REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/856 tal-1 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ix-xenarji ta’ xokk superviżorji, is-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi u x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/856
tal-1 ta’ Diċembru 2023
li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ix-xenarji ta’ xokk superviżorji, is-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi u x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 98(5a), it-tielet subparagrafu, tagħha,
Billi:
(1)
Ix-xenarji ta’ xokk superviżorji ġew speċifikati mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee on Banking Supervision, BCBS) (2) u huma riflessi fil-Linji Gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar il-ġestjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet li mhumiex parti mill-portafoll tan-negozjar (3) li japplikaw mit-30 ta’ Ġunju 2019. Huwa xieraq li x-xenarji ta’ xokk superviżorji stabbiliti f’dan ir-Regolament jibnu fuq dik l-ispeċifikazzjoni u dik il-metodoloġija.
(2)
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità u tal-introjtu mill-imgħax nett, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati s-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi li jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw. Għal dak l-għan, għall-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett, jenħtieġ li tintuża suppożizzjoni kostanti tal-karta bilanċjali fuq perjodu ta’ sena, filwaqt li, għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, jenħtieġ li tintuża suppożizzjoni ta’ karta bilanċjali b’waqfien naturali meta l-pożizzjonijiet li jimmaturaw ma jiġux sostitwiti. Dawn is-suppożizzjonijiet għandhom l-għan li jipprovdu bilanċ tajjeb f’termini tal-preċiżjoni tal-kalkolu, l-affidabbiltà tal-istimi u l-kumplessità operazzjonali.
(3)
Sabiex jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn l-iżgurar tal-komparabbiltà tar-riżultati u l-għoti tal-flessibbiltà meħtieġa minħabba l-orizzont fit-tul u kumplessità operazzjonali inerenti, jenħtieġ li l-marġnijiet kummerċjali u l-komponenti tal-firxa jiġu inklużi fil-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett, iżda għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jipproċedu f’konformità mal-approċċ ta’ ġestjoni u kejl interni tagħhom għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar.
(4)
Skont l-istandards tal-BCBS, jenħtieġ li kwalunkwe test tal-anomalija awtorizzat flimkien mat-test dwar il-valur ekonomiku tal-ekwità juża limitu biex jidentifika banek anomali li jkun tal-anqas strett daqs dak applikat għat-test fuq il-valur ekonomiku tal-ekwità (15 % tal-kapital tal-Grad 1). Jenħtieġ li dak il-livell limitu fil-fatt jirrifletti l-ambjent attwali b’mod prudenzjalment sod u proporzjonat, u b’hekk jikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali u l-kisba ta’ armonizzazzjoni madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqies ukoll il-fatt li jekk jinqabżu l-limiti għat-testijiet tal-anomalija għall-valur ekonomiku tal-ekwità u għall-introjtu mill-imgħax nett, la l-istituzzjonijiet ma neċessarjament ikunu meħtieġa jikkalibraw mill-ġdid l-arranġamenti, il-proċessi jew il-mekkaniżmi interni tagħhom, u l-mudelli u l-approċċi korrispondenti, u lanqas ma jinvolvi l-eżerċizzju awtomatiku tas-setgħat superviżorji, meta l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata, proporzjonata għall-mudell tan-negozju u l-istituzzjoni ma tkunx esposta b’mod eċċessiv għal tali riskju.
(5)
Sabiex jiġu żgurati metodoloġiji armonizzati għat-testijiet superviżorji tal-anomalija dwar x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir fl-introjtu mill-imgħax nett bħala riżultat ta’ bidla f’daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax, jenħtieġ li jiġi introdott livell limitu tal-anqas strett daqs il-limitu għat-test superviżorju tal-anomalija fuq il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll speċifikazzjoni tal-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett.
(6)
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.
(7)
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Mogħtija għal kull munita c id-daqs speċifikat tax-xokkijiet paralleli, qosra u twal fuq ir-rata tal-imgħax “mingħajr riskju”, għandhom jiġu applikati l-parametrizzazzjonijiet li ġejjin tas-sitt xenarji ta’ xokk superviżorji:
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/857 tal-1 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw metodoloġija standardizzata u metodoloġija standardizzata ssimplifikata biex jiġu evalwati r-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett ta’ attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni (ĠU L, 2024/857, 24.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/857/oj).
Parti B: Kalibrazzjoni ta’ xokkijiet fir-rati tal-imgħax għal muniti mhux imsemmija fil-Parti A
(1)
L-istituzzjonijiet għandhom l-ewwel jikkalkulaw ir-rata medja tal-imgħax ta’ kuljum billi jiġbru serje kronoloġika ta’ 16-il sena ta’ rati tal-imgħax “mingħajr riskju” ta’ kuljum, mingħajr firxiet tal-kreditu jew firxiet tal-likwidità speċifiċi għall-istrumenti jew speċifiċi għall-entità, għal kull munita għall-maturitajiet 3M, 6M, 1Y, 2Y, 5Y, 7Y, 10Y, 15Y u 20Y u mbagħad jikkalkolaw ir-rata tal-imgħax medja aritmetika għal kull munita c għall-osservazzjonijiet kollha fis-serje kronoloġika u għall-maturitajiet kollha. Ir-riżultat għandu jkun miżura waħda għal kull munita.
(2)
Meta r-rata medja tal-imgħax ikkalkulata f’konformità mal-punt (1) għall-ewwel seba’ snin tkun akbar minn 700 punt bażi, għandha tintuża d-data mill-aktar 10 snin reċenti, soġġett għad-disponibbiltà tad-data. Meta r-rata medja tal-imgħax ikkalkulata f’konformità mal-punt (1) għall-ewwel seba’ snin tkun 700 punt bażi jew inqas, għandha tintuża s-serje kronoloġika sħiħa ta’ 16-il sena ta’ data.
(3)
Ix-xokk parallel, fil-qosor u fit-tul tar-rata tal-imgħax skont il-munita għandu jiġi derivat mill-applikazzjoni tal-parametru tax-xokk globali rilevanti mit-Tabella 1 għar-rata tal-imgħax medja kkalkolata f’konformità mal-punt (1) u (2).
Tabella 1
Parametri tax-xokk tar-rata tal-imgħax globali tal-linja bażi
Paralleli
60 %
Fil-qosor
85 %
Fit-tul
40 %
(4)
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw minimu ta’ 100 punt bażi kif ukoll limiti massimi varjabbli ta’ 500 punt bażi għax-xokk fuq terminu qasir, 400 punt bażi għax-xokk parallel u 300 punt bażi għax-xokk fit-tul, rispettivament.
(5)
Is-sett ta’ xokkijiet fir-rati tal-imgħax skont il-munita mbagħad għandu jitqarreb għall-eqreb 50 punt bażi.