+81. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - …

81. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - …

L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp għandu/għandha ikollu/jkollha mill - inqas il - kompiti li ġejjin:

  • a) jikkoordina/tikkoordina l - valutazzjoni tan - negozju kollu tar - riskji tal - ML/TF imwettqa fil - livell lokali minn entitajiet tal - grupp u jorganizza/torganizza l - aggregazzjoni tar - riżultati tagħhom sabiex ikollhom fehim tajjeb tan - natura, l - intensità u l - post tar - riskji tal - ML/TF li għalihom huwa espost il - grupp kollu kemm hu;
  • b) jabbozza/tabbozza l - valutazzjoni tar - riskju tal - ML/TF fil - grupp kollu. F’dan ir - rigward, l - entità omm tal - grupp għandha tqis, fis - sistema ta’ ġestjoni tar - riskju tal - ML/TF tagħha fil - livell tal - grupp, kemm ir - riskji individwali tad - diversi entitajiet tal - grupp kif ukoll l - interrelazzjonijiet possibbli tagħhom li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l - iskopertura għar - riskju għall - grupp kollu. F’dan ir - rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lir - riskji li għalihom ikunu esposti l - fergħat jew is - sussidjarji tal - grupp stabbiliti f’pajjiżi terzi, speċjalment jekk ikunu ta’ riskju għoli tal - ML/TF;
  • c) jiddefinixxi/tiddefinixxi standards tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp u jiżgura/tiżgura li l - politiki u l - proċeduri lokali, fil - livell tal - entità jikkonformaw mal - leġiżlazzjoni u r - regolamenti tal -AML/CFT applikabbli għal kull entità tal - grupp individwalment, u huma allinjati wkoll mal - istandards tal - grupp definiti;
  • d) jikkoordina/tikoordina l -att ivitajiet tad - diversi uffiċjali lokali ta’ konformità tal - AML/CFT fl - entitajiet operazzjonali tal - grupp sabiex jiżgura li dawn jaħdmu b’mod konsistenti;
  • e) jimmonitorja/timmonitorja l - konformità tal - fergħat u tas - sussidjarji li jinsabu f’pajjiżi terzi mad - dispożizzjonijiet tal - EU tal - AML/CFT, b’mod partikolari fejn ir - rekwiżiti għall - prevenzjoni tal - ML/TF ikunu inqas stretti minn dawk stabbiliti fid - Direttiva (UE) 2015/84916 ;
  • f) l - istabbiliment ta' politiki, proċeduri u miżuri għall - grupp kollu li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il - protezzjoni tad - data u l - kondiviżjoni tal - informazzjoni fi ħdan il - grupp għall - finijiet tal - AML/CFT, f’konformità mad - dispożizzjonijiet legali nazzjonali;
  • g) l - iżgurar li l - entitajiet tal - grupp ikollhom proċeduri adegwati tal - STRs u jikkondividu l - informazzjoni kif xieraq, inkluża l - informazzjoni li jkun ġie ppreżentat rapport dwar tranżazzjoni suspettuża (mingħajr preġudizzju għar - regoli nazzjonali dwar il - kunfidenzjalità fejn eżistenti).

16 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall - Istandards Tekniċi Regolatorji Konġunti tal - ESA dwar l - implimentazzjoni ta’ politiki tal - AML/CFT mifruxa mal - grupp kollu f’pajjiżi terzi tas -6 ta’ Diċembru 2017: JC 2017 25

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.