+1. L- applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex tiġi stabbilita TCB għandha tinkludi l - …
|
1. L- applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex tiġi stabbilita TCB għandha tinkludi l - …
L- applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex tiġi stabbilita TCB għandha tinkludi l - informazzjoni li ġejja dwar l - impriża ewlenija applikanti, l - impriża ewlenija intermedja u l - impriża ewlenija omm apikali kif applikabbli: - a) l- isem ġuridiku, il - forma ġuridika, id - data u l - post tal - inkorporazzjoni, is - sit web jew kanali oħra ta’ komunikazzjoni tal - impriżi ewlenin u d - dettalji ta’ kuntatt tal - persuna fi ħdan l - impriża ewlenija applikanti li għandha tiġi kkuntattjata fir -rigward tal- applikazzjoni. Fejn rilevanti u disponibbli, l - isem u d - dettalji ta’ kuntatt tal - konsulent professjonali prinċipali, jekk ikun hemm, użati biex tiġi ppreparata l - applikazzjoni;
- b) il- pajjiż u l -indirizz tal- uffiċċju rreġistrat tal - impriża ewlenija applikanti, tal - impriża ewlenija intermedja u tal - impriża ewlenija omm apikali u, fejn huma differenti, il - pajjiż u l -indirizz tal- kwartieri ġenerali amministrattivi tagħha;
- c) fejn applikabbli, l - isem tar - reġistru pubbliku fejn l - impriża ewlenija hija rreġistrata u n - numru ta’ reġistrazzjoni relatat u, meta disponibbli, l - Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tagħha;
- d) konferma li l - attivitajiet li l - impriża ewlenija applikanti qed titlob awtorizzazzjoni għalihom fl - Istat Membru huma koperti mill - awtorizzazzjoni li tali impriża ewlenija applikanti għandha fil - pajjiż terz fejn hija stabbilita u soġġetta għas - superviżjoni. Meta jkun rilevanti, spjegazzjoni dwar il - korrelazzjoni bejn l - attivitajiet awtorizzati fil - pajjiż terz u l - attivitajiet elenkati fl - Anness I tas - CRD. Fejn is - self jew il - provvista ta' garanziji u impenn li l - impriża ewlenija applikanti jkun beħsiebha li tipprovdi fl - Istat Membru permezz tat - TCB, ma jkunux soġġetti għal awtorizzazzjoni fil - pajjiż terz, l - impriża ewlenija applikanti għandha tikkjarifika fl - applikazzjoni li s - servizz bankarju ewlieni huwa parti mill - mod ordinarju tan - negozju tagħha, u li huwa soġġett għal regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali (b'mod partikolari, ir - riskji kollha marbuta ma' dawn is - servizzi bankarji ewlenin huma inklużi fil - qafas ta' ġestjoni tar - riskji u huma riflessi fil - proporzjonijiet kapitali u r - rekwiżiti);
- e) l- isem, l - unità organizzazzjonali, u d - dettalji ta’ kuntatt tal - persuni ta’ kuntatt rilevanti fi ħdan l - awtorità/awtoritajiet kompetenti tal - pajjiż terz responsabbli mis - superviżjoni tal - impriża ewlenija applikanti u tal - impriża ewlenija intermedja u tal -i mpriża ewlenija apikali, jew mis - superviżjoni tal - attivitajiet rilevanti, jekk differenti;
6 - f) konferma li l - applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni biex tiġi stabbilita TCB fl - Istat Membru u d - dokumentazzjoni relatata skont l - Artikolu 48c(4), il - punt (c) tas - CRD ġew innotifikati lill - awtorità kompetenti tal - pajjiż terz tal - impriża ewlenija applikanti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|