+5.6. Qafas ta’ ġestjoni tar-riskju
---+89. Fil-valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …
---+90. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex fis-seħħ politika …
---+91. Fil-valutazzjoni tal-oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …
---+92. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għad-determinazzjoni tal-P2R u …
---+93. Fil-valutazzjoni tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+94. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni kwalitattiva tal-programm tal-ittestjar …
---+95. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw sa liema punt l-ittestjar tal-istress huwa …
---+96. Meta jivvalutaw il-programm tal-ittestjar tal-istress, ir-riżultati tat-testijiet tal-istress u …
---+97. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riżultati tat-testijiet tal-istress u jekk …
---+98. Fil-valutazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-istress, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

5.6. Qafas ta’ ġestjoni tar-riskju

5.6. Qafas ta’ ġestjoni tar-riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
89. Fil-valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …

Fil-valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjoni mal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna, mad-DORA u ma’ Linji Gwida oħra tal-EBA maħruġa skont l-Artikolu 74(3) tad-Direttiva 2013/36/UE dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi ta’ governanza interna. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw inter alia jekk:

  • a. l-istituzzjoni stabbilietx qafas xieraq għall-ġestjoni tar-riskju u proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju, li jinkludu strateġija tar-riskju xierqa u implimentata, aptit għar-riskju, inkluża politika ta’ ġestjoni tar-riskju minn partijiet terzi, oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP u kapaċitajiet u riżultati tal-ittestjar tal-istress;
  • b. fejn applikabbli, il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju fil-livell tal-grupp ikoprix ir-riskji materjali kollha irrispettivament minn jekk ir-riskju joriġinax minn entitajiet li ma humiex soġġetti għall-konsolidazzjoni u jistabbilixxix perspettiva komprensiva tar-riskji kollha li l-istituzzjoni hi esposta jew tista’ tkun esposta għalihom;
  • c. il-korp maniġerjali għandux ir-responsabbiltà finali għall-istrateġija tar-riskju, l-aptit għar-riskju u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju u jipprovdix direzzjoni u sorveljanza xierqa;
  • d. l-istituzzjoni, u fejn applikabbli l-istituzzjoni konsolidanti, iddokumentawx u implimentawx strateġija xierqa tar-riskju u tal-aptit għar-riskju, li jkopru r-riskji materjali kollha tal-istituzzjoni, li jinkludu limiti u tolleranzi tar-riskju, u li jirriflettu r-riżorsi finanzjarji tal-istituzzjoni;
  • e. il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju jistabbilixxix proċeduri adegwati għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-mitigazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskju u l-punt sa fejn huwa inkorporat, u kif jinfluwenza, l-istrateġija globali tal-istituzzjoni;
  • f. il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet humiex ċari, trasparenti u dokumentati b’mod adegwat, u jiħdux inkunsiderazzjoni l-kunsiderazzjonijiet xierqa tar-riskju, u jekk il-politiki u l-emendi għall-politiki humiex ikkomunikati b’mod xieraq u fil-ħin;
  • g. hemmx rabtiet xierqa u konsistenti bejn l-istrateġija tan-negozju, l-istrateġija tar-riskju, l-istrateġija tar-reżiljenza operazzjonali diġitali, l-aptit għar-riskju u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju, u l-oqfsa ta’ ġestjoni tal-kapital u tal-likwidità, kif ukoll il-pjan tal-istituzzjoni biex tindirizza r-riskji tal-ESG f’konformità mal-Artikolu 76(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.
90. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex fis-seħħ politika …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex fis-seħħ politika dwar l-approvazzjoni ta’ prodotti ġodda ddokumentata tajjeb, approvata mill-korp maniġerjali, li tindirizza l-iżvilupp ta’ swieq, prodotti u servizzi ġodda, u bidliet sinifikanti f’dawk eżistenti, inklużi tranżazzjonijiet eċċezzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll jekk il-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju u tal-konformità humiex involuti b’mod xieraq fil-valutazzjoni u fl-approvazzjoni ta’ prodotti ġodda jew bidliet sinifikanti f’dawk eżistenti, b’approvazzjonijiet marbuta mal-adegwatezza tal-kontrolli rispettivi.

Oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP

91. Fil-valutazzjoni tal-oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti …

Fil-valutazzjoni tal-oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjoni mal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-informazzjoni tal-ICAAP u tal-ILAAP22 . Il-valutazzjoni tal-oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP tal-istituzzjoni għandha tinkludi reviżjoni perjodika tal-ICAAP u tal-ILAAP u tiddetermina s-solidità, l-effettività u l-komprensività tagħhom. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

  • a. jivvalutaw kif l-ICAAP u l-ILAAP huma integrati fil-prattiki ġenerali tal-ġestjoni tar-riskjui u l-ġestjoni strateġika tal-istituzzjoni, inkluż l-ippjanar tal-kapital u l-likwidità, kif ukoll il-firxa tan-natura prospettiva tagħhom;
  • b. jikkunsidraw l-adegwatezza tal-ICAAP u tal-ILAAP biex jivvalutaw u jżommu livell adegwat ta’ kapital intern u likwidità biex ikopru r-riskji tal-istituzzjoni u jieħdu deċiżjonijiet tan-negozju sodi (eż. fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju), inkluż taħt kundizzjonijiet ta’ stress;
  • c. jivvalutaw jekk l-ICAAP u l-ILAAP humiex integrati fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ ġestjoni fil-livelli kollha fl-istituzzjoni (eż. l-istabbiliment ta’ limiti, il-kejl tal-prestazzjoni);
  • d. jivverifikaw jekk l-oqfsa tal-ICAAP u tal-ILAAP humiex soġġetti għal sorveljanza regolari mill-korp maniġerjali, inkluża l-approvazzjoni ta’ dawn l-oqfsa u l-eżiti tagħhom;
  • e. jivvalutaw jekk l-ICAAP u l-ILAAP humiex implimentati b’mod konsistenti u proporzjonat fil-linji operatorji u fl-entitajiet legali kollha tal-istituzzjoni u jkoprux ir-riskji materjali kollha li l-istituzzjoni hi esposta jew tista’ tkun esposta għalihom;
  • f. jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti legali u regolatorji relatati u jikkunsidraw ukoll jekk l-ICAAP tal-istituzzjoni jidentifikax riskji emerġenti u/jew riskji ta’ probabbiltà baxxa u impatt għoli, inklużi riskji tal-ICT, riskji ambjentali u inċertezzi ġeopolitiċi;
  • g. jivvalutaw jekk kwalunkwe devjazzjoni mill-ICAAP jew l-ILAAP standard tal-istituzzjoni għal waħda jew aktar mill-entitajiet legali jew il-linji operatorji tagħha hijiex iġġustifikata.

22 Linji Gwida tal-EBA dwar l-informazzjoni tal-ICAAP u tal-ILAAP miġbura għall-finijiet tal-SREP (EBA/GL/2016/10).

92. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għad-determinazzjoni tal-P2R u …

Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għad-determinazzjoni tal-P2R u għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital kif deskritt fit-Titolu 7, kif ukoll għall-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament kif deskritt fit-Titolu 8.

Valutazzjoni tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni

93. Fil-valutazzjoni tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Fil-valutazzjoni tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjoni mal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-ittestjar tal-istress23 u mal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-analiżi tax-xenarji ambjentali għall-integrazzjoni tar-riskji ambjentali. Din il-valutazzjoni tinkludi r-reviżjoni tal-programm tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni, filwaqt li jitqiesu d-daqs u l-organizzazzjoni interna, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.


23 Linji Gwida tal-EBA dwar l-ittestajr tal-istress (EBA/GL/2018/04).

94. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni kwalitattiva tal-programm tal-ittestjar …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni kwalitattiva tal-programm tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni, kif ukoll valutazzjoni kwantitattiva tar-riżultati tat-testijiet tal-istress. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-eżiti tal-valutazzjonijiet kwalitattivi u kwantitattivi flimkien mar-riżultati tat-testijiet tal-istress superviżorji (ara t-Titolu 11) għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital u tal-likwidità u d-determinazzjoni tar-rispons superviżorju xieraq għan-nuqqasijiet identifikati. Jekk ir-reviżjoni tal-ittestjar tal-istress tidentifika nuqqasijiet fil-governanza tal-istituzzjoni u fil-kontrolli fil-livell tal-istituzzjoni kollha, dawn għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti fil-valutazzjoni ta’ dawn l-oqsma. Barra minn hekk, ir-riżultati tat-testijiet tal-istress ta’ istituzzjoni jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tal-ippjanar tal-kapital tal-istituzzjoni, u fil-kwantifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ likwidità għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-likwidità.

95. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw sa liema punt l-ittestjar tal-istress huwa …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw sa liema punt l-ittestjar tal-istress huwa integrat fil-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluż kif l-ittestjar tal-istress jiġi kkunsidrat fil-proċessi ta’ stabbiliment tal-aptit għar-riskju u tal-limiti tar-riskju tal-istituzzjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-involviment tal-maniġment superjuri u tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni fil-programm tal-ittestjar tal-istress, inkluż ir-rapportar intern relatat, u l-grad ta’ integrazzjoni tal-ittestjar tal-istress u l-eżiti tiegħu fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.

96. Meta jivvalutaw il-programm tal-ittestjar tal-istress, ir-riżultati tat-testijiet tal-istress u …

Meta jivvalutaw il-programm tal-ittestjar tal-istress, ir-riżultati tat-testijiet tal-istress u l-azzjonijiet maniġerjali proposti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kemm perspettivi idjosinkratiċi kif ukoll dawk tas-sistema kollha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-fattibilità ta’ azzjonijiet maniġerjali f’sitwazzjonijiet ta’ stress, inkluż jekk il-perjodi ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet humiex realistiċi u jikkunsidraw l-idjosinkraziji tal-istituzzjoni. Għar-reviżjoni tal-programmi tal-ittestjar tal-istress ta’ gruppi transfruntieri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-ostakli potenzjali għat-trasferibbiltà tal-kapital u l-likwidità fil-gruppi u l-funzjonament ta’ kwalunkwe arranġament ta’ appoġġ finanzjarju intragrupp, li jistgħu jinħolqu f’kundizzjonijiet ta’ stress.

97. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riżultati tat-testijiet tal-istress u jekk …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riżultati tat-testijiet tal-istress24 u jekk l-istituzzjoni hijiex kapaċi żżomm it-TSCR applikabbli, il-ħin kollu, f’xenarju negattiv u jekk identifikatx sett ta’ azzjonijiet maniġerjali biex tindirizza kwalunkwe ksur potenzjali tat-TSCR. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll l-impatt tat-testijiet tal-istress fuq il-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-istituzzjoni, kif ukoll l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħha miżmuma għall-finijiet ta’ rekwiżiti minimi għal obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) kif imsemmi fid-Direttiva 2014/59/UE.


24 Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-testijiet tal-istress ma jestendux għal reverse stress tests.

98. Fil-valutazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-istress, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Fil-valutazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-istress, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il-bidliet regolatorji futuri kollha magħrufa li jaffettwaw lill-istituzzjoni fl-ambitu u fil-perjodu ta’ żmien tal-eżerċizzju tat-test tal-istress.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.