+306. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-affidabbiltà tal-kalkoli tal-ICAAP billi …

306. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-affidabbiltà tal-kalkoli tal-ICAAP billi …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-affidabbiltà tal-kalkoli tal-ICAAP billi jivvalutaw jekk humiex:

  • a. granulari: il-kalkoli/metodoloġiji għandhom jippermettu li l-kalkoli jitqassmu skont it-tip ta’ riskju, aktar milli jippreżentaw kalkolu uniku (kapital ekonomiku) li jkopri r-riskji kollha.
  • b. kredibbli: il-kalkoli/metodoloġiji użati għandhom ikopru b’mod ċar ir-riskju li qegħdin ifittxu li jindirizzaw (eż. il-kalkolu tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tal-kreditu għandu juża diżaggregazzjonijiet tas-settur xierqa li jirriflettu l-korrelazzjonijiet u l-kompożizzjonijiet tal-portafoll attwali) u għandhom ikunu robusti, stabbli, sensittivi għar-riskju u konservattivi biżżejjed biex jikkwantifikaw b’mod adegwat it-telf assoċjat mar-riskji. Tali kalkoli/metodoloġiji għandhom ikunu konsistenti mal-proċessi strateġiċi tal-istituzzjonijiet, inkluż l-aptit għar-riskju tal-istituzzjonijiet.
  • c. jinftiehmu: il-fatturi ewlenin sottostanti u s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-kalkoli/metodoloġiji għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar. Il-kalkolu ta’ “kaxxa sewda” ma għandux ikun aċċettabbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni tipprovdi spjegazzjoni tas-suppożizzjonijiet ewlenin użati, inklużi mill-inqas il-perjodu ta’ żmien, il-livelli ta’ fiduċja, is-suppożizzjonijiet ta’ korrelazzjoni, il-parametri ewlenin, l-aktar żoni fallibbli tal-mudelli użati, u kif dawn jitqiesu u jiġu kkoreġuti fil-kalkolu finali tal-ICAAP;
  • d. komparabbli: il-kalkoli/metodoloġiji għandhom isemmu b’mod ċar is-suppożizzjonijiet prinċipali f’termini tal-livell globali ta’ konservattiviżmu, il-perjodi ta’ żamma/perjodi ta’ riskju u l-livelli ta’ fiduċja (jew kejl ekwivalenti) sabiex ikun jista’ jsir l-aġġustament li jista’ jintalab jew jiġi promulgat mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà mal-pari u l-valutazzjoni komparattiva superviżorja.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.