+79. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja prinċipali għandha: a) taħtar membru tal - korp …
|
79. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja prinċipali għandha: a) taħtar membru tal - korp …
L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja prinċipali għandha: - a) taħtar membru tal - korp maniġerjali tagħha jew maniġer superjuri responsabbli mill -AML/CFT fost il - maniġers superjuri fil - livell tal - impriża omm, kif ukoll uffiċjal ta’ konformità tal -AML/CFT tal - grupp;
- b) tistabbilixxi struttura ta’ koordinazzjoni organizzazzjonali u operazzjonali fil - livell tal - grupp b’setgħa suffiċjenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għall - ġestjoni tal - grupp tal - AML/CFT biex din il - pożizzjoni ssir effettiva fil - ġestjoni u fil - prevenzjoni tar - riskji tal - ML/TF, f’konformità mal - prinċipju tal - proporzjonalità u mal - leġiżlazzjoni domestika applikabbli;
- c) tapprova l - politiki u l - proċeduri interni tal - grupp dwar l - AML/CFT u tiżgura li dawn ikunu konsistenti mal - istruttura tal - grupp u mad - daqs u l - karatteristiċi tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji li jappartjenu għalihom;
- d) tistabbilixxi mekkaniżmi interni ta’ kontroll tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp;
- e) tevalwa regolarment l - effettività tal - politiki u l - proċeduri tal - AML/CFT fil - livell tal - grupp; u
- f) għal istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja li topera fergħat jew sussidjarji domestikament, jew fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, taħtar uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT tal - grupp bħala koordinatur, biex tiġi żgurata l - implimentazzjoni mill - entitajiet kollha tal - grupp, li huma involuti f’attivitajiet finanzjarji, fil - politika tal - grupp u fis - sistemi u l - proċeduri adegwati u xierqa għall - prevenzjoni effettiva tal -ML/TF.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|