+Artikolu 6 Rapportar mill-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7
---+Artikolu 6 8
---+Artikolu 6 9
---+Artikolu 6 10
---+Artikolu 6 11
|
Artikolu 6 Rapportar mill-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Kull operatur ta’ installazzjoni li jwettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, li jissodisfaw jew jeċċedu l-livelli limitu ta’ kapaċità applikabbli speċifikati f’dak l-Anness u li jew jirrilaxxa kwalunkwe sustanza niġġiesa elenkata fl-Anness II fi kwantità ogħla mil-limiti applikabbli, jew jaqbeż il-limiti tal-iskart stabbiliti fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, għandu jirrapporta kull sena, lill-awtorità kompetenti tiegħu tal-anqas l-informazzjoni u d-data li ġejjin, sakemm dik l-informazzjoni jew data ma tkunx diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti:
|
(a)
|
data dwar ir-rilaxx fl-arja, fl-ilma, jew fl-art ta’ kwalunkwe inkwinant elenkat fl-Anness II li għalihom il-livell limitu applikabbli speċifikat f’dak l-Anness ikun inqabeż;
|
|
(b)
|
data dwar it-trasferimenti barra mis-sit ta’ skart perikoluż ta’ piż ta’ aktar minn żewġ tunnellati fis-sena għal kull faċilità jew ta’ skart mhux perikoluż li l-piż tiegħu hu aktar minn 2 000 tunnellata fis-sena għal kull faċilità, għal kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi bl-eċċezzjoni tat-trattament tal-art u injezzjoni fil-fond, kif speċifikat fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE, b’indikazzjonijiet bl-ittri “R” jew “D” jekk l-iskart huwiex destinat għall-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi, rispettivament, u, għal movimenti li jaqsmu l-fruntieri ta’ skart perikoluż, l-isem u indirizz tal-impriża li wettqet l-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi li jinvolvu l-iskart u tas-sit effettiv tal-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi; l-iskart li jkun soġġett għal operazzjonijiet ta’ rimi bi trattament tal-art jew injezzjoni fil-fond għandu jiġi rrapportat bħala rilaxx għall-art mill-operatur tal-installazzjoni li minnha joriġina l-iskart biss;
|
|
(c)
|
data dwar it-trasferimenti barra mis-sit ta’ kwalunkwe inkwinant elenkat fl-Anness II f’ilma mormi li huwa destinat għat-trattament tal-ilma mormi li għalih il-livell limitu speċifikat fil-kolonna 1b ta’ dak l-Anness inqabeż;
|
|
(d)
|
data dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materja prima rilevanti kif determinat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu;
|
|
(e)
|
informazzjoni li tippermetti l-kuntestwalizzazzjoni tad-data rrapportata skont il-punti (a) sa (d), inkluż il-volum tal-produzzjoni u l-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim;
|
|
(f)
|
informazzjoni dwar jekk l-installazzjoni hijiex koperta mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), mid-Direttiva 91/271/KEE, id-Direttiva 2010/75/UE, mid-Direttiva 2012/18/UE, mid-Direttiva (UE) 2015/2193 jew minn kwalunkwe liġi ambjentali oħra tal-Unjoni identifikata fil-format tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
(g)
|
informazzjoni dwar il-faċilità li għaliha tappartjeni l-installazzjoni.
|
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2025, tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lista ta’ materja prima rilevanti li għandha tiġi rrapportata skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li tispeċifika t-tipi u l-unitajiet, abbażi tad-dokumenti ta’ referenza dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (11), tad-Direttiva 2010/75/UE. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dawk l-atti ta’ implimentazzjoni u għandha tirrevedihom, fejn rilevanti.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Meta r-rilaxx kif msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jew it-trasferimenti barra s-sit ta’ inkwinanti msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ma jaqbżux il-livelli limitu applikabbli speċifikati fl-Anness II, jew meta t-trasferimenti tal-iskart barra mis-sit ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-operatur tal-installazzjoni kkonċernata għandu jiddikjara, fir-rapport tiegħu, li r-rilaxx tal-inkwinanti jew it-trasferimenti barra mis-sit tal-inkwinanti jew l-iskart huma taħt dawk il-livelli limitu.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu biss fl-ewwel rapport għal installazzjoni, jew parti minnha, imfassal minn operatur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew fl-ewwel rapport imfassal minn operatur wara li r-rilaxx tal-inkwinanti jew it-trasferimenti barra mis-sit tal-inkwinanti jew tal-iskart ma jibqgħux jaqbżu l-livelli limitu applikabbli speċifikati fl-Anness II.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Meta jkunu qed iħejju r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi għandhom jagħmlu użu mill-aħjar informazzjoni disponibbli. L-operaturi għandhom jiksbu d-data permezz ta’ kejl. Fejn il-kejl ma jirriżultax fl-aħjar informazzjoni disponibbli, ma jkunx prattikabbli jew ma jkunx teknoloġikament u ekonomikament vijabbli, l-operaturi għandhom jiksbu d-data permezz ta’ kalkolu. Fejn la l-kejl u lanqas il-kalkolu ma jkunu prattikabbli, l-operaturi jistgħu jiksbu d-data permezz ta’ stima. L-informazzjoni tista’ tinkludi data ta’ monitoraġġ, fatturi ta’ emissjoni, ekwazzjonijiet tal-bilanċ tal-massa, monitoraġġ indirett jew kalkoli oħra, ġudizzji tal-inġinerija u metodi oħra li huma f’konformità mal-Artikolu 9(1) u, fejn disponibbli, f’konformità ma’ metodoloġiji approvati internazzjonalment.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. L-operaturi għandhom jispeċifikaw fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 il-metodi użati għall-kisba tad-data. Fejn id-data tkun inkisbet permezz ta’ kejl, għandu jiġi indikat il-metodu analitiku. Fejn id-data tkun inkisbet permezz ta’ kalkolu, għandu jiġi indikat il-metodu ta’ kalkolu.
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Ir-rilaxxi msemmija fl-Anness II li huma rrapportati fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandhom jinkludu r-rilaxxi kollha mis-sorsi kollha inklużi fl-Anness I fis-sit tal-installazzjoni.
|
|
Artikolu 6 6
|
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, id-data dwar ir-rilaxxi u t-trasferimenti għandha tiġi rrapportata bħala totali ta’ kull attività magħmula deliberatament, aċċidentalment, bħala rutina u mhux bħala rutina. Meta jipprovdu din id-data, l-operaturi għandhom jispeċifikaw kwalunkwe data li tkun marbuta mar-rilaxx aċċidentali tal-inkwinanti.
|
|
Artikolu 6 7
|
7. L-operatur ta’ kull installazzjoni għandu jiġbor bi frekwenza xierqa id-data meħtieġa sabiex jiġi determinat liema mir-rilaxxi u mit-trasferimenti barra mis-sit tal-installazzjoni, jew parti minnha, huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar taħt paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 6 8
|
8. L-operatur ta’ kull installazzjoni għandu jżomm ir-reġistri li minnhom ittieħdet id-data rapportata disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tiegħu għal 5 snin, li jibda mit-tmiem tas-sena tar-rapportar ikkonċernata. Dawk ir-reġistri għandhom jispjegaw ukoll il-metodoloġija li ntużat għall-ġbir tad-data.
|
|
Artikolu 6 9
|
9. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkwantifikaw ir-rilaxxi intenzjonati kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu huma stess f’isem l-operaturi tal-installazzjonijiet koperti mill-attivitijiet imsemmija fit-tieni ringiela u s-seba’ ringiela tal-Anness I. F’tali każijiet, il-paragrafi 1 sa 8 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal dawk l-operaturi fir-rigward ta’ tali rilaxxi.
|
|
Artikolu 6 10
|
10. Għall-finijiet tal-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw data sa meta l-operaturi għandhom jipprovdu d-data msemmija f’dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
|
|
Artikolu 6 11
|
11. Sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 15(3), meta installazzjoni, jew parti minnha, ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, iżda tkun parti minn faċilità li tissodisfa dawk il-kundizzjonijiet, dik l-installazzjoni, jew parti minnha, għandha tkun soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’dan l-Artikolu, ħlief għall-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1244
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|