+4.3 L- organizzazzjoni tal - funzjoni ta’ konformità tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp
---+74. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tadatta l - qafas ta’ kontroll intern …
---+75. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tiżgura li l - impriża prinċipali, fejn …
---+76. Meta l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja tkun il - kumpanija prinċipali ta’ grupp, din …
---+77. Meta l - kumpanija prinċipali tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u għalhekk entità …
---+78. Meta jiġu implimentati politiki u proċeduri għall - grupp kollu kif imsemmi fl - Artikolu 45 …
---+79. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja prinċipali għandha: a) taħtar membru tal - korp …
---+80. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jikkoopera/tikkoopera bis …
---+81. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - …
---+82. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jipproduċi/tipproduċi …
---+83. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT ta’ sussidjarja jew fergħa għandu/għandha …
---+84. Il - grupp għandu jiżgura li l - politiki u l - proċeduri li l - entitajiet stabbiliti jkunu …

4.3 L- organizzazzjoni tal - funzjoni ta’ konformità tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp

4.3.1 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il - kuntest tal - grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
74. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tadatta l - qafas ta’ kontroll intern …

L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tadatta l - qafas ta’ kontroll intern tagħha għall - ispeċifiċità tan - negozju tagħha, għall - kumplessità tagħha u għar - riskji assoċjati, filwaqt li tqis il - kuntest tal - grupp.

75. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tiżgura li l - impriża prinċipali, fejn …

L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għandha tiżgura li l - impriża prinċipali, fejn tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, ikollha biżżejjed data u informazzjoni u tkun tista’ tivvaluta l - profil tar - riskju tal - ML/TF għall - grupp kollu, f’konformità mal - linji gwida tal - EBA dwar il - fatturi ta’ riskju tal -ML/TF14 .


14 Linji gwida riveduti tal - EBA dwar il - fatturi ta’ riskju tal - ML/TF: EBA/GL/2021/02

76. Meta l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja tkun il - kumpanija prinċipali ta’ grupp, din …

Meta l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja tkun il - kumpanija prinċipali ta’ grupp, din għandha tiżgura li kull korp maniġerjali, linja tan - negozju u unità interna, inkluża kull funzjoni ta’ kontroll intern, ikollha l - informazzjoni meħtieġa biex tkun tista’ twettaq id - dmirijiet tagħha. B’mod partikolari għandha tiżgura skambju ta’ informazzjoni adegwata bejn il - linji operatorji u l - funzjoni ta’ konformità u l - funzjoni ta’ verifika tal - konformità mal - AML/CFT fejn tkun funzjoni ta’ kontroll separata, fil - livell tal - grupp u bejn il - kapijiet tal - funzjonijiet ta’ kontroll intern fil - livell tal - grupp u l - korp ta’ ġestjoni tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja.

4.3.2 Ir- rwol tal - korp maniġerjali fir - rigward tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp

77. Meta l - kumpanija prinċipali tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u għalhekk entità …

Meta l - kumpanija prinċipali tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u għalhekk entità obbligata skont id - Direttiva (UE) 2015/849, il - korp maniġerjali tagħha għandu jwettaq mill - inqas il - kompiti li ġejjin:

  • a) sabiex ikollhom kartografija tar - riskji tal -ML/TF li għalihom tkun esposta kull entità tal - grupp, jiżguraw li l - entitajiet tal - grupp iwettqu l - valutazzjonijiet tar - riskju tal - ML/TF tagħhom stess b’mod ikkoordinat u abbażi ta’ metodoloġija komuni, iżda li jirriflettu l - ispeċifiċitajiet tagħhom stess, filwaqt li jitqies l - Artikolu 8(1) tad - Direttiva (UE) 2015/849 u l - linji gwida riveduti tal -EBA dwar il - fatturi ta’ riskju tal -ML/TF15 ;
  • b) Meta jiġu informati, minn membri tal - korp maniġerjali tal - grupp jew minn maniġer superjuri responsabbli mill - AML/CFT jew direttament mill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp, dwar l - attivitajiet superviżorji mwettqa f’entitajiet tal - grupp minn awtorità kompetenti, jew nuqqasijiet identifikati fih, jiżguraw li l - miżuri ta’ rimedju jitlestew mis - sussidjarja jew mill - fergħa b’mod f’waqtu u effettiv. 4.3.3 Rekwiżiti organizzazzjonali fil - livell tal - grupp

15 Linji gwida riveduti tal - EBA dwar il - fatturi ta’ riskju tal - ML/TF: EBA/GL/2021/02

78. Meta jiġu implimentati politiki u proċeduri għall - grupp kollu kif imsemmi fl - Artikolu 45 …

Meta jiġu implimentati politiki u proċeduri għall - grupp kollu kif imsemmi fl - Artikolu 45 tad - Direttiva (UE) 2015/849, interessi kunfliġġenti, jiġifieri kompiti li jiġġeneraw ir - riskju tal -ML/TF bħall - funzjoni kummerċjali, bejn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew finanzjarja, li hija entità obbligata skont id - Direttiva (UE) 2015/849, u sussidjarja jew fergħa, ma għandhomx jipperikolaw il - konformità mar - rekwiżiti tal - AML/CFT, u għandhom jiġu mitigati.

79. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja prinċipali għandha: a) taħtar membru tal - korp …

L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja prinċipali għandha:

  • a) taħtar membru tal - korp maniġerjali tagħha jew maniġer superjuri responsabbli mill -AML/CFT fost il - maniġers superjuri fil - livell tal - impriża omm, kif ukoll uffiċjal ta’ konformità tal -AML/CFT tal - grupp;
  • b) tistabbilixxi struttura ta’ koordinazzjoni organizzazzjonali u operazzjonali fil - livell tal - grupp b’setgħa suffiċjenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għall - ġestjoni tal - grupp tal - AML/CFT biex din il - pożizzjoni ssir effettiva fil - ġestjoni u fil - prevenzjoni tar - riskji tal - ML/TF, f’konformità mal - prinċipju tal - proporzjonalità u mal - leġiżlazzjoni domestika applikabbli;
  • c) tapprova l - politiki u l - proċeduri interni tal - grupp dwar l - AML/CFT u tiżgura li dawn ikunu konsistenti mal - istruttura tal - grupp u mad - daqs u l - karatteristiċi tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji li jappartjenu għalihom;
  • d) tistabbilixxi mekkaniżmi interni ta’ kontroll tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp;
  • e) tevalwa regolarment l - effettività tal - politiki u l - proċeduri tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp; u
  • f) għal istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja li topera fergħat jew sussidjarji domestikament, jew fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, taħtar uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp bħala koordinatur, biex tiġi żgurata l - implimentazzjoni mill - entitajiet kollha tal - grupp, li huma involuti f’attivitajiet finanzjarji, fil - politika tal - grupp u fis - sistemi u l - proċeduri adegwati u xierqa għall - prevenzjoni effettiva tal -ML/TF.
80. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jikkoopera/tikkoopera bis …

L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jikkoopera/tikkoopera bis - sħiħ mal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT ta’ kull entità.

81. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - …

L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - inqas il - kompiti li ġejjin:

  • a) jikkoordina/tikkoordina l - valutazzjoni tan - negozju kollu tar - riskji tal - ML/TF imwettqa fil - livell lokali minn entitajiet tal - grupp u jorganizza/torganizza l - aggregazzjoni tar - riżultati tagħhom sabiex ikollhom fehim tajjeb tan - natura, l - intensità u l - post tar - riskji tal - ML/TF li għalihom huwa espost il - grupp kollu kemm hu;
  • b) jabbozza/tabbozza l - valutazzjoni tar - riskju tal - ML/TF fil - grupp kollu. F’dan ir - rigward, l - entità omm tal - grupp għandha tqis, fis - sistema ta’ ġestjoni tar - riskju tal - ML/TF tagħha fil - livell tal - grupp, kemm ir - riskji individwali tad - diversi entitajiet tal - grupp kif ukoll l - interrelazzjonijiet possibbli tagħhom li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l - iskopertura għar - riskju għall - grupp kollu. F’dan ir - rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lir - riskji li għalihom ikunu esposti l - fergħat jew is - sussidjarji tal - grupp stabbiliti f’pajjiżi terzi, speċjalment jekk ikunu ta’ riskju għoli tal - ML/TF;
  • c) jiddefinixxi/tiddefinixxi standards tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp u jiżgura/tiżgura li l - politiki u l - proċeduri lokali, fil - livell tal - entità jikkonformaw mal - leġiżlazzjoni u r - regolamenti tal -AML/CFT applikabbli għal kull entità tal - grupp individwalment, u huma allinjati wkoll mal - istandards tal - grupp definiti;
  • d) jikkoordina/tikoordina l -att ivitajiet tad - diversi uffiċjali lokali ta’ konformità tal - AML/CFT fl - entitajiet operazzjonali tal - grupp sabiex jiżgura li dawn jaħdmu b’mod konsistenti;
  • e) jimmonitorja/timmonitorja l - konformità tal - fergħat u tas - sussidjarji li jinsabu f’pajjiżi terzi mad - dispożizzjonijiet tal - EU tal - AML/CFT, b’mod partikolari fejn ir - rekwiżiti għall - prevenzjoni tal - ML/TF ikunu inqas stretti minn dawk stabbiliti fid - Direttiva (UE) 2015/84916 ;
  • f) l - istabbiliment ta' politiki, proċeduri u miżuri għall - grupp kollu li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il - protezzjoni tad - data u l - kondiviżjoni tal - informazzjoni fi ħdan il - grupp għall - finijiet tal - AML/CFT, f’konformità mad - dispożizzjonijiet legali nazzjonali;
  • g) l - iżgurar li l - entitajiet tal - grupp ikollhom proċeduri adegwati tal - STRs u jikkondividu l - informazzjoni kif xieraq, inkluża l - informazzjoni li jkun ġie ppreżentat rapport dwar tranżazzjoni suspettuża (mingħajr preġudizzju għar - regoli nazzjonali dwar il - kunfidenzjalità fejn eżistenti).

16 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall - Istandards Tekniċi Regolatorji Konġunti tal - ESA dwar l - implimentazzjoni ta’ politiki tal - AML/CFT mifruxa mal - grupp kollu f’pajjiżi terzi tas -6 ta’ Diċembru 2017: JC 2017 25

82. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jipproduċi/tipproduċi …

L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha jipproduċi/tipproduċi rapport tal - attività tal - anqas fuq bażi annwali u jippreżentaha/tippreżentaha lill - korp ta’ ġestjoni tal - grupp. Minbarra l - punti msemmija fil - paragrafu 50, ir - rapport tal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu jkun fih, mill - inqas, il - punti li ġejjin mill - uffiċjali tal - konformità tal - AML/CFT fil - fergħat u s - sussidjarji:

  • a) statistika konsolidata fil - livell tal - grupp, speċjalment dwar l - esponiment għar - riskju u attivitajiet suspettużi;
  • b) monitoraġġ tar - riskji inerenti li seħħew f’sussidjarja jew fergħa waħda u f’sussidjarji u fergħat oħra, u l - analiżi tal - impatt tar - riskji residwi;
  • c) rieżamijiet superviżorji, awditi interni jew esterni ta’ sussidjarji jew fergħat tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja inklużi d - dgħufijiet serji identifikati fil - politiki u l - proċeduri tal -AML/CFT tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, u l - azzjonijiet jew ir - rakkomandazzjonijiet għal miżuri korrettivi; u
  • d) informazzjoni dwar it - tmexxija u s - sorveljanza ta’ sussidjarji u fergħat b’enfasi speċjali fuq dawk li jinsabu f’pajjiżi b’riskju għoli jekk applikabbli.
83. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT ta’ sussidjarja jew fergħa għandu/għandha …

L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT ta’ sussidjarja jew fergħa għandu/għandha jkollu/jkollha linja ta’ rapportar diretta mal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp.

84. Il - grupp għandu jiżgura li l - politiki u l - proċeduri li l - entitajiet stabbiliti jkunu …

Il - grupp għandu jiżgura li l - politiki u l - proċeduri li l - entitajiet stabbiliti jkunu allinjati mal - proċeduri u l - politiki tal - grupp sa fejn ikun permess skont il - liġi nazzjonali applikabbli. Abbażi tal - kriterji ta’ proporzjonalità, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji għandhom, fejn xieraq, jistabbilixxu kumitati (inkluż kumitat ta’ konformità) tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu kif stabbilit fit - Taqsima 5 tal - linji gwida riveduti tal - EBA dwar il - governanza interna17 .


17 Il - Linji Gwida dwar il - governanza interna tal - EBA skont id - Direttiva 2013/36/UE: EBA/GL/2021/05

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.