+REGOLAMENT (UE) 2024/1244 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, li jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Objettivi
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 (1)
------+Artikolu 3 (2)
------+Artikolu 3 (3)
------+Artikolu 3 (4)
------+Artikolu 3 (5)
------+Artikolu 3 (6)
------+Artikolu 3 (7)
------+Artikolu 3 (8)
------+Artikolu 3 (9)
------+Artikolu 3 (10)
------+Artikolu 3 (11)
------+Artikolu 3 (12)
------+Artikolu 3 (13)
------+Artikolu 3 (14)
------+Artikolu 3 (15)
------+Artikolu 3 (16)
------+Artikolu 3 (17)
------+Artikolu 3 (18)
---+Artikolu 4 Kontenut tal-Portal
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
---+Artikolu 5 Disinn u struttura tal-Portal
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
---+Artikolu 6 Rapportar mill-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 6 4
------+Artikolu 6 5
------+Artikolu 6 6
------+Artikolu 6 7
------+Artikolu 6 8
------+Artikolu 6 9
------+Artikolu 6 10
------+Artikolu 6 11
---+Artikolu 7 Rapportar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
---+Artikolu 8 Data dwar ir-rilaxx ta’ inkwinanti minn sorsi diffużi
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
------+Artikolu 8 3
---+Artikolu 9 Assigurazzjoni u valutazzjoni tal-kwalità
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
---+Artikolu 10 Aċċess għall-informazzjoni
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
------+Artikolu 10 3
---+Artikolu 11 Kunfidenzjalità
---+Artikolu 12 Parteċipazzjoni pubblika
------+Artikolu 12 1
------+Artikolu 12 2
------+Artikolu 12 3
---+Artikolu 13 Gwida
------+Artikolu 13 (a)
------+Artikolu 13 (b)
------+Artikolu 13 (c)
------+Artikolu 13 (d)
------+Artikolu 13 (e)
------+Artikolu 13 (f)
------+Artikolu 13 (g)
------+Artikolu 13 (h)
------+Artikolu 13 2
------+Artikolu 13 3
---+Artikolu 14 Sensibilizzazzjoni
---+Artikolu 15 Emendi għall-Annessi
------+Artikolu 15 1
------+Artikolu 15 2
------+Artikolu 15 3
---+Artikolu 16 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 16 1
------+Artikolu 16 2
------+Artikolu 16 3
------+Artikolu 16 4
------+Artikolu 16 5
------+Artikolu 16 6
---+Artikolu 17 Proċedura ta’ Kumitat
------+Artikolu 17 1
------+Artikolu 17 2
---+Artikolu 18 Penali u miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità
------+Artikolu 18 1
------+Artikolu 18 2
------+Artikolu 18 3
------+Artikolu 18 4
---+Artikolu 19 Rieżami
---+Artikolu 20 Tħassir
---+Artikolu 21 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
---+Artikolu 22 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I Attivitajiet
---+ANNESS II
---+ANNESS III Tabella ta’ korrelazzjoni
English - European Union - Environment -

REGOLAMENT (UE) 2024/1244 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, li jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2024/1244 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ April 2024

dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, li jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 166/2006

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

It-8 Programm ta’ Azzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea adottat bid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jirrikjedi li l-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati, japplikaw standards għoljin ta’ trasparenza, parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja b’mod effettiv f’konformità mal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (“il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”), kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri.

(2)

Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, irratifikata mill-Komunità Ewropea fis-17 ta’ Frar 2005 mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE (5), tirrikonoxxi li ż-żieda fl-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali u t-tixrid ta’ tali informazzjoni jikkontribwixxu għal sensibilizzazzjoni akbar dwar kwistjonijiet ambjentali, skambju liberu ta’ fehmiet, parteċipazzjoni aktar effettiva mill-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali u, fl-aħħar mill-aħħar, għal ambjent aħjar. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tirrikonoxxi d-dritt għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data personali u/jew fajls relatati ma’ persuna fiżika, meta dik il-persuna ma tkunx tat il-kunsens tagħha għall-iżvelar tal-informazzjoni lill-pubbliku, fejn tali kunfidenzjalità hija prevista fil-liġi nazzjonali. Meta il-liġi tal-Unjoni tirrikjedi li l-informazzjoni kummerċjali jew industrijali tinżamm kunfidenzjali biex jiġi protett interess ekonomiku leġittimu, jenħtieġ li dik il-kunfidenzjalità tiġi ssalvagwardjata.

(3)

Ir-Regolamenti (UE) 2016/679 (6) u (UE) 2018/1725 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, rispettivament, fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jiġu infurmati dwar l-ipproċessar tad-data tagħhom fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skont dawk ir-Regolamenti.

(4)

Fit-2 ta’ Diċembru 2005, il-Komunità Ewropea rratifikat il-Protokoll tal-UNECE dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (“il-Protokoll”) bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/61/KE (8).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), stabbilixxa Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti sabiex jiġi implimentat il-Protokoll.

(6)

Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 166/2006, ippubblikat fit-13 ta’ Diċembru 2017, ikkonkluda li l-obbligi tar-rapportar jenħtieġ li jiġu ssimplifikati billi jiġu esplorati aktar sinerġiji ma’ liġi ambjentali relatata oħra tal-Unjoni dwar it-tniġġis minn installazzjonijiet industrijali, inklużi b’mod partikolari d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (11). Ir-rapport enfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu esplorati għażliet għal informazzjoni kuntestwali addizzjonali biex id-data rrapportata ssir aktar effettiva.

(7)

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 intitolata “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: ‘Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija’”, tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni tal-Unjoni dwar tniġġis żero, enerġija, dekarbonizzazzjoni u ekonomija ċirkolari, u tippromwovi l-użu effettiv tal-informazzjoni rrapportata fil-qafas usa’ ta’ monitoraġġ u prospettiva ta’ tniġġis żero u taħt il-qafas ta’ monitoraġġ previst fit-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali.

(8)

F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rapport tagħha dwar il-progress fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 166/2006, ippubblikat fit-13 ta’ Diċembru 2017, f’Ġunju 2021, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”), żviluppat Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“il-Portal”) biex jissostitwixxi r-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti, bl-għan ittejjeb is-sinerġiji mar-rapportar imwettaq skont id-Direttiva 2010/75/UE.

(9)

Jenħtieġ li l-Portal jipprovdi lill-pubbliku b’aċċess online mingħajr ħlas għal sett ta’ data iktar integrat u koerenti dwar il-pressjonijiet ambjentali ewlenin iġġenerati minn installazzjonijiet industrijali peress li tali data tikkostitwixxi għodda kosteffettiva għat-twettiq ta’ paraguni u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet ambjentali, filwaqt li jinkoraġġixxi prestazzjoni ambjentali aħjar, jittraċċa x-xejriet, juri l-progress fit-tnaqqis tat-tniġġis, fl-installazzjonijiet ta’ valutazzjoni komparattiva, fil-monitoraġġ tal-konformità mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti, fl-istabbiliment tal-prijoritajiet u fl-evalwazzjoni tal-progress miksub permezz tal-politiki u l-programmi ambjentali tal-Unjoni u nazzjonali.

(10)

Jenħtieġ li l-Portal jippreżenta d-data inkluża fih f’forom aggregati u mhux aggregati ħalli jippermetti lill-utenti jwettqu tfittxijiet immirati kif ukoll jipprovdi mezzi elettroniċi ta’ estrazzjoni faċli tad-data, anki fil-forma ta’ settijiet ta’ data fuq il-bażi ta’ mistoqsijiet.

(11)

Ir-rekwiżiti tar-rapportar jenħtieġ li japplikaw fil-“livell tal-installazzjoni” sabiex jiġu implimentati sinerġiji bejn il-Portal u l-bażijiet tad-data dwar il-pressjonijiet ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, inklużi dawk koperti mid-Direttiva 2010/75/UE, u biex tiġi żgurata l-koerenza mal-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva u biex tiġi appoġġjata tali implimentazzjoni.

(12)

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Protokoll, ir-rekwiżiti tar-rapportar previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-attivitajiet kollha elenkati fl-Anness I tal-Protokoll u, sabiex jiġu sodisfatti dawk ir-rekwiżiti ta’ rapportar, jenħtieġ li tiġi indikata l-faċilità li għaliha tappartjeni l-installazzjoni, jew parti minnha. Barra minn hekk, u bil-ħsieb li jinkisbu sinerġiji mal-liġi ambjentali relatata tal-Unjoni li taffettwa l-installazzjonijiet industrijali, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun allinjat ukoll mal-attivitajiet industrijali skont l-Annessi I u Ia tad-Direttiva 2010/75/UE u ma’ ċerti attivitajiet magħżula koperti mid-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(13)

Sabiex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjonijiet industrijali, id-data li għandha tiġi inkluża fil-Portal jenħtieġ li tkopri, ’il fuq mil-livelli limitu kwantitattivi applikabbli elenkati fl-Anness II, ir-rilaxx fl-ambjent ta’ ċerti inkwinanti, it-trasferimenti barra mis-sit tal-ilma mormi li jkun fih dawk l-inkwinanti u t-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart.

(14)

Jenħtieġ li l-Portal jinkludi wkoll data dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materja prima rilevanti mill-installazzjonijiet ikkonċernati, biex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-progress lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti ħafna fir-riżorsi Id-data li għandha tiġi inkluża fil-Portal jenħtieġ li tkopri l-materja prima rilevanti li tintuża fil-proċess tal-produzzjoni u li jkollha effett jew impatt sinifikanti fuq l-ambjent. Id-determinazzjoni ta’ x’għandu jitqies bħala materja prima rilevanti għandha tkun ibbażata fuq ix-xogħol li sar fil-proċess li wassal għat-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE.

(15)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-rapportar mill-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-lista ta’ materja prima rilevanti li għandha tiġi rrapportata mill-operaturi wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni ambjentali. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(16)

L-operaturi tal-installazzjonijiet jenħtieġ li jirrapportaw informazzjoni dwar il-volum tal-produzzjoni u s-sigħat ta’ tħaddim tal-installazzjoni kkonċernata sabiex tkun possibbli l-kuntestwalizzazzjoni tad-data rrapportata dwar ir-rilaxxi ta’ inkwinanti, it-trasferimenti barra mis-sit tal-ilma mormi li fih dawk l-inkwinanti u t-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni, fejn applikabbli, tiġi ttrattata f’konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mal-kunfidenzjalità ta’ dan ir-Regolament.

(17)

Il-benefiċċju ġenerali tal-Portal għall-aċċess għal informazzjoni ambjentali dwar installazzjonijiet industrijali jenħtieġ li jiġi massimizzat billi jiġu inklużi informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni b’mod konformi mad-Direttiva 2010/75/UE kif ukoll flussi ta’ informazzjoni oħra li jirriżultaw mil-liġi ambjentali tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-art u l-liġi tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart, inkluż ir-rapportar skont id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u d-Direttiva 2010/75/UE. Barra minn hekk, sabiex jiġi mmassimizzat il-valur tal-Portal għall-utenti, jenħtieġ li dan jitfassal biex jiffaċilita l-integrazzjoni futura ma’ flussi rilevanti oħra ta’ data ambjentali.

(18)

Għall-finijiet taċ-ċertezza ġuridika, l-operaturi jew l-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw jekk id-data dwar ir-rilaxx tal-inkwinanti, it-trasferimenti barra mis-sit tal-ilma mormi li fih dawk l-inkwinanti u t-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart ikunu taħt il-livelli limitu tar-rapportar.

(19)

Sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data rrapportata u biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tagħha, jixraq li jiġu armonizzati l-metodi ta’ kwantifikazzjoni li għandhom jintużaw mill-operaturi meta jirrapportaw ir-rilaxx tal-inkwinanti, it-trasferimenti barra mis-sit tal-ilma mormi li fih dawk l-inkwinanti u t-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart u l-użu tar-riżorsi. Peress li l-kejl huwa l-aktar metodu ta’ kwantifikazzjoni preċiż, l-operaturi jenħtieġ li jużaw il-kejl għall-finijiet ta’ kwantifikazzjoni. Meta l-kejl ma jkunx fattibbli, l-operaturi jenħtieġ li jużaw il-kalkolu. L-istima jenħtieġ li tintuża biss bħala l-aħħar għażla.

(20)

Peress li l-operaturi tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-bhejjem u tal-akkwakultura jistgħu ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex jikkwantifikaw b’mod akkurat ir-rilaxx intenzjonat ta’ inkwinanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu intitolati li jikkwantifikaw tali rilaxxi f’isimhom.

(21)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament rigward ir-rapportar mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi t-tip u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-iskadenzi tar-rapportar. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(22)

Minħabba l-importanza li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom aċċess rapidu għall-informazzjoni ambjentali, huwa essenzjali li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu d-data disponibbli għall-pubbliku malajr kemm ikun teknikament fattibbli. Għal dak il-għan, filwaqt li l-iskadenza preċiża tar-rapportar għandha tiġi stabbilita f’att ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li ma tkunx aktar tard minn 11-il xahar mit-tmiem tas-sena tar-rapportar ikkonċernata.

(23)

Fejn xieraq, il-Portal jenħtieġ li jiffaċilita wkoll l-aċċess għal informazzjoni dwar ir-rilaxx ta’ inkwinanti minn sorsi diffużi sabiex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jqiegħdu f’kuntest aħjar ir-rilaxx ta’ inkwinanti u jagħżlu l-aktar soluzzjoni effettiva għat-tnaqqis tat-tniġġis.

(24)

Id-data rrapportata mill-Istati Membri u l-operaturi jenħtieġ li tkun ta’ kwalità għolja b’mod partikolari fir-rigward tal-akkuratezza, il-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibbiltà tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-kwalità tad-data pprovduta mill-operaturi.

(25)

L-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali rrapportata mill-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunx ristrett u jenħtieġ li l-eċċezzjonijiet minn dik ir-regola jkunu possibbli biss f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jew mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), kif xieraq.

(26)

Il-parteċipazzjoni pubblika jenħtieġ li tiġi żgurata f’kwalunkwe żvilupp ulterjuri tal-Portal billi jiġu pprovduti opportunitajiet bikrija u effettivi biex jiġu ppreżentati kummenti, informazzjoni, analiżi u opinjonijiet għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’dak ir-rigward.

(27)

Sabiex ittejjeb l-utilità u l-impatt tal-Portal, il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija, jenħtieġ li tiżviluppa gwida li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolamen b’attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma kinux parti mir-Regolament (KE) Nru 166/2006, u l-effetti potenzjali fuq is-setturi mhux koperti minn dak ir-Regolament.

(28)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ taġġorna l-lista ta’ attivitajiet industrijali jew agrikoli li fir-rigward tagħhom japplikaw ir-rekwiżiti tar-rapportar, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) biex temenda dan ir-Regolament għall-fini tal-allinjament tal-Anness I mal-emendi għall-Protokoll.

(29)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex temenda l-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex jiġu ddeterminati l-livelli limitu tar-rapportar, biex jiżdiedu inkwinanti li huma soġġetti għal miżuri regolatorji speċifiċi skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-ilma u tal-arja u dwar is-sustanzi kimiċi, inklużi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u d-Direttivi 2000/60/KE (19), 2004/107/KE (20), 2006/118/KE (21), 2008/50/KE (22), 2008/105/KE (23) u (UE) 2020/2184 (24) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u biex jiġu riflessi l-bidliet li saru fil-Protokoll fir-rigward tal-inkwinanti li għandhom jiġu rrapportati jew il-livelli limitu tar-rapportar tagħhom. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni sħiħa ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2025, tadotta att delegat li jirrevedi l-lista ta’ sustanzi u l-limiti stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament, inkluż, fost oħrajn, valutazzjoni tal-ħtieġa li jitnaqqsu l-limiti ta’ rapportar għas-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) u sustanzi rilevanti oħra.

(30)

Meta tadotta atti delegati, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (25). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(31)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tiegħu u jenħtieġ li jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

(32)

Peress li r-Regolament (KE) Nru 166/2006 hemm bżonn li jiġi mmodifikat sostanzjalment, jenħtieġ li jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament għal raġunijiet ta’ ċertezza ġuridika, ċarezza u trasparenza.

(33)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali permezz tal-ħolqien ta’ bażi tad-data elettronika integrata u koerenti mal-Unjoni kollha u li jippermetti l-monitoraġġ tat-tniġġis industrijali sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tiegħu, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri peress li l-ħtieġa għal data komparabbli fl-Istati Membri kollha titlob livell għoli ta’ armonizzazzjoni, iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(34)

Ir-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti b’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw mis-sena tar-rapportar 2027 sabiex l-Istati Membri u l-operaturi jkollhom biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri meħtieġa.

(35)

Sabiex tiġi żgurata kemm il-kontinwità tad-data kif ukoll iċ-ċertezza ġuridika, ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 jenħtieġ li jkompli japplika għas-sena tar-rapportar 2026,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ April 2024.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. MICHEL

Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-ġbir u r-rapportar tad-data ambjentali dwar l-installazzjonijiet industrijali u jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“il-Portal”) fil-livell tal-Unjoni fil-forma ta’ bażi tad-data online li tagħti aċċess pubbliku għal tali data.

Dan ir-Regolament jimplimenta l-Protokoll UNECE dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (“il-Protokoll”).

Artikolu 2 Objettivi

Artikolu 2

Objettivi

L-objettivi ta’ dan ir-Regolament huma li jtejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni permezz tal-istabbiliment tal-Portal, u b’hekk jiffaċilita l-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali, kif ukoll li jidentifika s-sorsi tat-tniġġis industrijali, u li jippermetti l-monitoraġġ tat-tniġġis industrijali sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tiegħu.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 4 Kontenut tal-Portal
Artikolu 5 Disinn u struttura tal-Portal
Artikolu 6 Rapportar mill-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 7 Rapportar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni
Artikolu 8 Data dwar ir-rilaxx ta’ inkwinanti minn sorsi diffużi
Artikolu 9 Assigurazzjoni u valutazzjoni tal-kwalità
Artikolu 10 Aċċess għall-informazzjoni
Artikolu 11 Kunfidenzjalità

Artikolu 11

Kunfidenzjalità

Meta d-data titqies kunfidenzjali minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament għas-sena tar-rapportar ikkonċernata għandu jindika separatament għal kull installazzjoni liema data ma tkunx tista’ ssir pubblika u għandu jagħti r-raġunijiet għal dak.

Artikolu 12 Parteċipazzjoni pubblika
Artikolu 13 Gwida

Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, għandha tfassal u taġġorna perjodika u f’konsultazzjoni mal-Istati Membriment gwida li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li tindirizza mill-inqas dan li ġej:

Artikolu 14 Sensibilizzazzjoni

Artikolu 14

Sensibilizzazzjoni

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-għarfien pubbliku tal-Portal u l-fehim u l-użu tad-data inkluża fih.

Artikolu 15 Emendi għall-Annessi
Artikolu 16 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 17 Proċedura ta’ Kumitat
Artikolu 18 Penali u miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità
Artikolu 19 Rieżami

Artikolu 19

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-Annessi tiegħu, mill-inqas kull ħames snin mid-data tal-applikazzjoni tiegħu. L-għan tar-rieżami għandu jkun, fost affarijiet oħra, li jiżgura l-allinjament ta’ dan ir-Regolament u l-Annessi tiegħu mal-progress xjentifiku u tekniku. Il-proċess ta’ rieżami għandu jqis kif xieraq l-inizjattivi internazzjonali li jindirizzaw ir-rilaxx ta’ inkwinanti minn attivitajiet industrijali u l-impatt tar-rilaxx ta’ tali inkwinanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, l-aħjar prattiki u progress tal-Istati Membri f’dak ir-rigward, u l-progress fir-riċerka u t-teknoloġija.

Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda dan ir-Regolament jew l-Annessi tiegħu, jew it-tnejn li huma.

Artikolu 20 Tħassir

Artikolu 20

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2028.

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 166/2006 imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 21 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Minkejja l-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 għandu jkompli japplika fir-rigward tar-rapportar għas-sena 2026.

Artikolu 22 Dħul fis-seħħ

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2028.


(1)   ĠU C 443, 22.11.2022, p. 130.

(2)   ĠU C 498, 30.12.2022, p. 154.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2024 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2024.

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/61/KE tat-2 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll UN-ECE dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 54).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(14)  Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(16)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(19)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(20)  Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).

(21)  Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).

(22)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(23)  Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).

(24)  Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).

(25)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(26)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(27)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

ANNESS I Attivitajiet

ANNESS I

Attivitajiet

Attività

Livell Limitu ta’ Kapaċità

1

Attivitajiet imniżżlin fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE

‘Il fuq mil-livelli limitu applikabbli ta’ kapaċità stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE

2

Attivitajiet imniżżlin fl-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE

‘Il fuq mil-livelli limitu applikabbli ta’ kapaċità stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE

3

Attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2015/2193 (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE)

Impjant tal-kombustjoni b’input termali kklassifikat ta’ mill-inqas 20 MW u inqas minn 50 MW

4

Tħaffir taħt l-art u operazzjonijiet relatati, inkluża l-estrazzjoni ta’ żejt grezz jew gass onshore jew offshore (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE)

L-ebda livell limitu ta’ kapaċità (l-installazzjonijiet kollha huma soġġetti għal rapportar)

5

Tħaffir fil-miftuħ u xogħol fil-barrieri (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE)

Fejn is-superfiċe tal-erja li effettivament qed tiġi mħaffra hija ta’ 25 ettaru

6

Impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban

B’kapaċità ta’ 100 000 ekwivalenti ta’ popolazzjoni jew aktar

7

Akkwakultura bbażata fuq l-għalf

Li taqbeż kapaċità ta’ produzzjoni annwali ta’ 500 tunnellata

8

Installazzjonijiet għall-bini u/jew iż-żarmar tal-vapuri, u għat-tiżbigħ jew it-tneħħija ta’ żebgħa mill-vapuri

B’kapaċità għall-vapuri li għandhom tul ta’ 100 metru

9

Elettroliżi tal-ilma għall-produzzjoni tal-idroġenu

Produzzjoni fuq skala industrijali

ANNESS II

ANNESS II

Inkwinanti (1)

Nru

Numru CAS

Inkwinant (1)

Livell limitu għar-rilaxxi

(kolonna 1)

fl-arja

(kolonna 1a)

kg/sena

fl-ilma

(kolonna 1b)

kg/sena

fl-art

(kolonna 1c)

kg/sena

1

74-82-8

Metan (CH4)

100 000

— (2)

—

2

630-08-0

Monossidu tal-karbonju (CO)

500 000

—

—

3

124-38-9

Monossidu tal-karbonju (CO)

100 miljun

—

—

4

 

Idrofluworokarburi (HFCs) (3)

100

—

—

5

10024-97-2

Ossidu nitruż (N2O)

10 000

—

—

6

7664-41-7

Ammonijaka (NH3)

10 000

—

—

7

 

Komposti volatili organiċi mhux tal-metan (NMVOC)

100 000

—

—

8

 

Ossidi tan-nitroġenu (NOx/NO2)

100 000

—

—

9

 

Perfluworokarburi (PFCs) (4)

100

—

—

10

2551-62-4

Eżafluworur tal-kubrit (SF6)

50

—

—

11

 

Ossidi tal-kubrit (SOx/SO2)

150 000

—

—

12

 

Nitroġenu totali

—

50 000

50 000

13

 

Fosforu totali

—

5 000

5 000

14

 

Idroklorofluworokarburi (HCFCs) (5)

1

—

—

15

 

Klorofluworokarburi (CFCs) (6)

1

—

—

16

 

Aloni (7)

1

—

—

17

 

Arseniku u komposti tieħu (bħala As) (8)

20

5

5

18

 

Kadmju u komposti tiegħu (bħala Cd) (8)

10

5

5

19

 

Kromu u komposti tiegħu (bħala Cr) (8)

100

50

50

20

 

Ram u komposti tiegħu (bħala Cu) (8)

100

50

50

21

 

Merkurju u komposti tiegħu (bħala Hg) (8)

10

1

1

22

 

Nikil u komposti tiegħu (bħala Ni) (8)

50

20

20

23

 

Ċomb u komposti tiegħu (bħala Pb) (8)

200

20

20

24

 

Żingu u komposti tiegħu (bħala Zn) (8)

200

100

100

25

15972-60-8

Alaklor

—

1

1

26

309-00-2

Aldrin

1

1

1

27

1912-24-9

Atrażina

—

1

1

28

57-74-9

Klordan

1

1

1

29

143-50-0

Klordekon

1

1

1

30

470-90-6

Klorfenvinfos

—

1

1

31

85535-84-8

Kloroalkani, C10-C13

—

1

1

32

2921-88-2

Klorpirifos

—

1

1

33

50-29-3

DDT

1

1

1

34

115-32-2

Dikofol

1

1

1

35

107-06-2

1,2-dikloroetan (EDC)

1 000

10

10

36

75-09-2

Diklorometan (DCM)

1 000

10

10

37

60-57-1

Dieldrina

1

1

1

38

330-54-1

Dijuron

—

1

1

39

115-29-7

Endosulfan

—

1

1

40

72-20-8

Endrina

1

1

1

41

 

Komposti organiċi aloġenati (bħala AOX) (9)

—

1 000

1 000

42

76-44-8

Ettakloru

1

1

1

43

118-74-1

Eżaklorobenżen (HCB)

10

1

1

44

87-68-3

Eżaklorobutadien (HCBD)

—

1

1

45

608-73-1

1,2,3,4,5,6-eżakloroċikloeżan (HCH)

10

1

1

46

58-89-9

Lindan

1

1

1

47

2385-85-5

Mireks

1

1

1

48

 

PCDD + PCDF (diossini + furani)(bħala Teq) (10)

0,0001

0,0001

0,0001

49

608-93-5

Pentaklorobenżen

1

1

1

50

87-86-5

Pentaklorofenol (PCP)

10

1

1

51

335-67-1

Aċidu perfluworoottanojku (PFOA) u l-imlieħ tiegħu

1

1

1

52

355-46-4

Perfluworoeżan-1-aċidu sulfoniku (PFHxS) u l-imlieħ tiegħu

1

1

1

53

1336-36-3

Bifenili poliklorurati (PCBs)

0,1

0,1

0,1

54

122-34-9

Simażina

—

1

1

55

127-18-4

Tetrakloroetilen (PER)

2 000

10

—

56

56-23-5

Tetraklorometan (TCM)

100

1

—

57

12002-48-1

Triklorobenżeni (TCBs) (kollha iżomeri)

10

1

—

58

71-55-6

1,1,1-trikloroetan

100

—

—

59

79-34-5

1,1,2,2-tetrakloroetan

50

—

—

60

79-01-6

Trikloroetilen

2 000

10

—

61

67-66-3

Triklorometan

500

10

—

62

8001-35-2

Toksafen

1

1

1

63

75-01-4

Klorur tal-vinil

1 000

10

10

64

120-12-7

Antraċen

50

1

1

65

71-43-2

Benżen

1 000

200 (bħala BTEX) (11)

200 (bħala BTEX) (11)

66

 

Difenileteri brominati (PBDE) (12)

—

1

1

67

 

Nonilfenol u etossilati tan-nonilfenol (NP/NPEs)

—

1

1

68

100-41-4

Etil benżen

—

200 (bħala BTEX) (11)

200 (bħala BTEX) (11)

69

75-21-8

Ossidu tal-etilen

1 000

10

10

70

34123-59-6

Isoproturon

—

1

1

71

91-20-3

Naftalen

100

10

10

72

 

Komposti tal-organotin (bħala Sn totali)

—

50

50

73

117-81-7

Di-(2-etil eżil) ftalat (DEHP)

10

1

1

74

108-95-2

Fenoli (bħala C totali) (13)

—

20

20

75

 

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) (14)

50

5

5

76

108-88-3

Toluwen

—

200 (bħala BTEX) (11)

200 (bħala BTEX) (11)

77

 

Tributiltin u komposti tiegħu (15)

—

1

1

78

 

Trifeniltin u komposti tiegħu (16)

—

1

1

79

 

Karbonju organiku totali (TOC) (bħala C jew COD/3 totali)

—

50 000

—

80

1582-09-8

Trifluralina

—

1

1

81

1330-20-7

Ksileni (17)

—

200 (bħala BTEX) (11)

200 (bħala BTEX) (11)

82

 

Kloruri (bħala Cl totali)

—

2 miljuni

2 miljuni

83

 

Kloru u komposti inorganiċi (bħala HCl)

10 000

—

—

84

1332-21-4

Asbestos

1

1

1

85

 

Ċjanuri (bħala CN totali)

—

50

50

86

 

Fluworuri (bħala F totali)

—

2 000

2 000

87

 

Fluworu u komposti inorganiċi (bħala HF)

5 000

—

—

88

74-90-8

Ċjanur tal-idroġenu (HCN)

200

—

—

89

 

Materja partikolata (PM 10)

50 000

—

—

90

1806-26-4

Ottilfenoli u etossilati tal-Ottilfenol

—

1

—

91

206-44-0

Fluworanten

—

1

—

92

465-73-6

Isodrin

—

1

—

93

36355-1-8

Eżabromobifenil

0,1

0,1

0,1

94

191-24-2

Benżo(g,h,i)perilen

 

1

 


(1)  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor kwalunkwe inkwinant imsemmi f’dan l-Anness għandu jiġi rrapportat bħala l-massa totali ta’ dak l-inkwinant jew, f’każ li l-inkwinant ikun grupp ta’ sustanzi, bħala l-massa totali tal-grupp.

(2)  Sing (—) jindika li l-parametru u l-medium inkwistjoni ma joħolqux obbligu ta’ rapportar.

(3)  Massa totali ta’ fluworokarburi tal-idroġenu: is-somma ta’ HFC23, HFC32, HFC41, HFC4310mee, HFC125, HFC134, HFC134a, HFC152a, HFC143, HFC143a, HFC227ea, HFC236fa, HFC245ca, HFC365mfc.

(4)  Massa totali ta’ perfluworokarburi: is-somma ta’ CF4, C2F6, C3F8, C4F10, c-C4F8, C5F12, C6F14.

(5)  Massa totali ta’ sustanzi inklużi l-iżomeri tagħhom elenkati fil-Grupp VIII tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1).

(6)  Massa totali tas-sustanzi inklużi l-iżomeri tagħhom elenkati fil-Gruppi I u II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

(7)  Massa totali tas-sustanzi elenkati inklużi l-iżomeri tagħhom elenkati fil-Gruppi III u VI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

(8)  Il-metalli kollha għandhom ikunu rapportati bħala l-massa totali tal-element fil-forom kimiċi kollha preżenti fir-rilaxx.

(9)  Komposti organiċi aloġenati li jistgħu jiġu assorbiti mal-karbonju attivat espress bħala klorur.

(10)  Espress bħala I-TEQ.

(11)  L-inkwinanti singoli jridu jiġu rapportati jekk jinqabeż il-livell limitu għall-BTEX (il-parametru totali ta’ benżen, toluwen, etil benżen, ksileni).

(12)  Massa totali tad-difenileteri brominati li ġejjin: penta-BDE, octa-BDE u deca-BDE.

(13)  Massa totali ta’ fenol u sostituti sempliċi tal-fenoli espressi bħala karbonju totali.

(14)  Għar-rapportar tar-rilaxxi fl-arja, l-idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAHs) iridu jitkejlu bħala benżo(a)piren (50-32-8), benżo(b)fluworanten (205-99-2), benżo(k)fluworanten (207-08-9) u indeno(1,2,3-cd)piren (193-39-5) kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

(15)  Massa totali ta’ komposti ta’ tributiltin, espressa bħala massa ta’ tributiltin.

(16)  Massa totali ta’ komposti ta’ trifeniltin, espressa bħala massa ta’ trifeniltin.

(17)  Massa totali ta’ ksileni (ortoksileni, metaksileni, paraksileni).

ANNESS III Tabella ta’ korrelazzjoni

ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 166/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, il-punt (1

Artikolu 3, il-punt (4)

Artikolu 2, il-punt (2)

Artikolu 3, il-punt (13)

Artikolu 2, il-punt (3)

Artikolu 3, il-punt (1)

Artikolu 2, il-punt (4)

Artikolu 3, il-punt (2)

Artikolu 2, il-punt (5)

Artikolu 3, il-punt (3)

Artikolu 2, il-punt (6)

Artikolu 3, il-punt (8)

Artikolu 2, il-punt (7)

Artikolu 3, il-punt (17)

Artikolu 2, il-punt (8)

Artikolu 3, il-punt (7)

Artikolu 2, il-punt (9)

Artikolu 3, il-punt (6)

Artikolu 2, il-punt (10)

Artikolu 3, il-punt (5)

Artikolu 2, il-punt (11)

Artikolu 3, il-punt (9)

Artikolu 2, il-punt (12)

Artikolu 3, il-punt (12)

Artikolu 2, il-punt (13)

Artikolu 3, il-punt (10)

Artikolu 2, il-punt (14)

Artikolu 3, il-punt (14)

Artikolu 2, il-punt (15)

Artikolu 3, il-punt (11)

Artikolu 2, il-punt (16)

Artikolu 3, il-punt (15)

Artikolu 2, il-punt (17)

Artikolu 3, il-punt (14)

Artikolu 3, punt (a)

Artikolu 4(1), punt (a)

Artikolu 3, punt (b)

Artikolu 4(1), punt (b)

Artikolu 3, punt (c)

Artikolu 4(1), punt (f)

Artikolu 4(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(1), point (a)

Artikolu 6(1), punt (a)

Artikolu 5(1), punt (b)

Artikolu 6(1), punt (b)

Artikolu 5(1), punt (c)

Artikolu 6(1), punt (c)

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

—

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6(4)

Artikolu 5(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 6(5)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(6)

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(7)

Artikolu 5(4)

—

Artikolu 5(5)

Artikolu 6(8)

Artikolu 6

Artikolu 6(1), punt (b)

Artikolu 7(1)

Artikolu 6(10)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3)

—

Artikolu 9(4)

—

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(3)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13

—

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 18

Artikolu 15

Artikolu 18a

Artikolu 16

Artikolu 19

Artikolu 17

Artikolu 20

Artikolu 18

Artikolu 21

—

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1244
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.