+1. Informazzjoni dwar l - identità tal - impriża ewlenija applikanti u l - grupp tagħha
---+1. L- applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex tiġi stabbilita TCB għandha tinkludi l - …
---+2. L- applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni għandha tinkludi l - informazzjoni li ġejja dwar l - …
---+3. L- applikazzjoni għandha tindika jekk, abbażi tal - kriterji stabbiliti fl - Artikolu 48a(1) u …
|
1. Informazzjoni dwar l - identità tal - impriża ewlenija applikanti u l - grupp tagħha
1. Informazzjoni dwar l - identità tal - impriża ewlenija applikanti u l - grupp tagħha
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. L- applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex tiġi stabbilita TCB għandha tinkludi l - …
|
L- applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex tiġi stabbilita TCB għandha tinkludi l - informazzjoni li ġejja dwar l - impriża ewlenija applikanti, l - impriża ewlenija intermedja u l - impriża ewlenija omm apikali kif applikabbli: - a) l- isem ġuridiku, il - forma ġuridika, id - data u l - post tal - inkorporazzjoni, is - sit web jew kanali oħra ta’ komunikazzjoni tal - impriżi ewlenin u d - dettalji ta’ kuntatt tal - persuna fi ħdan l - impriża ewlenija applikanti li għandha tiġi kkuntattjata fir -rigward tal- applikazzjoni. Fejn rilevanti u disponibbli, l - isem u d - dettalji ta’ kuntatt tal - konsulent professjonali prinċipali, jekk ikun hemm, użati biex tiġi ppreparata l - applikazzjoni;
- b) il- pajjiż u l -indirizz tal- uffiċċju rreġistrat tal - impriża ewlenija applikanti, tal - impriża ewlenija intermedja u tal - impriża ewlenija omm apikali u, fejn huma differenti, il - pajjiż u l -indirizz tal- kwartieri ġenerali amministrattivi tagħha;
- c) fejn applikabbli, l - isem tar - reġistru pubbliku fejn l - impriża ewlenija hija rreġistrata u n - numru ta’ reġistrazzjoni relatat u, meta disponibbli, l - Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tagħha;
- d) konferma li l - attivitajiet li l - impriża ewlenija applikanti qed titlob awtorizzazzjoni għalihom fl - Istat Membru huma koperti mill - awtorizzazzjoni li tali impriża ewlenija applikanti għandha fil - pajjiż terz fejn hija stabbilita u soġġetta għas - superviżjoni. Meta jkun rilevanti, spjegazzjoni dwar il - korrelazzjoni bejn l - attivitajiet awtorizzati fil - pajjiż terz u l - attivitajiet elenkati fl - Anness I tas - CRD. Fejn is - self jew il - provvista ta' garanziji u impenn li l - impriża ewlenija applikanti jkun beħsiebha li tipprovdi fl - Istat Membru permezz tat - TCB, ma jkunux soġġetti għal awtorizzazzjoni fil - pajjiż terz, l - impriża ewlenija applikanti għandha tikkjarifika fl - applikazzjoni li s - servizz bankarju ewlieni huwa parti mill - mod ordinarju tan - negozju tagħha, u li huwa soġġett għal regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali (b'mod partikolari, ir - riskji kollha marbuta ma' dawn is - servizzi bankarji ewlenin huma inklużi fil - qafas ta' ġestjoni tar - riskji u huma riflessi fil - proporzjonijiet kapitali u r - rekwiżiti);
- e) l- isem, l - unità organizzazzjonali, u d - dettalji ta’ kuntatt tal - persuni ta’ kuntatt rilevanti fi ħdan l - awtorità/awtoritajiet kompetenti tal - pajjiż terz responsabbli mis - superviżjoni tal - impriża ewlenija applikanti u tal - impriża ewlenija intermedja u tal -i mpriża ewlenija apikali, jew mis - superviżjoni tal - attivitajiet rilevanti, jekk differenti;
6 - f) konferma li l - applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni biex tiġi stabbilita TCB fl - Istat Membru u d - dokumentazzjoni relatata skont l - Artikolu 48c(4), il - punt (c) tas - CRD ġew innotifikati lill - awtorità kompetenti tal - pajjiż terz tal - impriża ewlenija applikanti.
|
|
2. L- applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni għandha tinkludi l - informazzjoni li ġejja dwar l - …
|
L- applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni għandha tinkludi l - informazzjoni li ġejja dwar l - impriża ewlenija u l - grupp tagħha: - a) ċart korporattiva tal - grupp tal - impriża ewlenija applikanti li turi, fost oħrajn, l - impriża ewlenija intermedja u l - impriża ewlenija omm apikali, skont l - Artikolu 47(3), il - punt (2) tas - CRD, u l - oqsma ġeografiċi ta' stabbiliment u ta' attività tal - entitajiet li huma parti mit - TCG;
- b) indikazzjoni ta' kwalunkwe operazzjoni korporattiva materjali li tkun għaddejja jew mistennija fi ħdan it - TCG (eż. fużjonijiet jew akkwiżizzjonijiet, stabbiliment ta' sussidjarji ġodda u/jew fergħat ta’ pajjiżi terzi oħra) li jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq is - sitwazzjoni prudenzjali u l - istruttura organizzattiva tal - impriża ewlenija applikanti;
- c) l- identità tal - membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni ta' ġestjoni ta’ (i) l - impriża ewlenija applikanti, inkluż il - membru/i li hu(ma) l -linja ta' rapportar finali rigward it - TCB, u (ii) l - impriża ewlenija intermedja u l - impriża omm apikali, fejn applikabbli;
- d) ċ art tal- istruttura kapitali tal - impriża ewlenija omm apikali, b'identifikazzjoni tal - azzjonisti kontrollanti diretti u tal - propjetarju/i benefiċjarju/i finali. Meta t - TCG ikollu sussidjarja jew TCB waħda jew aktar fl - UE li huma entitajiet fis - settur finanzjarju, informazzjoni dwar l - Istat Membru fejn huma awtorizzati u l - isem tal - awtorità rilevanti, jew, fejn l - applikazzjoni għall - awtorizzazzjoni għadha pendenti, indikazzjoni tal - awtorità kompetenti li qed tittratta dik l - applikazzjoni u l - persuni ta' kuntatt rilevanti f'dik l - awtorità kompetenti;
- e) dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tal- aħħar tliet snin tal - impriża ewlenija fuq bażi individwali u fejn applikabbli fuq bażi konsolidata, inkluż nota sommarja li tiddeskrivi l - operazzjonijiet tal- impriża ewlenija jew tal - grupp tagħha;
- f) meta l - programm tal -operazzjonijiet jipprevedi t- teħid ta’ depożiti mit - TCB, l - impenn tal - impriża ewlenija applikanti li tagħmel t - TCB li ssir membru tal - iskema ta’ garanzija tad - depożiti tal - Istat Membru fejn tiġi sottomessa l - applikazzjoni5 .
- g) dikjarazzjoni mill - awtorità kompetenti tal - pajjiż terz jew l -awtoritajiet tal- impriża ewlenija applikanti, u fejn applikabbli, l - impriża ewlenija intermedja u l - impriża ewlenija omm apikali skont it - tifsira tal - Artikolu 47(2), il - punt (b) tas - CRD, li ma hemm l - ebda raġuni ta’ oppożizzjoni għall - istabbiliment tat - TCB. Tali dikjarazzjoni(jiet) għandha/għandhom tkopri/ikopru l - pożizzjoni tajba tal - impriżi ewlenin rilevanti kollha fir -rigward tal- konformità ta' tali impriża/i ewlenija/ewlenin b'mod individwali u b'mod konsolidat kif applikabbli skont il - liġi ta' pajjiż terz, mar - rekwiżiti prudenzjali applikabbli fil - liġi u r - regolamentazzjoni ta' pajjiż terz (b'mod partikolari fondi proprji, rekwiżiti ta' fondi proprji, LCR, NSFR u rekwiżit tal- proporzjon ta’ ingranaġġ), u l -adegwatezza tal- istrutturi organizzattivi, amministrattivi u tal- kontabbiltà.
5 Biex tkun konformi mal - Artikolu 15 tad - Direttiva 2014/49/UE dwar skemi ta' garanzija tad - depożiti, kif emendat mill - punt (16) tal - Artikolu 1 tad - Direttiva 2026/804/UE tat - 30 ta' Marzu 2026, f’Il- Ġurnal Uffiċjali tal -Unjoni Ewropea L tal- 20.4.2026, paġna 1 . . 7 Id- dikjarazzjoni ta' ebda oppożizzjoni għandha wkoll tkopri r - reputazzjoni tajba tal - impriżi ewlenin rilevanti kollha u tal - membri tal - korpi ta' ġestjoni rispettivi tagħhom fil - funzjoni ta' ġestjoni, kif ukoll tal - azzjonisti kontrollanti u tal -propjetarji benefiċjarji finali. Id - dikjarazzjoni ta’ ebda oppożizzjoni mill - awtorità jew l - awtoritajiet kompetenti tal - pajjiż terz għandha tikkunsidra kwalunkwe ksur ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jkun rilevanti għall - qafas prudenzjali tal- pajjiż terz rilevanti, bħal ksur ta’ regolamenti prudenzjali, insolvenza, reati kummerċjali, ħasil tal - flus u finanzjament tat - terroriżmu, li seħħ fl - aħħar għaxar snin jew perjodu iqsar ieħor kif applikabbli skont il - liġi prudenzjali ta’ pajjiż terz, inkluż skont proċedura jew investigazzjoni pendenti. Fejn ikun rilevanti, id - dikjarazzjoni ta' ebda oppożizzjoni għandha tispeċifika informazzjoni dwar kundanni kriminali, tal - liġi finanzjarja, ta' ħasil tal - flus, ta' insolvenza jew tal- liġi kummerċjali li ma ġewx imneħħija, dwar investigazzjonijiet, proċeduri kriminali pendenti, jew proċedimenti jew investigazzjonijiet simili. - h) Meta tkun ipprovduta direttament lill - applikant mill - awtorità kompetenti ta' pajjiż terz, tali dikjarazzjoni ta' ebda oppożizzjoni għandha tiġi inkluża fl - applikazzjoni. Inkella, l - awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill - awtorità kompetenti tal - pajjiż terz f’konformità mal - Parti III ta’ dawn il -Linji Gwida.
- i) Opinjoni legali raġunata minn parti terza dwar in - nuqqas ta' impedimenti fil - qafas tal - pajjiż terz applikabbli għall - impriża ewlenija applikanti, għall - impriża ewlenija intermedja u għall - impriża ewlenija omm apikali, kif applikabbli, li tipprekludi l - abbiltà tat - TCB li tikkonforma mal - leġiżlazzjoni u r - regolamentazzjoni tal - UE u dawk prudenzjali.
|
|
3. L- applikazzjoni għandha tindika jekk, abbażi tal - kriterji stabbiliti fl - Artikolu 48a(1) u …
|
L- applikazzjoni għandha tindika jekk, abbażi tal - kriterji stabbiliti fl - Artikolu 48a(1) u (2) tas - CRD, inklużi l - kundizzjonijiet biex issir TCB kwalifikanti skont l - Artikolu 48b(1) tas - CRD, it - TCB prevista se tiġi kklassifikata bħala TCB tal - kategorija 1 jew tal - kategorija 2. Għal dak il - għan, l - applikazzjoni għandu jkun fiha l - informazzjoni kollha meħtieġa biex l - awtorità kompetenti tkun tista’ tirrieżamina u tivvaluta l - klassifikazzjo ni tat- TCB prevista.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|