiċi tar-Reġistru
------------+Artikolu 9 1
------------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 10 Obbligi tar-Reġistru
------------+Artikolu 10 (a)
------------+Artikolu 10 (b)
------------+Artikolu 10 (c)
------------+Artikolu 10 (d)
------------+Artikolu 10 (e)
------------+Artikolu 10 (f)
------------+Artikolu 10 (g)
------------+Artikolu 10 (h)
------------+Artikolu 10 (i)
------------+Artikolu 10 (j)
------------+Artikolu 10 (k)
------------+Artikolu 10 (l)
------------+Artikolu 10 (m)
---------+Artikolu 11 Prinċipji u proċeduri dwar il-funzjonament tat-TLD .eu
------------+Artikolu 11 (a)
------------+Artikolu 11 (b)
------------+Artikolu 11 (c)
------------+Artikolu 11 (d)
------------+Artikolu 11 (e)
------------+Artikolu 11 (f)
------------+Artikolu 11 (g)
---------+Artikolu 12 Id-database WHOIS
------------+Artikolu 12 1
------------+Artikolu 12 2
------+TAQSIMA 3 Is-sorveljanza tar-Reġistru
---------+Artikolu 13 Superviżjoni
------------+Artikolu 13 1
------------+Artikolu 13 2
------------+Artikolu 13 3
------------+Artikolu 13 4
---------+Artikolu 14 Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu
------------+Artikolu 14 1
------------+Artikolu 14 2
------------+Artikolu 14 3
------------+Artikolu 14 4
------------+Artikolu 14 5
---+KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 15 Riżervazzjoni tad-drittijiet
------+Artikolu 16 Evalwazzjoni u rieżami
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---------+Artikolu 16 3
---------+Artikolu 16 4
------+Artikolu 17 Proċedura ta' kumitat
---------+Artikolu 17 1
---------+Artikolu 17 2
---------+Artikolu 17 3
------+Artikolu 18 Eżerċizzju tad-delega
---------+Artikolu 18 1
---------+Artikolu 18 2
---------+Artikolu 18 3
---------+Artikolu 18 4
---------+Artikolu 18 5
---------+Artikolu 18 6
------+Artikolu 19 Dispożizzjonijiet tranżitorji
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
---------+Artikolu 19 3
------+Artikolu 20 Emendar tar-Regolament (KE) Nru 733/2002
------+Artikolu 21 Tħassir
------+Artikolu 22 Dħul fis-seħħ
---------+Artikolu 22 2
---------+Artikolu 22 3
|
English -
European Union -
ICT -
REGOLAMENT (UE) 2019/517 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta' dominju tal-ogħla livell .eu u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) 2019/517 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Marzu 2019
dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta' dominju tal-ogħla livell .eu u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1)
|
Id-Dominju tal-Ogħla Livell .eu (TLD) kien ġie stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (4). Minn mindu ġew adottati dawk ir-Regolamenti, il-kuntest leġiżlattiv u politiku fl-Unjoni, l-ambjent online, u s-suq inbidlu ġmielhom.
|
|
(2)
|
L-evoluzzjoni rapida tas-suq tat-TLDs u x-xena diġitali dinamika jirrikjedu ambjent regolatorju flessibbli u li jilqa' għall-ġejjieni. It-TLD .eu huwa wieħed mill-akbar TLDs ta' kodiċi tal-pajjiż (ccTLDs). It-TLD .eu jintuża mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni, anke għal proġetti u inizjattivi Ewropej. L-iskop tat-TLD .eu huwa li, permezz ta' ġestjoni tajba, jgħin biex isaħħaħ l-identità tal-Unjoni u jippromwovi l-valuri tal-Unjoni online, bħall-multilingwiżmu, ir-rispett tal-privatezza u tas-sigurtà tal-utenti u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll prijoritajiet online speċifiċi.
|
|
(3)
|
It-TLDs huma komponent essenzjali fl-istruttura ġerarkika tas-sistema tal-ismijiet ta' dominju (DNS) li jiżguraw sistema interoperabbli ta' identifikaturi uniċi, disponibbli mad-dinja kollha, fuq kull applikazzjoni u kull netwerk.
|
|
(4)
|
It-TLD .eu jenħtieġ li jippromwovi l-użu tan-netwerks tal-internet, u l-aċċess għalihom, b'konformità mal-Artikoli 170 u 171 tat-TFUE billi jipprovdi reġistrazzjoni komplementari għas-ccTLDs eżistenti u għar-reġistrazzjoni globali tat-TLDs ġeneriċi.
|
|
(5)
|
It-TLD .eu, li huwa tikketta ċara u li tingħaraf faċilment, jenħtieġ li jipprovdi rabta li tista' tiġi identifikata b'mod ċar mal-Unjoni u mas-suq Ewropew. Permezz tiegħu, l-impriżi, l-organizzazzjonijiet u l-persuni fiżiċi fl-Unjoni jistgħu jirreġistraw isem ta' dominju taħt it-TLD .eu. L-eżistenza ta' isem ta' dominju bħal dan hija importanti biex issaħħaħ l-identità tal-Unjoni online. Jenħtieġ li, għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li ċ-ċittadini tal-Unjoni jirreġistraw isem ta' TLD .eu, irrispettivament mill-post tar-residenza tagħhom, mid-19 ta' Ottubru 2019.
|
|
(6)
|
L-ismijiet ta' dominju fit-TLD .eu jenħtieġ li jiġu allokati lill-partijiet eliġibbli skont id-disponibbiltà.
|
|
(7)
|
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippromwovi l-kooperazzjoni bejn ir-Reġistru, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u aġenziji oħra tal-Unjoni, bil-ħsieb li tiġġieled ir-reġistrazzjonijiet spekulattivi u abbużivi ta' ismijiet ta' dominju, inkluż cybersquatting, u tipprovdi proċeduri amministrattivi sempliċi, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).
|
|
(8)
|
Biex tkun żgurata protezzjoni aħjar tad-dritt tal-partijiet li jidħlu f'kuntratt mar-Reġistru u mar-Reġistraturi rispettivament, it-tilwim dwar ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet ta' dominju fit-TLD .eu jenħtieġ li jissolvew minn korpi li jkunu jinsabu fl-Unjoni u li japplikaw il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi rikonoxxuti mill-Istati Membri jew mill-Unjoni li jirriżultaw minn strumenti internazzjonali.
|
|
(9)
|
Il-Kummissjoni, abbażi ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, u filwaqt li tqis il-kosteffiċjenza u s-sempliċità amministrattiva, jenħtieġ li taħtar Reġistru għat-TLD .eu. Sabiex tappoġġja s-suq uniku diġitali, tibni identità Ewropea online u tinkoraġġixxi attivitajiet online transfruntieri, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għażla u l-proċedura għad-deżinjazzjoni tar-Reġistru. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
|
|
(10)
|
Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta listi ta' ismijiet ta' dominju riżervati u mblokkati mill-Istati Membri, tistabbilixxi l-prinċipji li jkun għandhom jiġu inklużi fil-kuntratt bejn il-Kummissjoni u r-Reġistru, u li taħtar ir-Reġistru skont raġunijiet debitament iġġustifikati ta' urġenza, b'mod partikolari biex tiżgura l-kontinwità tas-servizz. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Dawn il-listi jenħtieġ li jiġu kkompilati skont l-ismijiet ta' dominju disponibbli filwaqt li jitqiesu l-ismijiet ta' dominju tat-tieni livell li diġà ġew riżervati jew irreġistrati mill-Istati Membri.
|
|
(11)
|
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel kuntratt mar-Reġistru maħtur, liema kuntratt jenħtieġ li jinkludi l-prinċipji u l-proċeduri dettaljati li japplikaw għar-Reġistru għall-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tat-TLD .eu. Il-kuntratt jenħtieġ li jkun ta' durata fissa u jista' jiġġedded darba mingħajr il-ħtieġa ta' proċedura ta' selezzjoni ġdida.
|
|
(12)
|
Il-prinċipji u l-proċeduri dwar il-funzjonament tat-TLD .eu jenħtieġ li jinhemżu mal-kuntratt bejn il-Kummissjoni u r-Reġistru maħtur.
|
|
(13)
|
Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni previsti fl-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.
|
|
(14)
|
Ir-Reġistru jenħtieġ li jikkonforma mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u ta' trasparenza, u jenħtieġ li jimplimenta miżuri biex jissalvagwardja l-kompetizzjoni ġusta li għandhom jiġu awtorizzati bil-quddiem mill-Kummissjoni, b'mod partikolari meta r-Reġistru jipprovdi servizzi lil impriżi li magħhom ikun qed jikkompeti fis-swieq downstream.
|
|
(15)
|
Bħalissa, il-Korporazzjoni tal-Internet dwar l-Ismijiet u n-Numri Assenjati (l-ICANN) hi responsabbli biex tikkoordina d-delega tal-kodiċi li jirrappreżentaw is-ccTLDs lir-Reġistri. Jenħtieġ li r-Reġistru jagħmel kuntratt xieraq mal-ICANN li jipprovdi għad-delega tal-kodiċi tas-ccTLD .eu, u fl-istess waqt iqis il-prinċipji rilevanti adottati mill-Kumitat Konsultattiv Governattiv (il-GAC).
|
|
(16)
|
Ir-Reġistru jenħtieġ li jagħmel ftehim xieraq, li jinżamm minn aġent terz, biex tkun żgurata l-kontinwità tas-servizzi, u b'mod partikolari biex ikun żgurat li jkun possibbli li jissokta s-servizz lill-komunità lokali tal-internet bl-anqas tfixkil possibbli f'każ ta' delega mill-ġdid jew xi ċirkostanzi mhux previsti. Jenħtieġ li, kull jum, ir-Reġistru jibgħat kopja elettronika tal-kontenut kurrenti tad-database tat-TLD .eu lill-aġent terz.
|
|
(17)
|
Jenħtieġ li l-proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) li jridu jiġu adottati jikkonformaw mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u jqisu l-aqwa prattiki internazzjonali f'dan il-qasam u b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali, biex ikun żgurat li r-reġistrazzjonijiet spekulattivi u abbużivi jiġu evitati kemm jista' jkun. Dawk il-proċeduri tal-ADR jenħtieġ li jirrispettaw regoli proċedurali uniformi li jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Politika Uniformi għar-Riżoluzzjoni ta' Tilwim dwar l-Isem tad-Dominji tal-ICANN.
|
|
(18)
|
Il-politika dwar ir-reġistrazzjonijiet abbużivi tal-ismijiet ta' dominju .eu jenħtieġ li tipprovdi għal verifika min-naħa tar-Reġistru tad-data li tasal, speċifikament data fejn jidħlu l-identità tar-reġistranti, u t-tħassir u l-imblokkar minn reġistrazzjoni futura ta' ismijiet ta' dominju li b'deċiżjoni aħħarija ta' qorti ta' Stat Membru jkunu jitqiesu malafamanti, razzisti jew b'xi mod ieħor kuntrarji għal-liġi tal-Istat Membru. Ir-Reġistru jenħtieġ jimxi bl-akbar attenzjoni biex jiżgura l-korrettezza tad-data li tasallu u li jżomm. Jenħtieġ li l-proċedura ta' revoka tippermetti lid-detentur tal-isem ta' dominju li jkollu opportunità raġonevoli biex jirrettifika kwalunkwe ksur tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni jew djun pendenti qabel ma r-revoka ssir effettiva.
|
|
(19)
|
Isem ta' dominju li jkun identiku jew simili b'tali mod li jista' jiġi konfuż ma' isem li fir-rigward tiegħu dritt ikun stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew minn dik nazzjonali u li jkun ġie rreġistrat mingħajr drittijiet jew interess leġittimu fl-isem, jenħtieġ li, fil-prinċipju, jiġi revokat u, fejn ikun meħtieġ, jiġi ttrasferit lid-detentur leġittimu. Fejn jinstab li isem ta' dominju tali jkun intuża b'mala fede, jenħtieġ li dejjem jiġi revokat.
|
|
(20)
|
Ir-Reġistru jenħtieġ li jadotta politiki ċari li jkollhom l-għan li jiżguraw l-identifikazzjoni f'waqtha ta' reġistrazzjonijiet abbużivi ta' ismijiet ta' dominju u, fejn meħtieġ, jenħtieġ li jikkoopera ma' awtoritajiet kompetenti u ma' korpi pubbliċi oħra rilevanti għaċ-ċibersigurtà u għas-sigurtà tal-informazzjoni li jkunu speċifikament involuti fil-ġlieda kontra dawn ir-reġistrazzjonijiet, bħal timijiet nazzjonali ta' rispons f'emerġenza tal-kompjuter (CERTs).
|
|
(21)
|
Ir-Reġistru jenħtieġ li jappoġġja lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-kriminalità billi jimplimenta miżuri tekniċi u organizzazzjonali bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jkun jista' jkollhom aċċess għad-data fir-Reġistru għal skopijiet ta' prevenzjoni, kxif, investigazzjoni u prosekuzzjoni tal-atti kriminali, kif previst bil-liġi tal-Unjoni jew b'dik nazzjonali.
|
|
(22)
|
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi implimentat b'konformità mal-prinċipji li għandhom x'jaqsmu mal-privatezza u mal-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li r-Reġistru jikkonforma mar-regoli, il-prinċipji u l-linji gwida rilevanti tal-Unjoni b'rabta mal-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari mar-rekwiżiti tas-sigurtà rilevanti, mal-prinċipji tan-neċessità, il-proporzjonalità, il-limitazzjoni tal-iskop u l-perijodu proporzjonat għaż-żamma tad-data. Minbarra dan, jenħtieġ li s-sistemi kollha tal-ipproċessar tad-data u d-databases żviluppati u miżmuma jkunu jinkorporaw il-protezzjoni tad-data personali mid-disinn tagħhom u l-protezzjoni tad-data b'mod awtomatiku.
|
|
(23)
|
Biex tkun żgurata superviżjoni perjodika effettiva, ir-Reġistru jenħtieġ li jiġi awditjat, u jġarrab l-ispejjeż hu stess, mill-inqas kull sentejn minn korp indipendenti ħalli jkun konfermat, permezz ta' rapport ta' evalwazzjoni ta' konformità, li r-Reġistru hu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-Reġistru jippreżenta dak ir-rapport lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fil-kuntratt tiegħu mal-Kummissjoni.
|
|
(24)
|
Il-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u r-Reġistru jenħtieġ li jipprovdi għal proċeduri li jtejbu l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar tat-TLD .eu mir-Reġistru skont l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' superviżjoni tal-Kummissjoni previsti minn dan ir-Regolament.
|
|
(25)
|
Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014, intitolat “Governanza tal-Internet”, il-Kunsill afferma mill-ġdid l-impenn tal-Unjoni li tippromwovi strutturi ta' governanza li jinvolvu bosta partijiet konċernati u li jistrieħu fuq sett koerenti ta' prinċipji ta' governanza tal-internet globali. Governanza tal-internet inklużiva tfisser l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' prinċipji, normi, regoli, proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet u programmi komuni li jsawru l-evoluzzjoni u l-użu tal-internet mill-gvernijiet, mis-settur privat, mis-soċjetà ċivili, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali u mill-komunità teknika, fejn kollha jaġixxu fir-rwoli rispettivi tagħhom.
|
|
(26)
|
Jenħtieġ li jitwaqqaf Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv ta' .eu li jkollu r-rwol li jagħti pariri lill-Kummissjoni ħalli jissaħħaħ u jitwessa' l-kontribut għall-governanza tajba tar-Reġistru. Jenħtieġ li l-Grupp ikun jirriflettu l-mudell multiparteċipattiv ta' governanza tal-internet u li l-membri tiegħu, apparti minn dawk li jkunu ġejjin mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, jenħtieġ li jinħatru mill-Kummissjoni bi proċedura miftuħa, nondiskriminatorja u trasparenti. Ir-rappreżentant mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jinħatar fuq il-bażi ta' sistema ta' rotazzjoni li tiżgura kontinwità suffiċjenti tal-parteċipazzjoni fil-Grupp.
|
|
(27)
|
Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni dwar l-effettività u l-funzjonament tat-TLD .eu. Dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tgħarbel il-prattiki tax-xogħol tar-Reġistru maħtur u r-rilevanza tal-kompiti tar-Reġistru. Jeħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tippreżenta rapporti regolari dwar il-funzjonament tal-isem tat-TLD .eu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
(28)
|
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il- Karta”), kif minquxa fit-Trattati, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Jenħtieġ li proċeduri adatti tal-Unjoni jiġu osservati meta jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jaffettwaw dan ir-Regolament jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u, b'mod partikolari, mal-Karta. Jenħtieġ li r-Reġistru jfittex gwida mill-Kummissjoni f'każijiet ta' dubju rigward il-konformità mal-liġi tal-Unjoni.
|
|
(29)
|
Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-implimentazzjoni ta' TLD pan-Ewropew minbarra s-ccTLDs nazzjonali, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.
|
|
(30)
|
Biex jiġi limitat kull riskju ta' tfixkil tas-servizzi tat-TLD .eu matul l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju l-ġdid, dan ir-Regolament jistipula dispożizzjonijiet tranżitorji.
|
|
(31)
|
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 733/2002 jiġi emendat u revokat, u li r-Regolament (KE) Nru 874/2004 jiġi revokat,
|
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
|
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
KAPITOLU II IMPLIMENTAZZJONI TAT-TLD .eu
|
KAPITOLU II IMPLIMENTAZZJONI TAT-TLD .eu
|
|
KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.03.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0517
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|